Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet IL-GRUPP ReLeaf, li huwa magħmul minn attivisti indipendenti, ippubblika manifest għal qafas legali għall-Gvern dwar il- kannabis. Mill-proposti għal dan il-qafas, ReLeaf qed jipproponu li l-kannabis għandha tiġi kkunsmata minn dawk li jkollhom 21 sena jew aktar. Ikun hawn aċċess għall-kannabis mediċinali mingħajr riċetta. Ikun permess li jitkabbru ta' sitt pjanti fil-privat u jinġarru sa' 30kg. Proposti oħra huma l-għoti ta' liċenzja biex titkabbar u tinbiegħ il- kannabis b'mod industrijali u l-ħolqien ta' postijiet soċjali għall-konsum tal-kannabis. Dwar il-liberalizzazzjoni tal-kannabis, Johnathan Cilia qal li din tista' toffri opportunitajiet għall-ħolqien tax-xogħol, l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. Ġie propost li biex tkun żgurata l-kwalità tal-kannabis ikkunsmata u mibjugħa f 'Malta, ReLeaf qed jgħidu li din għandha titkabbar u jsiru testijiet fuqha lokalment. Għalhekk ukoll qed jisħqu fuq il-ħolqien ta' postijiet apposta għat-testijiet. Waqt konferenza tal- aħbarijiet quddiem il-bini tal-Parlament, il-membri ta' ReLeaf qalu li wasal iż-żmien li f 'Malta wkoll jittieħdu deċiżjonijiet importanti fuq il-legalizzazzjoni tal-kannabis. Dan fl-istess żmien li bosta pajjiżi madwar id-dinja, fosthom l-Istati Uniti u l-Kanada, qed ibiddlu l-liġijiet tagħhom, Malta tista' tkun pijuniera fl-Ewropa. Biex dan il-qafas ikun suċċess, ReLeaf qed jipproponu multi aktar ħarxa lil min jixtri jew ibigħ il- kannabis fil-'black market' jew min ma jobdix il-liġijiet. Johnathan Cilia sostna li filwaqt li f 'dawn l-aħħar sentejn sar progress dwar il-kannabis għad fadal x'jista' jsir. Spjega kif kuljum Maltin qed jiġu 'sfurzati' mingħand 'dealers' li jispiċċaw jisfurzawhom fuq drogi aktar tqal. Qal li hawn każijiet fejn persuni qed jinqabdu bil- kannabis, kemm għalihom personali kif ukoll għal raġunijiet mediċi, li qed jitressqu l-Qorti u jeħlu sentenza ta' priġunerija wara li jingħataw multa li ma jkollhomx biex iħallsu. ReLeaf qed jipproponu amnestija lill- priġunieri kollha li spiċċaw fil- ħabs minħabba każijiet relatati mal-kannabis. Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li d-diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-kannabis mediċinali se tibda x-xahar id-dieħel. Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista ddikjaraw fil- manifesti elettorali rispettivi tagħhom li kienu lesti li jwettqu diskussjoni nazzjonali dwar il-kannabis. 'Hemm bżonn li l-kwistjoni ta' drogi perikolużi tiġi indirizzata' Preżenti għat-tnedija tal-kampanja ta' ReLeaf, l-Alternattiva Demokratika qed turi l-appoġġ tagħha lejn il-kawża tar- regolamentazzjoni tal- kannabis. Fil-kampanja elettorali, l-AD ipproponiet li min juża drogi qawwija għandu jitqies bħala persuna bi problema medika u soċjali u mhux kriminal u fil-każ tal-kannabis li din tkun legali għall-użu personali. James Gabarretta f 'isem l-AD qal "Hemm bżonn li l-kwistjoni ta' drogi perikolużi, speċjalment dawk sintetiċi, tiġi indirizzata fuq livell soċjali u mediku. Dawn id-drogi qed jikkawżaw ħsara kbira. L-effetti tal-ħaxixa min- naħa l-oħra huma magħrufin u jistgħu jiġu kontrollati billi jkun hemm regolamentazzjoni li tħares lil min jiddeċiedi li jikkonsmaha". "Barra minn hekk, għandu jkun hemm strutturi ta' ħaddiema soċjali iktar b'saħħithom li jgħinu lil persuni dipendenti fuq id-drogi qawwija. Minkejja titjib importanti fil-liġijiet Maltin, l-użu tad-droga ma ġietx dekriminalizzata. Il-pulizija xorta għadha qed tigri wara min juża d-droga. Nesiġu mudell ibbażat fuq dak soċjali u mediku fejn jidħlu drogi qawwija biex persuni dipendenti verament isibu għajnuna f 'waqtha u effettiva." "Fuq il-kannabis partikolarment, din għandha tkun klassifikata b'mod differenti minn drogi oħra. AD tisħaq li l-kannabis, titqies fuq l-istess livell tal-alkoħol u s-sigaretti u ssir legali fuq dan il-mudell: L-ewwel nett, l-użu tal- kannabis għal skop mediku, minkejja r-rettorika, għadu qed isib tfixkil kbir. Ix-xkiel għandu jispiċċa minnufih. Barra minn hekk, il-kannabis għandha titħalla titkabbar u tinbiegħ minn ħwienet liċenzjati u regolati. Id- dħul mit-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-kannabis jista' jintuża f 'infieq fuq servizzi tas-saħħa u soċjali. Għaldaqstant għandha titħalla ssir il-kultivazzjoni għall- użu personali tal-kannabis mingħajr tassazzjoni, u l-użu tal-kannabis għandha tkun legali, bħal fil-każ tas- sigarretti f 'qafas ta' liġi." Iċ-Chairperson tal- Alternattiva Carmel Cacopardo qal: "inħossu li wasal iż-żmien li Malta tieħu l-pass li jmiss fil-politika tad- droga - li ssir politika b'wiċċ uman u mhux waħda ta' ripressjoni." UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA IL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA JILQA' APPLIKAZZJONIJIET GĦALL- POŻIZZJONI TA' PROJECT SUPPORT OFFICER GĦALL-PROĠETT "NON-TECHNICAL SKILLS TRAINING FOR HEALTHCARE PERSONNEL"-ESF 02.052 Aktar dettalji dwar i-applikazzjoni u kundizzjonijiet relatati jinsabu fil-Gazzetta tal-Gvern tal Gimgħa 13 ta' Ottubru 2017. Applikazzjonijiet jintlaqgħu SA MHUX AKTAR TARD MINN NOFSINHAR (ĦIN ĊENTRALI EWROPEW) TA' NHAR IL-GIMGĦA 27 TA' OTTUBRU 2017 Imressqa 21 proposta f 'manifest għall-qafas regolatorju tal-kannabis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017