Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 31 LUXOL St Andrews temmew l-impenji storiċi tagħhom fi Grupp 8 tar-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Cup, meta għelbu lil Mostar tal-Bożnja & Ħerżegovina bl-iskor ta' 5-2. Kienu Mostar li fetħu l-iskor fit-13-il minuta permezz ta' MarijoAladžić. Għaldaqstant ftit tal-minuti wara, il-plejer Rumen ta' Luxol Emil Raducu għamel l-iskor indaqs. Sa tmiem l-ewwel taqsima t-tim Malti ma waqafx jhedded l-lasti avversarji iżda l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta' 1-1. Minkejja li Luxol bdew tajjeb fit-tieni taqsima, Mostar reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta' MirkoHrkačfis-26 minuta. Madwar tliet minuti wara, minn corner ta' Celino Alves, Zvezdan Vukovic ġab id-dro għal Luxol. Daqs żewġ minuti wara tkeċċa Aladžićta' Mostar għal fawl li wettaq fuq HrvojePenava. Fl-34 minuta Luxol skurjaw darbtejn permezz ta' Hrvoje Penava uPanuAutio. Minuta biss wara Raducu falla penalti li bih seta' jkompli jkabbar il-vantaġġ. Iżda dak li m'għamilx Raducu, għamlu l-plejer kowċ Frane Despotovic li mit-tieni penalty spot għamel l-iskor finali ta' 5-2 għal Luxol. B'hekk b'din ir-rebħa Luxol ħadu l-ewwel tliet punti u evitaw l-aħħar post fi Grupp 8. Fil-fatt fl-aħħar post ġew l-istess Mostar li minkejja huma wkoll ħadu tliet punti, imma nqabbżu bid-differenza tal-gowls skurjati. Fil-logħba ta' qabel din, minkejja l-wirja kbira ta' Luxol,huma sfaw megħluba minn Araz Naxcivan tal- Ażerbajġan bl-iskor ta' 6-4. Bidu ferm bilanċjat, bit-tim minn St Andrews li kiseb vantaġġ doppju lejn nofs l-ewwel taqsima, permezz ta' HrvojePenava uPanuAutio. Sitt sekondi mit-tmiem, il-Brażiljan ta' Araz, Maicon Da Silva Gaiewski naqqas id- distakk għal 2-1. Fil-bidu tat-tieni taqsima kien hemm diversi azzjonijiet interessanti fuq kull naħa, sakemm fit-tielet minuta reġa' kien Da Silva Gaiewski li ġab id-dro. Wara biss żewġ minuti, il-Brażiljan ta' Luxol Rogerio dos Santos Filho reġa' poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ. Emil Raducu u Hrvoje Penava kienu ferm viċin li jiskurjaw, iżda Da Silva Gaiewski wara li mpenja lill-gowlkiper Kenneth Rakvaag reġa' sab ix-xibka għat-tielet darba. Wara tnax-il minuta milgħuba tat-tieni taqsima, Gabriel Nascimento Bastos wettaq fawl fuq Autio. Mill-frikik li ġie mogħti minn Celino Alves, Penava reġa' poġġa lil Luxol fil-vantaġġ. Sitt minuti mit-tmiem Da Silva Gaiewski ta lejn Rafael CarvalhoVilela Dos Santos u dan reġa' ġab l-iskor indaqs. L-aħħar minuti kienu ferm eċitanti, biż-żewġ timijiet li kontinwament bdew jibdlu bil-flying keeper. Fl-aħħar minuti CarvalhoVilela Dos Santos laqat il-lasta għal Araz u Penava kien ferm viċin li jpoggi lil Luxol fil-vantaġġ. Fl-iktar ħin mhux mistenni, żewġ minuti mit-tmiem, Da Silva Gaeiwski skorja r-raba' gowl personali. Minuta wara Bolinha kompla jkabbar il- vantaġġ għal Araz għal skor finali ta' 6-4. Intant, fl-ewwel logħba minn Grupp 8, Luxol ġew megħluba 5-2 mit-tim ospitant ta' Deva. Ir-Rumeni temmew l-ewwel taqsima b'vantaġġ ta' tliet gowls mingħand Dumitru Stoika, Florin Matei u Marius Matei. Fil-bidu tat-tieni taqsima Alpar Csoma kompla jkabbar il-vantaġġ għal Deva. Għaldaqstant Luxol ma remewx ix-xugaman u rnexielhom jnaqsu l-iskor b'żewġ gowls ta' Rogerinho. Il-goalkeeper Toni Tonita għamilhom 5-2 u Marius Matei falla penalty fl-aħħar minuta. Luxol St Andrews jiktbu l-istorja tal-futsal lokali b'ittri tad-deheb Plejers Maltin jieħdu sehem fil-Major of Italy San Benedetto del Tronto tat- Table Football FILJIEM li għaddew, ġie organizzat l-FISTF Major tal-Italja ġewwa San Benedetto del Tronto. Għal dan it-tournament internazzjonali kienu preżenti plejers Maltin u t- tim Malti, Valletta Subbuteo Club. Fil-logħob individwali, fil-kategorija Open kien hemm erba' plejers Maltin li ħadu sehem - Angelo Borg, Derek Conti, Massimo Cremona u Roderick Vassallo. Dawn kollha għaddew mill- grupp tagħhom. Angelo Borg ġie eliminat fl-aħħar 16 kontra Luca Battista bl- iskor ta 3-2. Derek Conti ġie eliminat fil-kwarti tal- finali kontra Luca Battista bl-iskor ta 2-1. Massimo Cremona ġie eliminat mal-aħħar 16 kontra Andrea di Vincenzo bl-iskor ta' 2-1. It-Taljan Luca Colangelo rebaħ din il-kategorija. Fil-kategorija tal- Veterani Malta kienet rappreżentata minn żewġ plejers Maltin, Mario Camilleri u Jason Pisani. Dawn għaddew mill- grupp. Mario Camilleri baqa' tiela' sas-semi-finali. Jason Pisani ġie eliminat fil-kwarti tal-finali kontra Carlo Alessi bl-iskor ta' 1-0. L-istess Carlo Alessi rebaħ din il-kategorija. Fil-kompetizzjoni tat-timijiet, kien hemm tim wieħed minn Malta, il-Valletta Subbuteo Club. It-tim kien magħmul minn Derek Conti, Mario Camilleri, Roderick Vassallo u l-aħħar akkwist tat-tim, il-plejer Belġjan Pascal Scheen. Valletta Subbuteo Club għaddew l-ewwel mill- grupp u baqgħu telgħin sal-kwarti tal-finali fejn ġew megħluba mit-tim ta' Napoli Fighters bl- iskor ta' 2-1. Angelo Borg, Massimo Cremona u Jason Pisani kienu qed jilagħbu mat-timijiet tagħhom Taljani. It-tim Fiamme Azzurre Roma rebaħ din il-kategorija. Plejers ta' Luxol St Andrews jiċċelebraw wara li għelbu lil Mostar Il-plejers Maltin li ħadu sehem l-Major of Italy San Benedetto del Tronto tat-Table Football Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017