Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Valletta ....................... 6 Tarxien R....................0 VALLETTA umiljaw lil Tarxien Rainbows meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 6-0. Huma fetħu l-iskor wara 10 minuti meta minn freekick, Denni għadda tajjeb lejn Cruz u l-Arġentin irnexxielu jifta' l-ballun wara l-goalkeeper tar- Rainbows, Christian Cassar f 'żewġ tentattivi. Kyrian Nwoko għamel l-iskor 2-0 favur Valletta fit- 33 minuta. Dan meta Matteo Piciollo kellu ġirja tajba fuq ix-xellug, qabel għadda l-ballun lejn l-attakkant żagħżugħ Belti li tefa' l-ballun fix-xibka. Il-Lilywhites komplew ikabbru l-iskor fl- 44 minuta meta wara li rċieva l-ballun minn azzjoni ta' korner, Santiago Malano tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka permezz ta' xutt fil-baxx. Il-Beltin reġgħu skorjaw fil-51 minuta meta wara li rċieva minn korner ieħor, il-Brażiljan Denni, indirizza kross perikoluż lejn Matteo Piciollo li bi preċiżjoni tefa' l-ballun ġewwa. Is-sostitut żagħżugħ Russell Fenech għamilhom 5-0 għal Valletta fit-80 minuta. Dan meta Kyrian Nwoko għadda l-ballun lejn l-istess Fenech li minn quddiem Christian Cassar tefa' l-ballun fix-xibka. Minuta biss wara , Valletta, issiġillaw ir-rebħa permezz tas-sitt gowl meta wara żball difensiv tad-difensur tar-Rainbows, Luke Grech, Kyrian Nwoko, avvanza tajjeb u tefa' l-ballun wara Christian Cassar. Valletta Bonello, S. Borg, Camilleri, Gill Cruz, Malano (Pani 64'), Piciollo, Nwoko, J. Borg, Zerafa (Muscat 67'), Raed Saleh, Rocha Dos Santos (Fenech 79') Tarxien R. Cassar, Baker, McKay (Azzopardi 77'), Brincat, Agius, Grech, Darmanin (Traore 62'), Benes, Calin (Spiteri 45'), Silva Faria, Cipriott Referi Ishmael Barbara DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Fil-passat riċenti, lagħab ukoll ma' Tarxien Rainbows u Sliema Wanderers. Valletta jumiljaw lil Tarxien Rainbows Ritratt: Christine Borg Santiago Malano jgħaddi tajjeb bejn żewġ plejers ta' Tarxien Rainbows

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017