Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Sports 30 Ftuħ spettakolari tar-Rolex Middle Sea Race 2017 ILBIERAĦ bdiet ir-Rolex Middle Sea Race fil-Port il-Kbir, fejn ġie nnutat ftuħ tassew spettakolari. Ir-Rolex Middle Sea Race tibda u tispiċċa f 'Malta, gżira ta'spiss imsejħa "Salib it-toroq tal-Mediterranean". Hija waħda mill-kompetizzjoni tal-ibburdjar offshore fuq livell internazzjonali ta' distinzjoni. Il-prova tinsab fin-numri fejn ir- reġistrazzjonijiet għat-38 edizzjoni huma ta' jottijiet li jirrappreżentaw 30 pajjiż minn madwar id-dinja. In-numru ta' jottijiet ġewwa il-Port il-Kbir ilbieraħ kien wieħed li jaqbez il-110 jott. Rolex issieħeb ma' din it-tellieqa fl-2002 bħala l-isponor ewlinei uffiċjali. Kompetizzjoni eżiġenti Il-Rolex Middle Sea Race, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club (RMYC), għandha l-karatteristiċi u l-kwalitajiet kollha tat- tlielaq offshore, msieħebin mar-Rolex. Il-korsa ta' 606 mil nawtiku tikkonsisti f 'dawra madwar Sqallija. Tellieqa mimlija tattiċi, il-kantunieri frekwenti jwasslu għal taqsimiet ġeografiċi differenti u li jesponu l-flotta għat-tibdil frekwenti fit-temp. B'ħafna mill-ekwipaġġi mistennija li jqattaw mill-inqas ħames iljieli fuq il-baħar, din it-tellieqa hija sfida li tirrikejdi saħħa mentali qawwija, tħejjija eċċellenti, kif ukoll il-ħila li jittieħdu deċiżjonijiet preċiżi f 'ambjent ta' pressjoni. Rekord diffiċli jinkiser Ir-Rekord tar-Rolex Middle Sea Race, huwa wieħed ferm diffiċli li jinkiser - kemm mil-lat ta 'twaqqif ta' rekords kif ukoll biex jintrebaħ it-titlu ġenerali bis-sistema tal- handicap IRC. Ir-rekord tar-Rolex Middle Sea Race ġie miksur f 'ħames okkażjonijiet mill-edizzjoni inawgurali fl-1968. Ir- rekord attwali ġie stabbilit mill-jott Amerikan Rambler ta 'George David fl-2007. Meta wieħed iħares lejn l-evoluzzjoni tal-ħinijiet registrati mid-dgħajjes fuq il- għexieren ta 'snin, il-ħin ta' Rambler ta' 47 siegħa, 55 minuta kien ta' kważi 100 siegħa aktar mgħaġġel minn dak stabbilit mill- ketch Stormvogel ta' 73 pied fl-ewwel tellieqa. Id-90-pied Rambler kien ukoll l-aħħar yacht li rebaħ iż-żewġ unuri – Line Honours u it-Trofew Rolex Middle Sea Race. Sa'issa ma kien l-ebda jott li rebaħ edizzjonijiet suċċessivi wara Nita IV fl-1979 u fl-1980, xhieda tan-natura kompetititva u diffiċli tat-tellieqa. David jirritorna f 'Malta din is-sena bil-Maxi jott, Rambler 88, b'tentattiv biex jikser ir-rekord tiegħu stess. David qed jimmira lijżid l-unuri tal-Rolex Middle Sea Race mat-trijonf riċenti tiegħu fil-Rolex Fastnet Race. Rambler 88 se jkollha tbaħħar fl-aqwa tagħha minħabba l-kwalità impressjonanti tal-jottijiet f 'din il-kompetizzjoni. Ta' min isemmi il-Maxi Leopard ta '100 pied, li huwa l-akbar yacht fil- flotta, kif ukoll il-Maxi CQS ta' Ludde Ingvall - dawn huma mistennija joħolqu sfida formidabbli flimkien maż-żewġ Maxi 72s, Proteus u l-Champion tad- Dinja tal-Maxi 72 Momo – dwell iebes bejn dawn it-tnejn huwa mistenni. Sfidi Determinanti IL-Line Honours hija biss dimensjoni waħda tar- Rolex Middle Sea Race. L-isfida biex tintrebaħ it-trofew hija waħda interessanti peress li hija miftuħa għal kwalunkwe jott fil-flotta. Ir-rebbieħ tas- sena li għaddiet Mascalzone Latino, ta' Vincenzo Onorato, mhux mistenni li jiddefendi it-titlu. Minflok żewġ Cookson 50s oħra, Endlessgame u Kuka 3, huma mistennija jagħti sfida tajba għat- titlu. Il-vapuri tal- 50 pied iddominaw l-edizzjonijiet riċenti tat-tellieqa. It-TP52, B2 tat-Taljan Michele Galli, kien rebbieħ kemm fl-2013 kif ukoll fl-2015, fatt li ma kienx inosservat mir-Russu Vadim Yakimenko, li ikkompeta b'TP52 Freccia Rossa. Yakimenki rebaħ it- tellieqa ta' 241 mil nawtiku il- Giraglia Rolex Cup f 'Ġunju. Flimkien ma 'CQS, hemm iċ-Ċilen Anita u il-jott min New Zealand Crusader, li reċentement ikkompetew fil-Rolex Fastnet. Minbarra l-Proteus u l-Rambler 88, l-Istati Uniti huma rappreżentati minn Triple Lindy ta' Joseph Mele u l-Xp44 -Xpatriate. Il-jottijiet Taljani u Russi huma fost l-aktar prominenti waqt li l-grupp ta' parteċipanti Maltin se jfittxu li jirreġistraw it- tmien suċċess għall-Malta. Flotta Maltija M'hemmx dubju li l-ekwipaġġi Maltin huma kompetittivi u minn dejjem taw parteċipazzjoni rispettabblifit-tellieqa. Malta pproduċiet rebbieħa f 'seba 'okkażjonijiet, l-aktar riċenti fl-2014. L-ekwipaġġi regolarment jidhru fuq il- podji tal-Klassijiet diversi. Din is-sena l-bandiera Malti se tittajjar minn sitt dgħajjes. Elusive 2 tal-aħwa Podesta tkompli it-tradizzjoni ta' parteċipazzjonijiet, fejn huma jkomplu fuq ir- rekord ta' missierhom Arthur li ħa sehem f 'kull tellieqa mill-1968 sa qabel ma miet fl-2015. Ir- rebbieħ tal-Klassi Double Handed Jamie Sammut jirritorna bis-Solaris One 42 Unica iżda din id-darba b'ekwipaġġ sħiħ, li jinkludi lil Christian Ripard, baħħar b'esperjenza kbira u rispettata ħafna. Xpresso ta' Sean Borg se jkun qed jippartecipa għat-tieni darba bl-Xp44, iżda ta min jgħid li l-ekwipaġġ kollettivament għandhom esperjenza ta' ħdax il- tellieqa bejniethom. Xp 44 ieħor li mistenni jmur tajjeb huwa Xp-act, fejn Timmy Camilleri, li se jipparteċipa fl-erba u għoxrin tellieqa tiegħu , ser jinghaqad ma' sid il-jott Josef Schultheis. Il-kompetitur regolari Jonathan Gambin b'Ton Ton Malta Charters, ser jghaqqad il-lista tal- ekwipaġġi 'full crew'. Otra Vez hija dgħajsa oħra b'assoċjazzjoni twila mat-tellieqa. Din is-sena il-J / 122 ser tkun f 'idejn Sean Arrigo u Brian Flahive li se jtajru l-bandiera Maltija fil-Klassi Double Handed. Sean Arrigo qed jistenna bil-ħerqa avventura oħra: "Għalkemm it-tnejn flimkien ipparteċipajna fi 23 Rolex Middle Sea Races, din se tkun l-ewwel darba li Otra Vez se tkun qed tieħu sehem f 'din il-klassi. Naturalment il-jott ser isirilha xi tibdiliet biex tkun fl-aħjar tagħha għal-din it- tellieqa. Kollox ma' kollox il-Rolex Middle Sea Race hija esperjenza aħna aħna qatt ma nixbaw minnha " stqarr Arrigo. Pajsaġġ salvaġġ u sabiħ Matul is-snin, il-baħħara kellhom irwol sinifikanti fl-istorja marittima. Il- korsa tar-Rolex Middle Sea Race hija waħda mill-aktar sbieħ fit-tbaħħir. Is-simbolu emblematiku tagħha hija l-gżira vulkanika u salvaġġa ta'Stromboli. Postijiet ewlenin oħra jinkludu il-passaġġ bejn il-gżejjer remoti tal-Egadi, li jinkludu il Favignana magħrufa bħala "la farfalla" għall- forma distinta tal-farfett, Pantelleria u Lampedusa li huma mgħarufin għal ħajja marittima li toffri distrazzjoni pożittiva. It-tellieqa tibda u tispiċċa f 'Malta mill-Port il-Kbir - wieħed mill-aktar xeni spettakolari u rikonoxxibbli fit-tbaħħir. Wieħed jista jsegwi l-aħħar aħbarijiet u aġġornamenti fuq il- midja sociali – Facebook, Instagram u Twitter. Il-hashtags uffiċjali tar-Rolex Middle Sea Race huma # RMSR2017 #RolexMiddleSeaRace Għal aktar informazzjoni dwar ir-Rolex Middle Sea Race żuru www. rolexmiddlesearace.com jew ikkuntattja l-Royal Malta Yacht Club permezz ta' email: info@rmyc.org jew bit-telefon: +356 2133 3109. Ritratt - Rolex/Kurt Arrigo

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017