Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Kellna l- agħar ċertifikat li jista jkollna li, l-ġustizzja falliet u falliet għal kollox. Il-Prim Ministru beża jammeti il- falliment tal- gvern tiegħu, beża jgħid li hu ħatti għall kollass tas- saltna tad- dritt. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Il-Ġustizzja falliet' imma 'l-istorja X'qalu ż-żewġ mexxejja politiċi dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia... ITTNEJN 16 ta' Ottubru, ġurnata li bosta gazzetti madwar pajjiżna ddeskrivew bħala ġurnata sewda, diskors li l-eku tiegħu ma damx wisq sakemm ma darx mill–baħar Meditteran għal dak tal-Paċifiku. Wara l-qtil vjolenti, xukkanti u makabru tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia, kienu ħafna politikanti, ġurnalisti u ċittadini Maltin li taw ir-reazzjonijiet tagħhom għal din it-traġedja. Din il-ġimgħa kien imiss li kemm lill-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jwasslu messaġġ fil-Parlament Malti rigward il-baġit li l-gvern għadda l-ġimgħa li għaddiet. Iżda minflok il-poplu Malti sema' żewġ diskorsi relatati mal-qtil inġust ta' Daphne Caruana Galizia. X'qal Delia… " "Mill-bieraħ inbiddlet il- ħajja tagħna l-Maltin minn lejl għal nhar, għal dejjem, f 'dan il-mument l-ewwel ħsieb imur lejn il-familja Caruana Galizia taqbel jew ma taqbilx ma' kulma kitbet, kulma qalet, mal-pożizzjoni tagħha, Daphne wriet lil dan in-nazzjon mhux is-saħħa tax-xabla imma tal-kelma. F'ċirkostanzi bħal dawn, il- kliem però li Daphne tant użat sew ma jgħatu ebda komfort." "Mhux sigriet, li anke jiena ġejt ikkritikat, bil- qawwi anzi, minn Daphne Caruana Galizia. Però ftit huma dawk li jafu li jien bħala ċittadin normali qabel ma ħrigt għall-politika kont ingħaqadt, ma' eluf ta' Maltin fi protesti nazzjonali organizzati favur id-dritt tal-espressjoni u kontra minn ried iwaqqaf lil Daphne Caruana Galizia milli tesprimi ruħha dwar affarijiet serji u gravi li tebbgħu reputazzjoni ta' pajjiżna. "Nikkundana bla riservi dan l-attak barbaru fuq persuna u fuq il-liberta' tal-espressjoni." Qatt ma bsart 40 sena wara l-qtil politiku faħxi ta' Raymond Caruana, kelli nkun jien li niġi f 'dil kamra u nagħmel bħal predeċessur tiegħi Eddie Fenech Adamiu niddikjara li tweġiba tal-baġit saret għal kollox irrelevanti. Ftit snin ilu Malta kienet ġiet deskritta " The safest Place in the world" u illum... Pajjiżna qed isir pajjiż mhux normali, pajjiż ta vjolenza jew kif ġie diskritt iktar il- quddiem pajjiż żona ta' gwerra Nistgħu nigu hawn illum u nitkellmu fuq it-turiżmu sur President? Sippost tkellimna fuq l-ekonomija, kif nistgħu nitkellmu fuq hekk, jekk ir-reputazzjoni ta' pajjiżna qed tinbiddel mil-lejl għal nhar ? Min waħda ta' 'hub' ta'eċċellenza fis-servizzi finanzjarja għal waħda fejn id-dinja kollha qed titkellem dwarna. Għal pajjiż li hu lanqas kapaċi jsalva l-espressjoni ħielsa, jsalva u jiprotteġi l-ġurnalisti tiegħu. " F'dan il-pajjiż kollox għandu prezz. L-oppożżiżjoni mhux se tinxtara, il-leħen tagħna minflok jisikket ha jogħla, l'għajta tagħna minflok tiskot ha togħla. Aħna m' aħniex għal bejgħ imma jekk m'aħniex għal bejgħ ma jfissirx li dal mewt mhu se jħallas għalih ħadd.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017