Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 'La kulħadd jista' jgħallem, x'jiswa l-kors?' • L-ILLUM titkellem ma' numru ta' għalliema wara s-sejħa għal studenti li jridu jgħallmu • Il-Ministeru jispjega għalfejn kellu jdur fuq studenti tal-Università biex jimla l-vojt IKTAR kmieni din il- ġimgħa, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ċċirkola email b'sejħa għall- applikazzjonijiet għal studenti li jridu jaħdmu bħala għalliema part-time. Ftit ħin wara, il-furur tal- edukaturi kien jinħass sew hekk kif bosta għalliema għamlu kuntatt ma' din il-gazzetta u esprimew id- diżappunt tagħhom lejn din il-miżura li qed isejħulha 'banali'. L-MUT għamlitha ċara li tinsab lesta li tieħu azzjoni industrjali, speċjalment jekk il-Ministeru għall- Edukazzjoni mhux se jindirizza n-nuqqas ta' għalliema bis-serjetà. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM, għamlet kuntatt ma' diversi għalliema li jgħallmu kemm f 'livell primarju, sekondarju u anke terzjarju. X'jaħsbu l-għalliema fuq din is-sejħa għal studenti għalliema? Għalliema li għal dawn l-aħħar 30 sena ħadmet f 'livell, kemm primarju kif ukoll sekondarju stqarret ma' din il-gazzetta li, tinsab "ixxokkjata" li l-professjoni tagħha u tal-kollegi tagħha "saret ma tiswa xejn f 'għajnejn kulħadd." "Il-kors tagħna letteralment ġie mxejjen għax studenti, f 'għajnejn il-gvern, se jgħallmu studenti oħra! Min jaf kieku jdaħħal lilna bħal 'tobba' jew xi ħaġa oħra li għandu nuqqas fiha u jagħmlilna kors qasir? Tal- mistħija," saħqet l-għalliema. "Hekk aħna trattati aħna l-għalliema... imbagħad l-għalliema tajbin u dedikati jagħtihom bis-sieq! X'ma jkunx hawn idea żbaljata fuqna min-naħa tal-pubbliku inġenerali, jekk dik hija l-perċezzjoni li qed tiġi mgħoddija lill-pubbliku inġenerali," kompliet tgħid l-għalliema. L-għalliema tenniet tistaqsi b'mod rettoriku ,"La kulħadd huwa eliġibbli li jgħallem, x'jiswa l-kors ta' għalliem fl-università? Li jkollok ċertu għarfien fis-suġġett ma jfissirx li int kapaċi tgħallem u tittrażmetti t-tagħrif tiegħek u l-entużjażmu tiegħek f 'dak il-qasam! Li tkun għalliem hija vokazzjoni u jekk din il- ħaġa ma tħosshiex ġo fik, ma tirnexxix! lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Rosemarie Dorekens għalliema oħra li tkellmet ma' din il-gazzetta u qalet li, "l-istudenti jistgħu jkunu aħjar mill- għalliema, bħalma kienu Platun, fejn l-għalliem tiegħu kien Socrates u Aristotile, fejn l-għalliem tiegħu kien Platun." "Madankollu jien nemmen li l-għalliem huwa dejjem student u għalhekk l-istudent se jiffaċja diffikultà ikbar biex jgħallem u jkompli jitgħallem fl-istess ħin, u għalhekk jien naħseb li l-kwalità tat-tagħlim jkun inqas," sostniet Dorekens Stefan Camillieri għalliem ieħor li tkellem ma' din il-gazzetta stqarr li hu ħass li meta ħarġu dawn l-applikazzjonijiet intbagħat messaġġ li x-xogħol ta' għalliem hu xogħol li jista' jagħmlu kulħadd u mhux xogħol li bniedem irid ikun studja u ddedika ħafna snin għalih. "Din l-applikazzjoni hi banali, dan daqs li kieku li bniedem b' livell avvanzat fil-bioloġija jista' jagħmel xogħol ta' tabib jew bniedem b'livell avvanzat fit-technical design jista' jagħmel xogħol ta' perit," sostna Camillieri Skond Camillieri, "dan hu wkoll prova ta' kemm kien żball li l-course tal-B.Ed jitwaqqaf mill-Università u minflok biex persuna ssir għalliem/a jrid l-ewwel jagħmel BA jew BSc imbagħad jagħmel masters, allura biex iġġib il-kwalifiki ta' għalliem b'paga relattivament baxxa meta mqabbla ma' setturi oħrajn trid tagħmel ħames jew sitt snin l-università." Fl-2016, l-Università ta' Malta kienet waqfet toffri l-korstal- Baċellerat fl-Edukazzjoni jew BEd (Unuri), dan filwaqt li waqfet toffri wkoll il-kors ta' Post-Graduate Certificate in Education (PGCE), li minflok ħadu posthom il-Master's in Teaching and Learning (MTL). L-isfida ta' nuqqas ta' għalliema hija sfida li qed tiġi indirizzata b'mod wiesa' hekk kif id- domanda fl-iskejjel tkompli tiżdied. Hemm numru ta' raġunijiet li waslu għal sitwazzjoni fejn hemm bżonn tiġi indirizzata b'mod effettiv fosthom: • Id-domanda ta' nuqqas ta' ħaddiema f 'dan is-settur ma jagħmilx is-settur edukattiv l-unika eċezzjoni f 'dan il- pajjiż. F'diversi setturi ekonomiċi qed naraw ħtieġa qawwija ta' ħaddiema f 'kull livell, mill-kostruzzjoni sa inġiniera. Napprezzaw li filwaqt li setturi oħra jistgħu faċilment jimpjegaw ħaddiema barranin f 'nuqqas ta' dawk Maltin, fl-edukazzjoni jeżistu barrieri li rridu jinqabżu biex dan isir, primarjament ta' lingwa. • L-iskejjel tal-istat qed jaraw domanda dejjem tkompli tiżdied ta' studenti li jixtiequ jidħlu, minħabba li l-popolazzjoni tal- pajjiż qeda tikber b'rata b'saħħitha. Dan qed jiġi rifless anke bl-ammont ta' proġetti ta' tkabbir fl-iskejjel u skejjel ġodda li qed jinbew, biex ikun hemm iżjed spazju. • Mill-2013, il-programmi edukattivi ma baqgħux one-size- fits-all, u allura kellek sitwazzjoni fejn studenti qed jingħataw esperjenza edukattiva iktar iffukata b'għalliema. Dan, filwaqt li kien tibdil kruċjali u importanti, fisser ukoll bżonn ta' iżjed edukaturi. Rosemarie Dorekens: 'L-istudenti jistgħu jkunu aħjar mill-għalliema...' Stefan Camilleri: 'Naħseb li dan huwa insult għall-professjoni tagħna' ... u l-Ministeru tal- Edukazzjoni x'qal?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017