Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet Kważi 830 ġurnalist maqtula matul dawn l-aħħar 10 snin 15 - Maqtula fi sparatura 10 - Assassinati 5 - Maqtula f 'pajjiż perikoluż 1,258 ġurnalist maqtul f '25 sena jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino L-Iraq, is-Sirja u l-Messiku huma l-aktar pajjiżi fejn inqatlu ġurnalisti s'issa din is-sena Fl-2016 jinqatlu 115-il ġurnalist. F'4 każijiet biss minnhom jinstab il-qattiel SALIPPUBBLIKAR ta' dan l-artiklu, Malta ngħaqdet ma' pajjiżi bħall-Afganistan, is-Sud Sudan, is-Somalja u l-Filippini, pajjiż fejn inqatel ġurnalist wieħed. Dawn huma pajjiżi li għandhom ġlied u kunflitti għaddejjin jew inkella kriżi fil-ħarsien tas-saltna tad-dritt. Skont l-istatistika tal- Kumitat għall-Protezzjoni tal- Ġurnalisti (CPJ) diġà nqatlu 50 ġurnalist madwar id-dinja, fosthom hemm ukoll Daphne Caruana Galizia li kienet l-ewwel ġurnalista li nqatlet f 'Malta. Caruana Galizia hija fost is-seba' nisa ġurnalisti li nqatlu s'issa. Kull sena l-INSI jippubblika rapport dettaljat dwar imwiet tal-ġurnalisti Mill-50 ġurnalisti maqtula din is-sena, il-kaġun tal-mewt tagħhom huwa magħruf għal 30 minnhom. Huma għaxra dawk li ġew assassinati bħal Daphne, 15 inqatlu waqt sparaturi u ħamsa nqatlu waqt il-qadi ta' dmiriji- ethom meta kienu qed jirrap-purtaw f 'pajjiż perikoluż. Minn dawn it-30 ġurnalisti maqtula, disgħa kienu ġew mhedda wkoll qabel inqatlu. L-aktar pajjiżi madwar id-dinja fejn inqatlu ġurnalisti sal-lum huma l-Iraq b'sebgħa, is-Sirja b'sitta u l-Messiku b'erbgħa. Caruana Galizia mhix l-unika ġurnalista Ewropea li nqatlet, fl-10 ta' Awwissu li għadda f 'Kopenhagen fid- Danimarka kienet inqatlet il-ġurnalista Żvediża Kim Wall fl-età ta' 30 sena. Ta' min jgħid li f 'dawn l-aħħar għaxar snin inqatlu 827 ġurnalist, bl-2012 tkun l-aktar sena mdemmija b'124. Fl-2012 iżda ma nqatel l-ebda ġurnalist fl-Ewropa. Matul is-sena li għaddiet inqatlu 115-il ġurnalist waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Dan jirriżulta mir-rapport Killing the Messenger tal-Istitut Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Aħbarijiet (INSI). Minn dawn l-imwiet kollha f 'erba' każijiet biss in-stab min kien il-qattiel. Is-sena li għaddiet bdiet bil-qtil ta' ġurnalisti fl-Afganistan, il-Kolumbja u r-Russja u ntem- met bil-mewt ta' disa' ġurnalisti, li kienu fuq ajruplan militari Russu li waqa' fil-Baħar l-Iswed meta kien fi triqtu lejn is-Sirja. F'Diċembru wkoll mietu 20 oħra li kienu flimkien mat-tim Brażiljan Chapecoense, li l-ajruplan tagħhom ukoll ikkraxxja. L-INSI sostna li l-maġġoranza tal-ġurnalisti li nqatlu fl-2016, ma kellhomx riżorsi finanzjarji kbar u lanqas ma kellhom il- vantaġġ li jaħdmu għal entitajiet kbar fil-midja. Dawn inqatlu wara li bagħtew it-theddid u meta għaddew minn diffikultajiet kbar sabiex iwasslu l-verità.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017