Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet Erbgħa mejtin; it-terrur fit-toroq Spiċċa mingħajr saqajn, imma baqa' konxju Fejn seħħet? L-Imsida, ħdejn il-monument tal-GWU Min miet? Ħadd. Imma Romeo Bone ta' 40 sena spiċċa bi ġrieħi gravi u tilef saqajh. Bone fil-fatt baqa' konxju wara l-isplużjoni u seta' jidentifika lilu nnifsu. X'tip ta' karozza kienet? Renault Scenic Kemm kienet qawwija l-bomba? Qawwija, imma mhux neċessarjament intenzjonata għal eliminazzjoni. Setgħet kienet agħar? Iva. L-isplużjoni seħħet f 'artreja prinċipali, fl-10:30am Solvut? Le. Tinqatel Daphne Caruana Galizia Fejn seħħet? Il-Bidnija, qrib id-dar tal-familja Caruana Galizia Min miet? Daphne Caruana Galizia, ġurnalista ta' 53 sena X'tip ta' karozza kienet? Peugeot 108 Kemm kienet qawwija l-bomba? Qawwija ħafna. L-eks- Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo qal li f 'aktar minn 40 sena fil-Korp qatt ma ra bomba daqshekk b'saħħitha. L-għan kien ċar; eliminazzjoni ċara. Setgħet kienet agħar? Iż-żona mhix abitata ħafna, għalkemm persuna kienet qed issuq lejn id-direzzjoni ta' fejn seħħet il- bomba. Solvut? Le. Il-proċess għadu jibda. Tajret is-saqaf u nstemgħet minn lokalitajiet oħrajn Fejn seħħet? Qormi Road, Ħal Qormi Min miet? Victor Calleja ta' 65 sena, mill-Ħamrun X'tip ta' karozza kienet? Opel Astra Kemm kienet qawwija l-bomba? Qawwija ħafna. Għolliet is-saqaf u ħalliet lill-vittma mejjet. Il-bomba kienet tinsab fil- karozza wkoll. Instemgħet saħasnitra minn Ħal Luqa. L-għan kien l-eliminazzjoni. Setgħet kienet agħar? Għal darb'oħra l-isplużjoni seħħet fir-rush hour ta' filgħodu fi triq arterjali Solvut? Le. Tliet tipi ta' vittmi; bejn persuni mfittxija u ġurnalista Id-differenza żgur li ma kinitx fil-mod kif sar l-attakk. Fil- fatt jidher li hemm xebh partikolari bejn il-każi kollha f 'dak li jirrigwarda attakki ta' karozzi bomba. Id-differenza hija c-CV tal-persuni involuti. Victor Calleja kien implikat f 'hold up li seħħ f 'Diċembru 1998 u li fih insterqu Lm50,000 minn vann tal-kumpanija Group 4. Martin Cachia kien investigat dwar traffikar tad-drogi, traffikar tal-bnedmin u kuntrabandu. Romeo Bone ma nstabx ħati li kien parti minn serqa fl-2007 f 'Portomaso, waqt li ffaċċja wkoll każ il-Qorti fuq akkużi li kien qed isegwi persuna bl-intenzjoni li joqtol uffiċjal tal-pulizija li kienet xhieda f 'każ il-qorti. Intant John Camilleri ma kienx magħruf mal-pulizija. Huwa kien involut f 'diversi negozji li minnhom hu u l-familja kellhom profitti li jlaħħqu l-miljuni. Dan flimkien ma' proprjetajiet li kienu qed jinkrew b'valur li jlaħħaq l-eluf ta' ewro. Cassar ukoll ma kienx xellef difrejh mal-Pulizija. Huwa Direttur ta' kumpanija tal-Burdnara. Daphne Caruana Galizia, hija l-unika ġurnalista minn dawn kollha. Li jfisser u jispjega r-reazzjoni qawwija li wassal dan il- każ kemm f 'Malta u notevolment fuq il-midja barranija wkoll. Caruana Galizia kienet tmexxi blogg pjuttost kontroversjali u fuqu ppubblikat numru ta' stejjer li jew kienu diskussi ħafna fil- pajjiż, jew li saħansitra waqqfu lill-pajjiż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017