Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Editorjal Speċjali ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt hekk. Pajjiżna aħjar minn hekk. attakk kontinwu li m'għamel ġid xejn għall-immaġini tal-korp, jew aħjar fuq il- Kummissarji li kellu, imma huwa minnu wkoll li Gvern Laburista f 'dawn l-aħħar erba' snin u nofs għamel għażliet li ma jirrispettawx it-talba biex il-Kummissarju jkollu l-appoġġ tal-oqsma kollha politiċi u tal- poplu inġenerali. Ikun ta' xejn li l-PM Muscat ifakkar li hu seta' kkritika biex jimmina lill-istituzzjonijiet imma m'għamilhiex, għax il- punt jibqa' li seta'. Il-punt jibqa' li għax il-Kummissarju huwa appuntat politikament, l-għażla tal-Gvern tal-ġurnata, jibqa' miftuħ għall-kritika, kemm kostruttiva, imma wkoll għal ħafna kritika partiġġjana u distruttiva. Mod wieħed biss hemm biex ma jerġax ikollna sħaba sewda fuq Kummissarju tal-Pulizija f 'mument ta' kriżi; li tintlaqa' l-proposta Nazzjonalista biex il-Kummissarju jkun maħtur biż-żewġ terzi. B'hekk biss naċċertaw li f 'dan il-pajjiż polarizzat, fejn jeżistu żewġ tribujiet u fejn l-għan aħħari jidher li jiġġustifika kull mezz, li kull min imexxi l-Korp tal- Pulizija jkollu l-akbar fiduċja politika. Biex meta jerġa' jkollna kriżi li fiha l-ħidma tal-Pulizija tkun ċentrali, il- Kummissarju jkun jikkmanda r-rispett assolut ta' min huwa ta' rieda tajba. Hekk hu sewwa u hekk hu xieraq. Lil hinn minn dan iżda l-klassi politika u aħna lkoll bħala stat irridu nagħtu ħarsa tajba madwarna. Kemm hi sigura Malta? X'qed jiġri madwarna? X'qed jiġri fl- ibħra tagħna? X'inhu għaddej minn pajjiżna? Sirna gżira li minnha jew minn ħdejha jgħaddu ċrieki kriminali li jmexxu traffikar tal-bnedmin, żejt, kuntrabandu, drogi u aktar? Apparti l-hubs kollha li niftaħru li rridu nsiru (u li ħafna minnhom għadhom fuq il-karta), Malta qed issir hub ta' kriminalità wkoll? Ftaħna l-bibien beraħ biex jgħaddi kulħadd qisna passatur, mingħajr ebda kontrolli? Għalfejn ħadd, imma ħadd f 'dan il-pajjiż mhu qed jitkellem dwar il-baħar ta' madwarna? Baħar mimli bi kriminali,iktar milli b'ħut. U x'għandu x'jaqsam dan kollu mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia? Min jaf, xi ħadd jaf? Xi ħadd staqsa? Xi ħadd huwa konċernat f 'din il-bużżieqa jisimha Malta, li madwarna għaddejja attività tal-biża' u li taħtna għandna pajjiż fi stat anarkiku. Xi ħadd jimpurtah? Fejn taf, forsi Daphne Caruana Galizia kien jimpurtaha u ħallset prezz qares? Min jaf? Hu x'inhu, din il-ġimgħa ntilfet ħajja bl-aktar mod brutali. Hu x'inhu, isem pajjiżna kien imperreċ u mħammeġ bl-aktar mod terribbli madwar l-Ewropa u madwar id-dinja. Hu x'inhu, din kienet ġimgħa kerha ħafna għal pajjiżna. Kienet ġimgħa illi se tibqa' mfakkra għas-swidija tagħha. Imma lil hinn minn hekk, kienet ġimgħa li minnha rridu nitgħallmu. Trid tkun ġimgħa li fiha niftakru li l-libertà tal-espressjoni hija valur imprezzabbli, trid tkun ġimgħa illi fiha niftakru li minkejja d-differenza, ir-rispett għandu jirabaħ fuq kollox. Hija ġimgħa illi fiha rridu niftakru u nfakkru li dan il-pajjiż ma jista' qatt jinżel għarkopptejh quddiem il-forzi korrotti tal- ħażen, il-mibgħeda u r-rgħiba. Pajjiżna ma jixraqlux li jerġa' jgħaddi minn din it-traġedja. Pajjiżna jixraqlu aħjar, ħafna aħjar minn hekk. Pajjiżna ma jixraqlux li jkun mekka ta' ħażen u kuritur għall-korrotti u l-kriminali. Pajjiżna jixraqlu l-aqwa u l-aħjar. Dan l-Editorjal jixtieq itemm billi jgħaddi l-kondoljanzi lil familja Caruana Galizia u speċjalment lil dak it-tifel li kellu l-iżvintura krudili li jara lil ommu mbiċċra. Ħadd ma ħaqqu hekk, ħadd u qatt. Ejja nużaw dan il-kapitlu iswed, biex nibdew mill-ġdid. 'Xi ħadd huwa konċernat f 'din il-bużżieqa jisimha Malta, li madwarna għaddejja attività tal- biża' u li taħtna għandna pajjiż fi stat anarkiku. Xi ħadd jimpurtah? Fejn taf, forsi Daphne Caruana Galizia kien jimpurtaha u ħallset prezz qares? Min jaf ?'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017