Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545
14 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropea taħt il- Fond Socjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Amministratur tal-Proġett għall-Proġett: "ESF.02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs" Amministratur tal-Proġett Kuntratt • Kuntratt ta tlett snin – 40 siegha fil-gimgha. Rekwiżiti tal-eliġibbiltà • Ikun kapaċi jikkomunikaw bil-Lingwa Ingliża; • Fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta Master's f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2008) jew fl-Amministazzjoni Pubblika jew fil-Management jew fil-Health Science jew fis-Social Science jew EU/ International Affairs jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti; JEW • Fil-pussess ta' kwalifika Baċċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003) jew fl-Amministazzjoni Pubblika jew fil-Management jew fil-Health Science jew fis-Social Science jew EU/ International Affairs jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma' tlett (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti. Persuni nteressati ghandhon jisotomettu l-applikazzjoni flimkien ma Curriculum Vitae currciculum vitae dettaljat li juru l-kwalifiki u l- esperjenza sa mhux aktar tard min-nofs in-nhar (Central European Time) ta' nhar il-Ġimgħa 27 ta' Ottubru 2017. Applikanti li diġa' qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta' Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita' oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji L-applikazzjonijiet ghandhom jigu ndirizzati lil: Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations, Ministeru għas-Saħħa, Palazzo Castellania, 15, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 Website: https://deputyprimeminister.gov.mt Numru tal-fax: +356 22992604 Indirizz elettroniku: recruitment.health@gov.mt Applikazzjonijiet jistgħu ukoll jiġu sottomessi permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kif indikat hawn fuq. Aktar dettalji dwar din il pozizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazetta tal-Gvern puplikata fit13 ta' Ottubru 2017. Ir-responsabiltà waħdanija ta' din il-pubblikazzjoni hija tal-awtur. L-Unjoni Ewropeja m'hix responsabbli għal xi użu li jista' isir mill- informazzjoni fil-pubblikazzjoni. Qatt m'għandna naċċettaw il-biża' li nitkellmu ILFAKULTÀ għall-Benesseri tas- Soċjetà qed titlob li d-dibattiti pubbliċi dwar l-assassinju tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia jkunu intelliġenti sabiex l-investigaturi jagħmlu xogħolhom b'serenità. Qed titlob ukoll li jkun hawn għarfien tal-importanza tal- ġurnaliżmu għat-tisħiħ tad-demokrazija, imparzjalità tal- Istituzzjonijet, protezzjoni tal- ġurnalisti u soċjetà attiva li tirrikonoxxi l-importanza tal-ġurnaliżmu investigattiv. Id-Dekan tal-Fakultà Benesseri tas-Soċjetà, il- Prof. Andrew Azzopardi saħaq li jkun żball kbir jekk inneħħu d-dritt fundamentali tal-espressjoni tal-kelma. Appella biex fid-dawl tal-assassinju tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia, is-soċjetà tħares il-fibra morali u l-ħniena. Għaliex din kwistjoni li qed tinvolvi soċjetà li ddgħajfet bl-ostilità u għalhekk lil hinn mill-qtil ta' Caruana Galizia. L-akkademiċi fil- Fakultà tal-Benesseri Soċjali tirrikonoxxi li s-silenzju u l-kompjaċenza f 'dan iż- żmien ikrah jagħmlu ferm aktar ħsara lis- soċjetà Maltija. Andrew Azzopardi saħaq li fid-dawl tal- assassinju ta' Caruana Galizia, irrid infittxu fil-fond biex inwasslu għall-bidla. Qal li dak li huwa tajjeb huwa tajjeb u li huwa ħażin huwa ħażin u d-deċiżjonijiet li nieħdu iridu jirriflettu dan. Azzopardi jagħmel referenza għar-riċerka li għamlet il-Prof. Marilyn Clark, li kienet ikkummissjonata mill-Kunsill tal-Ewropa, liema riċerka turi li 69% tal-ġurnalisti rrappurtaw xi forma ta' intimidazzjoni, theddid jew vjolenza psikoloġika. 31% sfaw imsawwta. Dan ifis-ser li jkun hemm ġurnalisti li jibżgħu jiktbu biex toħroġ il-verità u dan b'detriment għad-demokrazija. Il-ġurnalisti b'leħen wieħed kontra t-terrur NUMRU kbir ta' ġurnalisti fosthom l-Editur tal-ILLUM Albert Gauci Cunningham u l-Editur Eżekuttiv tal- Maltatoday Matthew Vella, attendew għal mixja silenzjuża fit-toroq tal- Belt Valletta b'tifkira tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li nqatlet b'karozza bomba t-Tnejn li għadda. Uħud minnhom kellhom f 'idejhom kartelluni favur il-libertá tal-espressjoni u l-ħarsien tad-demokrazija. Il-ġurnalisti se jkunu qed iressqu rikors fil-Qorti sabiex il-Maġistrat Anthony Vella, li qed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil ta' Caruana Galiza, jaċċerta li kull sors li jista' joħroġ mill- investigazzjonijiet li qed isiru jiġi protett. B'hekk bi qbil mal-Istitu tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), illum il-gazzetti kollha fosthom l-ILLUM se jkunu qed iwasslu messaġġ wieħed, li l-pinna tegħleb il-biża'. Dawk preżenti għal din il-kommemorazzjoni ressqu għal darb'oħra kkundannaw l-qtil ta' Daphne u ressqu l-kondoljanzi lill-familja Caruana Galizia.