Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol MESUT OZIL - L-aġent tal-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Arsenal Mezut Ozil żvela illi l-Ġermaniż jixtieq jibqa' l-Ingilterra għal sentejn jew tliet snin oħra. Erkut Sogut sostna illi t-taħditiet sabiex Ozil jġedded il- kuntratt mal-Gunners jinsabu sejrin lejn direzzjoni pożittiva. Il-ftehim ta' Ozil mal-klabb tiegħu jiskadi fl-aħħar ta' dan l-istaġun bi klabbs bħal Manchester United, Fenerbache, Inter u Barcelona ferm interessati fis-servizzi tiegħu. Fl-aħħarnett Sogut temm il-kummenti tiegħu billi qal li m'hemm ebda problemi tal-plejer Ġermaniż mal-klabb immexxi minn Arsene Wenger. MILAN BADELJ - Il-Kroat ta' Fiorentina Milan Badelj ser iġġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb hekk kif dan dalwaqt jiskadielu. Badelj sostna illi jinsab kuntent fil-belt ta' Firenze u ser ikompli jagħti l-aqwa tiegħu sakemm jilbes il-flokk vjola. Il-plejer Kroat għadu 28 sena u kellu esperjenzi ma' Hamburg, Lokomotiv u Dinamo Zagreb qabel ma ngħaqad mal-club li jilgħab fl-ArtemioFranchi fis-sena 2014. Huwa skorja ħames gowls fis-86 partita li lagħab mal-Viola. JOSE MOURINHO - Il-kowċ ta' Manchester United, Jose Mourinho ċaħad ix-xniegħa li r-Red Devils ser ikunu l-aħħar klabb tiegħu. Huwa anzi qal illi fil-futur għandu motivazzjoni illi jmexxi klabb ieħor sabiex ikollu esperjenzi ġodda. Mourinho jinsab fit-tieni staġun tiegħu mar-Red Devils wara li ffirma kuntratt ta' tliet snin fis-sena 2016. B'hekk dan il-coach fadallu staġun ieħor żgur fit-tmun tal-klabb Ingliż. Min-naħa l-oħra t-tim minn Manchester kompla juri progress fit-tieni staġun taħtu hekk kif jinsabu fit-tieni post tal- klassifika. KYLIAN MBAPPE - Skont l-eks plejer ta' Barcelona Ludovic Giuly, il-plejer ta' PSG Kylian Mbappe qed juri aktar professjonaliżmu minn Lionel Messi meta kellu 18-il sena. Giuly ikkonferma illi dan il-plejer huwa l-aqwa wieħed fid-dinja bħalissa wara staġun tal-ħolm ma' Monaco fejn skorja ħafna gowls. Fil-fatt hu skorja 16-il gowl f '41 partita li lagħab mal-klabb tal- prinċipat. L-eks plejer Franċiż bassar illi dan iż-żagħżugħ ta' 18-il sena ser ikollu karriera mill-aqwa quddiemu u li għad nisimgħu aktar b'ismu fil-futur qrib. YUTO NAGATAOMO - Il-playmaker Ġappuniż ta' Inter Yuto Nagatomo qed jinteressa bosta klabbs madwar l-Ewropa fosthom Newcastle United u Roma. Min-naħa l-oħra, il-kowċ ta' Inter Luciano Spalletti wiegħed il- fiduċja kollha tiegħu lill-plejer hekk kif qed itih iċ-ċans jilgħab ħafna mill-partiti delikati illi qed ikollu t-tim. Skont is-sit sportmediaset.it, Newcastle jidhru favoriti illi jakkwistaw lil dan il-plejer illi jogħġob ferm lil Rafa Benitez. Dan tal-aħħar jixtiequ f 'Jannar hekk kif għandu lil Dummett u Haidara illi weġġgħu u għalhekk Nagatomo jista' jkun ideali għal pożizzjoni f 'nofs il-ground. JUPP HEYNCKES - L-eks difensur ta' Bayern Munich, illum ukoll assistent kowċ tal-klabb Klaus Augenthaler sostna illi l-għażla tat-team mill-Bavarja li jagħzel lil Jupp Heynckes kienet waħda ferm għaqlija. Wara li keċċew lil Carlo Ancelotti, Bayern Munich ġabu lura lil Heynckes sal- aħħar tal-istaġun sakemm it-tim jaħtru kowċ ġdid fis-sajf illi ġej. NEYMAR - Il-kowċ ta' Paris St Germain Unai Emery saħaq illi flimkien mal-klabb li jmexxi ser jagħmlu dak kollu possibli sabiex il-ġojjell tagħhom Neymar jirbaħ il-ballun tad-deheb u b'hekk jissupera lill-eks kollega f 'Barcelona Lionel Messi. Wara li xtraw lill-istilla Brażiljana għas-somma rekord ta' €222 miljun, Emery jittama li l-plejer jkompli juri l-aqwa tiegħu mal-Pariġini ħalli jieħu dan l-unur tant prestiġjuz. Neymar diġa' skorja sitt gowls f 'sitt partiti li lagħab magħhom u mistenni jkun il-protagonista prinċipali matul dan l-istaġun. minn Cristian Antony Muscat RIYAD MAHREZ - Arsenal u Tottenham Hotspur qed iħejju dwell interessanti bejniethom sabiex f'Jannar illi ġej jiksbu s-servizzi tal-winger ta' Leicester City Riyad Mahrez. Skont il-ġurnal The Sunday People, l-internazzjonali Alġerin ma rnexxielux jiffirma ma' klabb ieħor fl-Ewropa fejn kien anke viċin illi jingħaqad ma' Roma fl-Italja. Minkejja li s-suq tat-trasferimenti tas-sajf ilu li spiċċa mhux ftit, it-taħditiet mal-plejer qatt ma waqfu u issa tfaċċaw il-Gunners u l-Ispurs sabiex f'Jannar jippruvaw jieħduh magħhom. DAVID MOYES - L-eks kowċ ta' Manchester United u Everton David Moyes jixtieq li l-FA Skoċċiza tikkunsidrah sabiex imexxi lit-team nazzjonali ta' pajjiżu. Skont l-istazzjon Sky Sports, Moyes jidher illi huwa l-favorit illi jieħu r-riedni tal-Iskozja f 'idejh sabiex jinħatar minflok Gordon Strachan illi rriżenja wara li t-tim naqas milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja. Moyes ilu ma jikkowċja sa minn Mejju li għadda wara li rriżenja mill-pożizzjoni tiegħu bħala manager ta' Sunderland. Skozja spiċċaw b'punti ndaqs mas-Slovakkja fit-tieni post tal-klassifika ta' Grupp F iżda ma setgħux jikkwalifikaw wara li kellhom differenza ta' goals inferjuri mill-avversarji tagħhom.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017