Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Senglea A. ..................... 1 Ħamrun S. ..................... 3 ĦAMRUN Spartans irritornaw għar-rebħ me¬ta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta' 3-1, u dan wara li kienu gowl minn taħt. Senglea Athletic kienu l-aħjar tim fl-ewwel mumenti tal-partita u fit-12-il minuta fetħu l-iskor permezz ta' Augusto Rene Caseres li permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Jake Galea. Is-Sengleani resqu viċin li jir¬duppjaw l-iskor fit-22 minuta me¬ta minn azzjoni ta' korner mogħti minn Ivan Edgardo Paz, id-daqqa ta' ras ta' Bonnici ħabtet mal- mimduda qabel ma l-ballun ġie kklerjat mid-difiża tal- Ispartans. Hamrun Spartans kisbu l-goal tad-draw fl-40 minuta meta mill-kross ta' Espindola De Paula, Triston Caruana minn qagħda ideali għeleb lil Cetrangolo bir-ras. Hamrun ħargu ferm b'saħħithom fit-tieni taqsima u marru fil-vantaġġ fil-55 minuta meta rebħu pe¬nalty għall-fawl fil-kaxxa ta' Bonnici fuq De Castro, biex mill-11-il metru Francisco Manoel Marino Clavero skorja b'xutt fil-baxx għar- rokna tax-xibka. Senglea Athletic tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs fit-68 minuta meta din id-darba kienu huma li rebħu penalty għall-fawl fil-kaxxa fuq Terence Vella minn Souza Da Silveira, iżda l-goalkeeper Jake Galea salva tajjeb ix-xutt ta' Ivan Edgardo Paz. Ħamrun Spartans assiguraw ruħhom mit-tliet punti fil-85 minuta permezz ta' Thiago Souza da Silveira li skorja mill-viċin permezz ta' daqqa ta' ras wara li rċieva minn freekick ta' De Castro. Fl-azzjoni li wasslet għall- freekick favur Hamrun Spartans, ir-referi Sandro Spiteri keċċa permezz ta' karta ħamra diretta lil Ivan Edgardo Paz biex Senglea Athletic komplew jilagħbu l-kumplament tal-partita b'10 plejers. Senglea A. Cetrangolo, R. Vella, Bonnici (Sammut 58'), H. Vella, Terraciano, Garzia, Virano, Palmieri, Paz, Caseres (T. Vella 53), Azzopardi (Farrugia 46') Ħamrun S. Galea, Souza Da Silveira, Zerafa, Chircop (Zaccardo 76'), Caruana, Agius, De Castro, Espindola De Paula, Marino Clavero (Camilleri 72'), Micallef, Eddin Arab (Micallef 46') Referi Sandro Spiteri Ħamrun Spartans jirritornaw għar-rebħ FRANCISCO CLAVERO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja wieħed mit-tliet gowls ta' Ħamrun Spartans permezz ta' penalty. Ingħaqad ma' Ħamrun Spartans matul is-sajf li għadda. Ritratt: Christine Borg Huddersfield Town jixxukkjaw lil Manchester United HUDDERSFIELD Town ġewwa darhom ixxukkjaw lil Manchester United meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Aaron Mooy u Laurent Depoitre. Min- naħa l-oħra, il-gowl uniku għar-Red Devils wasal minn Marcus Rashford fit- 78 minuta. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Burnley bl- iskor ta' 3-0 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Nicolas Otamendi, Leroy Sane u penalty ta' Sergio Aguero. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Watford bl-iskor ta' 4-2, bil- gowls għalihom jaslu minn Pedro Rodriguez, Cesar Azpilicueta u doppjetta ta' Michy Batshuayi. Min- naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għal Watford waslu minn Abdoulaye Doucore u Roberto Pereyra. AFC Bournemouth barra minn darhom ħasdu lil Stoke City meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Andrew Surman u penalty ta' Junior Stanislas. Min- naħa l-oħra, il-gowl uniku għal Stoke City wasal minn Mame Bram Diouf fit-63 minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Swansea City u Leicester City, bil-Foxes ikunu huma li joħorġu rebbieħa, bil-gowls għalihom jaslu minn Shinji Okazaki u minn awto-gowl tal-plejer ta' Swansea City, Federico Fernandez. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal Swansea City wasal minn Alfie Mawson fis-56 minuta. Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park għelbu lil Crystal Palace bl- iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku fil-partita jasal minn Mikel Merino fis-86 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 21 ta' Ottubru Chelsea vs Watford 4-2 Huddersfield T. vs Manchester U. 2-1 Manchester City vs Burnley 3-0 Newcastle U. vs Crystal P. 1-0 Stoke C. vs AFC Bournemouth 1-2 Swansea C. vs Leicester C. 1-2 FIXTURES Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 14:30 Everton vs Arsenal 17:00 Tottenham H. vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM 12:30 ChievoV. vs Hellas Verona 15:00 AC Milan vs Genoa 15:00 Atalanta vs Bologna 15:00 Benevento vs Fiorentina 15:00 SPAL 2013 vs Sassuolo 15:00 Torino vs Roma 18:00 Udinese vs Juventus 20:45 Lazio vs Cagliari Philip Chircop jipprova jisraq il-ballun mingħand plejer ta' Senglea Athletic Aaron Mooy jifraħ wara li skorja l-ewwel gowl għal Hudderseld Town

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017