Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... JUAN MATA - Il-midfielder offensiv ta' Manchester United Juan Mata rrifjuta offerta ferm attraenti miċ- Ċina sabiex jibqa' jilgħab fil-Premier League Ingliz ma' Manchester United. Skont il-ġurnal Ingliż, The Mirror, Mata mhux talli mhux sejjer iċ-Ċina talli qed jaħsibha sabiex iġedded il-kuntratt mar-Red Devils għal sena oħra. Jekk dan il-ftehim iseħħ, l-Ispanjol mistenni jaqla' 165,000 lira sterlina kull ġimgħa. Mata kellu esperjenzi ma' Chelsea u Valencia qabel ma ngħaqad ma' Manchester United fis-sena 2014. Huwa skorja 28 gowl f '118 partita li lagħab magħhom. OLIVIER GIROUD - Juventus qed jikkunsidraw illi fl-aħħar ta' dan l-istaġun jakkwistaw lill-Franċiż ta' Arsenal Olivier Giroud. Skont is-sit calciomercato.it,Giroud irrifjuta illi jingħaqad ma' Everton matul is- sajf illi għadda għax ried jiġġieled għal post fit-tim tal-Gunners. Minkejja kollox, il-plejer Franċiż mhux dejjem qed jibda mal-ewwel 11 tal-kowċ Arsene Wenger. Minbarra Juventus anke Inter daħlu għal dan il-plejer sabiex jakkwistawh fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf. IVAN RAKITIC - Manchester United qed jippreparaw li joffru lil Anthony Martial lil Barcelona bi bdil mal-midfielder Kroat Ivan Rakitic. Skont Diario Gol, Jose Mourinho ilu jsegwi l-progress tal-plejer ta' 30 sena u jidher illi għas-sajf illi ġej dan il-ftehim mistenni jseħħ hekk kif il-Portugiż għandu għal qalbu l-logħob li juri l-istess Rakitic. Bil-Katalani illi wkoll huma nteressati f 'Martial, ir-Red Devils ser jippruvaw jikkonvinċuhom sabiex din il-mossa sseħħ fil-futur qrib. DANI CEBALLOS - AC Milan qegħdin jiġru wara l-firma tal-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Real Madrid Dani Ceballos skont ma ġie żvelat mill-gazzetta Sport. L-eks plejer ta' Real Betis jinsab ukoll fuq ir-radar ta' Arsenal u Liverpool minkejja illi l-player għadu kemm iffirma kuntratt mal-Merengues li jorbtu għal sitt snin oħra.Ceballos għandu 21 sena u diġà lagħab tliet darbiet ma' Real Madrid fil-kampjonat. HARRY KANE - Real Madrid huma lesti li jbiddlu lil Gareth Bale, Luka Modric u Karim Benzema sabiex jakkwistaw is-servizzi tal-istilla ta' Tottenham Hotspur Harry Kane. Skont is-sit Spanjol DiarioGol, l-attakkant Ingliż qed jiġi mfittex mill-klabb prinċipali Ewropej wara li diġà skorja sitt gowls fl-ewwel seba' partiti tiegħu bil-flokk abjad tal-Ispurs. Tant huma interessati f 'Kane illi l-Merengues lesti li jneħħu t-tliet plejers imsemmija f 'operazzjoni ta' bdil. PAULO MONTERO - L-eks difensur ċentrali ta' Juventus Paulo Montero għandu x-xewqa illi jikkowċja lill-Bianconeri fil-futur mhux 'il bogħod. Montero kien qed jitkellem fuq intervista li dehret ilbieraħ fil- ġurnal Tutto Sport u ddikjara illi jikkonsidra l-Italja bħala d-dar naturali tiegħu. "L-Italja saret parti minn ħajti u x-xewqa primarja tiegħi hu sabiex ninħatar fit-tmexxija tal-Bianconeri." Montero kien jagħmel parti mill-iskwadra Juventina fis-snin disgħin u kien meqjus bħala difensur b'saħħtu ferm. Bħalissa Montero qed imexxi lit-tim mill-ogħla kampjonat Arġentin Rosario Central. PHILIPPE COUTINHO - Barcelona huma lesti illi jerġgħu jippruvaw jirsistu għall-akkwist tal-plejer ta' Liverpool Philippe Coutinho. Wara li kienu ilu jissemma' li ser jitlaq lit-tim minn Anfield Road, Coutinho fl-aħħar mill-aħħar baqa' mar-Reds għalkemm issa l-Katalani ser jippruvaw jakkwistawh f 'Jannar illi ġej. Ikkonferma dan kollu is-CEO ta' Barcelona Oscar Grau illi madankollu ammetta illi l-wasla tiegħu fil-belt Spanjola tista' tiswa' xi ftit tal-flus. Coutinho kellu esperjenzi ma' Inter, Vasco Da Gama u Espanyol qabel ma' ngħaqad ma' Liverpool. DELE ALLI - L-istilla ta' Tottenham Dele Alli jrid ikun l-iktar plejer imħallas tal-klabb hekk kif qed jitlob 160, 000 lira fil-ġimgħa skont ma' rrapurtat il-gazzetta The Sun. Min-naħa tagħhom, l-iSpurs huma lesti illi joffru ftehim ġdid mal-plejer minkejja illi għandu kuntratt ta' erba' snin jiġi mħallas somma ta' 50,000 lira fil-ġimgħa. Tottenham Hotspur diġà għandhom liż-żewġ stilel fit-team Harry Kane u Hugo Lloris illi jitħallsu 100, 000 lira fil-ġimgħa. Alli jinsab kuntent mat-tim minn Londra għalkemm ammetta li jixtieq li tiżdiedlu l-paga mat-tim. JAMES RODRIGUEZ - Il-playmaker ta' Bayern Munich James Rodriguez qed jikkunsidra illi jiċċaqlaq għall-kontinent Amerikan hekk kif Orlando City u New York City illi jilagħbu fl-MLS Soccer League jinsabu interessati fih. Dan kollu ħarġu s-sit Don Balon wara li l-istess plejer mhux qed iħossu daqshekk kuntent mal-klabb mill-Bavarja iktar u iktar meta tkeċċa l-kowċ favorit tiegħu Carlo Ancelotti. Barra minn hekk, Rodriguez ftit qed isib spazju fl-ewwel 11 u għalhekk moħħu qed iberren li jfittex fortuna x'imkien ieħor. New York City jistgħu jakkwistaw is-servizzi tal-plejer Kolumbjan li jista' jsib postu wara li Kaka mistenni jitlaq lill-club mill-kapitali Amerikana.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017