Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 29 ILĦAMIS, il-21 ta' Settembru, il- COREMALTA Unit fi ħdan id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta FA organizza l-ewwel seminar tal-istaġun 2017-2018 għall-uffiċjali membri tal-Programm COREMALTA; dawn l-uffiċjali huma magħżula fuq il-mertu tagħhom bl-għan li jirfinaw l-abbiltajiet tagħhom biex ikunu jistgħu jirnexxu fl- ogħla livell. Is-seminar fiċ- Ċentru tar-Refereeing infetaħ mid-Direttur tar-Refereeing, Kevin Azzopardi. Kelliema mistiedna kienu l-psikologa tal- isports Samantha Tabone, li ddiskutiet it-temi dwar teħid ta' deċiżjonijiet, tmexxija u personalità; filwaqt li r-referee tal-FIFA Alan Mario Sant indirizza l-preparazzjoni għal- logħba. Roberto Buontempo, membru tal-COREMALTA Unit u ex-referee fl- ogħla livell, ta lecture fuq Management u Body Language. Is-seminar ġie konkluż mill-Kap tal- COREMALTA Unit u membru tar-Referees' Committee Stephen Mallia, bil-preżentazzjoni Match Analyses permezz ta' video clips minn logħbiet. Organizzat l-ewwel seminar tal-istaġun minn COREMALTA Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem l-COREMALTA Seminar 2017 AKTAR minn 100 plejer ħadu sehem fl-ewwel serje ta' ranking tournaments organizzati mill-Malta Pool Association li saru ġewwa l-Każin Banda San Gorg Martri li jinsab Ħal- Qormi. Fil-kategorija tal-irġiel kellna finali mill-aktar ċcitanti meta Claudio Cassar għeleb lil Miguel Falzon bl-iskor ta' 8-7 biex b'hekk kiseb post fit-tim nazzjonali li ser jirrapreżenta lil Malta fil- Kampjonati Ewropej li ser isiru ġewwa pajjiżna bejn it-18 u t-23 ta' Frar. Scott Muscat rebaħ l-ewwel unur fil-kategorija taż-żgħażagħ ta' taħt it-23 sena meta fil-finali għeleb lil Ryan Falzon bl-iskor ta' 8-6. Il-veteran Christ Mills kiseb ir-rebħ tal-Kategorija Over 50's b'rebħa konvinċenti ta' 8-3 fuq Alfred Attard filwaqt li ż-żagħżugħ Elcid Aquilina rebaħ il-kategorija taż- żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena. Claudio Cassar jirbaħ l- ewwel ranking tournament tal-istaġun Claudio Cassar -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017