Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 35 nazzjonali jġib riżultati aħjar. Dan huwa tim nazzjonali illi l-partitarji u s-segwaċi tal-futbol inġenerali jixtiequ jaraw. Ħadd m'għandu jippretendi illi r-riżultati ser jaslu mil-lejl għan- nhar. Wieħed irid ikollu paċenzja u jifhem illi kollox jieħu ż-żmien. Fil- partita ta' ħbiberija kontra l-Estonja mhux ser ikun hemm tibdiliet kbar. Anzi ser nieħu din il-partita sabiex nara mill-viċin diversi plejers li nkun għażilt fl-azzjoni. Nemmen ukoll illi Pietro Ghedin għamel xogħol imprezzabbli ma' dan it-tim. Aħna rridu nkomplu naħdmu fuq it-tajjeb li ħalla s-Sur Ghedin u nippruvaw nitilgħu skaluna oħra ħalli nagħmlu progress. L-ambizzjoni tagħna hi li nkunu kompetittivi kontra pajjiżi tal-kalibru tagħna issa li ser ikun hemm in- Nations League fil-futur qarib. Irridu wkoll inġibu riżultati aktar diċenti kontra pajjiżi li fuq il-karta huma aħjar minna mingħajr ma nkunu umiljati. Ħafna jqabblu lil Malta mal-Iżlanda u dak li rnexxielha tagħmel meta kkwalifikat għall-ewwel darba għat- Tazza tad-Dinja. X'taħseb dwar dan l-għidut? Hija xi ħaġa li diġà smajtha kemm ili hawn. Madankollu rridu nżommu f 'kunsiderazzjoni li dan il-pajjiż għandu ħafna plejers li jilagħbu barra u dan jagħmel id-differenza kollha. Dawn l-istess plejers jilagħbu f 'kampjonati ferm għolja fil-livell u dan jagħmel it-tim nazzjonali tagħhom ferm komplut. Dawn bdew proġett għal tul ta' żmien u bil-mod il-mod waslu fejn riedu. Il-fatt illi dejjem baqgħu saqajhom mal-art ma poġġiet l-ebda pressjoni fuq l-assoċjazzjoni. Naf ukoll illi Malta darba rebħet lill-Iżlanda imma qed nitkellmu fuq x'ġara madwar 25 sena ilu. Iż- żminijiet inbidlu u magħhom nibtet ġenerazzjoni kbira ta' plejers. Iż-żgħar li bdew jiġu kkowċjati kibru u saru plejers tajbin u bil-mod il-mod wasal dak li dejjem xtaqu. Ma nixtieqx illi aħna nikkupjaw lill-pajjiżi oħra. Nixtieq biss illi ntejbu l-livell tagħna b'mod partikolari u anke nagħmlu ftit sagrifiċċju sabiex jasal dak is-suċċess li tant nixtiequ. Bħala tim irridu nkunu kapaċi nagħrfu l-iżbalji tagħna u naraw kif nistgħu nevitawhom filwaqt illi nkomplu nitgħallmu minnhom. Irridu nieħdu eżempju wkoll minn Faroe Islands illi anke f 'dan l-aħħar grupp ta' kwalifikazzjoni kisbu 9 punti u qabżu pajjiżi bħal-Latvia u Andorra. Aħna rridu nimmiraw illi ma nispiċċawx l-aħħar fil-grupp anzi nitilgħu aktar skaluni fil-klassifika ġenerali. L-aħħar messaġġ tiegħek lis-segwaċi tat-tim nazzjonali Malti speċjalment wara sensiela ta' riżultati mhux daqstant tajbin. Nispera illi l-partitarji Maltin jiġu l-grawnd jissapportjaw lit-tim nazzjonali ta' pajjiżhom bħalma ġew fil-partita kontra l-Ingilterra tal-1 ta' Settembru li għadda. Bqajt impressjonat bl-entużjażmu illi juru ċerti partitarji u dan kollu jrid jiżdied dejjem aktar għax il-plejers għandhom bżonn l-inkoraġġiment sabiex jilagħbu logħob sabiħ. Jien flimkien mal-istaff tal- kowċing tiegħu u anke l-MFA kapaċi niġbdu ħabel wieħed sabiex dawk l-imberkin punti jibdew jaslu fi żmien mhux daqshekk 'il bogħod. Dan kollu nistgħu nagħmluh billi nilagħbu logħob sabiħ u eċitanti filwaqt illi xorta niddefendu imma noħorġu minn qoxritna sabiex nipproduċu wirjiet aħjar. Jien min-naħa tiegħi ninsab ferħan illi qiegħed hawn u se nagħmel l-almu tiegħi kollu sabiex Malta tikseb riżultati tajbin. Ritratti: James Bianchi Malta tikseb riżultati tajbin' - Tom Saintfiet Twieled d-29 ta' Marzu 1973 l-belt ta' Mol l-Belġju. Huwa kowċ Belġjan tal-ogħla livell li ljiem li għaddew ġie appuntat mill-MFA bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti, biex b'hekk ħa post Pietro Ghedin. Għandu l-liċenzja UEFA Pro u sar l-iżgħar kowċ illi qatt mexxa klabb f 'pajjiżu -età ta' 24 sena. Jinsab r-raba' post l-klassika tal-iktar kowċis b'numru ta' partiti internazzjonali. Tom Saintet "Nispera illi l-partitarji Maltin jiġu l-grawnd jissapportjaw lit- tim nazzjonali ta' pajjiżhom bħalma ġew fil-partita kontra l-Ingilterra tal-1 ta' Settembru li għadda. Bqajt impressjonat bl-entużjażmu illi juru ċerti partitarji u dan kollu jrid jiżdied dejjem aktar għax il-plejers għandhom bżonn l-inkoraġġiment sabiex jilgħabu logħob sabiħ."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017