Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet Il Fatto Quotidiano: 'Darren Debono, arrestat ir-raġel li jgħaqqad lil Caruana Galizia mal-inkjesta fuq iż-żejt mil-Libja' … It-Taljani jagħmlu referenza għall-blogg fejn DCG issemmi lil Debono minn Jesmar Baldacchino MEDIA Taljana fosthom Il Fatto Quotidiano qed jabbinaw l-arrest tal-eks plejer Darren Debono mal-ġurnalista Daphne Caruana, it-traffikar taż- żejt bil-kuntrabandu mil- Libja u l-qtil b'karozza bomba ta' żewġ Maltin, li wkoll kienu jinnegozzjaw mal-Libjani. Kollox imur lura għall-14 ta' Frar tal-2016 meta Daphne Caruana Galizia kitbet blogg fejn qalet li rċeviet email b'theddida mingħand mara li tliet snin qabel kienet daħlet f 'argument magħha fil- Balluta. F'dan il-blogg, Caruana Galizia ssemmi lil Darren Debono fil-kuntest li huwa persuna qrib ħafna tal-mara li allegatament bagħtitilha l-email. Fl-istess blogg, Daphne Caruana Galizia qalet li din il-mara aħjar toqgħod attenta li Darren Debono ma jispiċċax jinqatel f 'karozza bomba bħalma ġralhom żewġ sajjieda oħra, li bħalu kienu qed jinnegozjaw mal- Libjani. Caruana Galizia għamlet referenza għal Martin Cachia, li nqatel fis-16 ta' Jannar tal-2016 fil-bypass ta' Wied il-Għajn u Darren Degabriele li nqatel fis-6 ta' Ġunju tal- 2014 f 'Marsaxlokk. It-tnejn li huma nqatlu b'karozza bomba, bħalma nqatlet il- ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-media Taljana tikkwota wkoll mill-blogg ta' Daphne Running Commentary u tgħid kif il-ġurnalista kienet qalet li t-traffikanti tal-kuntrabandu taż-żejt jinqatlu b'karozza bomba mentri t-traffikanti tad- droga jinqatlu fi sparatura. Qed jiġi rrappurtat li l-isplussiv li ntuża fil- karozza bomba li qatlet lil Caruana Galizia huwa tat-tip Semtek, li skont il-media Taljana ssib kemm trid fil-Libja. L-Awtoritajiet Taljani arrestaw lill-eks plejer tal-futbol Darren Debono bħala parti mill-ħidma tal-Pulizija magħrufa bħala Dirty Oil. Il-Finanzieri del Comando ta' Katanja flimkien mal-Brigata ta' Lampedusa u s-Sezzjoni Navali ta' Katanja dalgħodu arrestaw lil Debono li kien jinsab f 'Lampedusa. It- Taljan kienu qed ifittxu lil Darren Debono li għandu 43 sena fuq allegazzjonijiet li kien parti minn grupp ta' kriminali internazzjali involuti fir-riċiklaġġ u kuntrabandu taż-żejt minn Zawiya fil-Libja lejn l-Italja u pajjiżi oħra Ewropej. L-investigazzjonijiet kienu qed jiġu kkordinati mill- prokura ta' Katanja. Il-media fi Sqallija qed tgħid li Darren Debono kien wieħed minn żewġ Maltin li allegatament huma involuti fit-trasport taż-żejt mil-Libja. Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Awtoritajiet Taljani kienu ordnaw l-arrest tal-persuni kollha involuti. Huwa mifhum li 30 tanker ġarrew mil-Libja lejn l-Italja b'żejt li l-valur tiegħu kien jammonta għal €30 miljun. I L L U M . C O M . M T ABOUT ILLUM Illum is Malta's favourite independent Maltese-language news source with the popular ILLUM.COM.MT and Sunday newspaper. First published in 2006, Illum continues to off ff f er readers a fresh approach to journalism in Maltese away from the stifling political tone of other newspapers. Outstanding Maltese intellectuals contribute to Illum on a weekly basis. WEBSITE STATISTICS SOCIAL STATISTICS Daily Views - 21k+ Monthly Views - 650k+ Monthly Users - 104k+ 25.9k+ 1.1k+ 30% TRAFFIC 60% TRAFFIC 95% 9 traff ff f ic from Malta 10% TRAFFIC Send advertising inquiries to info@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017