Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 DAK li ġara din il-ġimgħa xxokkja, weġġa' u ħalla lil kulħadd imbellah. Kulħadd, xi ftit jew wisq, kien taħt xokk għat-telf ta' ħajja umana, speċjalment meta dik il-ħajja tkun ta' persuna membru tal-midja u ġurnalista. Parti minn dak il-grupp ta' nies li xogħolhom huwa li jżommu lill-awtoritajiet fuq il-ponot ta' subgħajhom. Dawk li kienu jaqblu ma' Daphne Caruana Galizia, dawk li ma kienux jaqblu magħha, dawk li qatt ma kitbet dwarhom u dawk li forsi ħassewhom imweġġgħin għax kienu fil- mira, ilkoll kienu taħt xokk. Ħadd ma ħaqqu l-mewt u dan il-poplu ta' rieda tajba jafu. Iżda lil hinn mill-att innifsu li ħalla persuna mejta; il-qtil ta' ġurnalista, u waħda pjuttost popolari u magħrufa kemm lokalment u anke barra mill-pajjiż, x'riperkussjonijiet se jħalli fuq pajjiżna? X'riperkussjonijiet se jħalli fuq is-sistema politika Maltija? U fejn se mmorru minn hawn? Liema għandha tkun id-direzzjoni li jaqbad il-pajjiż wara din it-traġedja? Fejn se mmorru minn hawn? L-ILLUM tkellmet ma' numru ta' persuni, fosthom ġurnalisti, persuni li jaħdmu fil-media u opinjonisti dwar dak li se jkun ifisser għall- pajjiżna 'Nhar it-Tnejn l-Iswed'. 'Il-kriminalità organizzata donnha għandha l-libertà...' Din il-gazzetta tkellmet ma' Dione Borg, ġurnalist mal-Media. Link u awtur tal-ktieb 'Libertà mhedda'. Borg ifakkar kif qtil bħal dak li sar din il-ġimgħa jsir f 'pajjiżi magħrufin għan-nuqqas ta' sigurtà u fejn it-tħaris tal-liġi huwa wieħed laxk ħafna. "Nibża' li Malta qed tidher simili għal dawn il-pajjiżi fejn m'hemmx saltna tad-dritt u dan huwa ħażin. Għax il-ġid u l-prosperità tal-pajjiż huma intrinsikament marbutin mas-saltna tad-dritt." Huwa jinsisti għal bosta drabi dwar l-importanza li l-awtoritajiet kollha jkunu b'saħħithom u li fihom ikun hemm il-fiduċja. Nistaqsih imma jekk hemmx l-implikazzjoni li t-traġedja ta' din il-ġimgħa setgħet kienet evitata, b'Borg jinsisti li iktar milli nevitaw li "kieku l-Korp tal- Pulizija kien qed jiffunzjona kif suppost u jkun msaħħaħ, kieku llum kulħadd ikollu fiduċja fl- awtoritajiet f 'mument bħal dan. Kieku m'aħniex qed nitkellmu dwar inkjesti indipendenti. Il- fatt li qed ngħidu li se nagħmlu 'inkjesta indipendenti' minnha nnifisha tfisser li m'hemmx fiduċja fl-awtoritajiet u f 'min qed imexxi l-Korp tal-Pulizija." Borg ifakkar kif f 'sentejn kien hemm xejn inqas minn sitt każi ta' karozzi bomba, "il-kriminalità organizzata donnha, kważi għandha l-libertà topera għax mhux qed jinqabdu." (Ara wkoll paġni 6 u 7) 'Dak li ġara kienet l-aħħar tarġa qabel ninżlu aktar 'l isfel...' L-opinjonista u avukat Bernard Grech, persuna li kienet attiva ħafna fl-aħħar kampanja elettorali tal-PN, insista illi filwaqt li r-riperkussjonijiet fl-immedjat huma t-tnissil ta' "terrur, li tħoss li hemm min qed jipprova jbeżżgħek u jintimidak fil-futur nittama illi r-reazzjoni tal-poplu tkun waħda aktar pożittiva. "Fis-sens," ikompli jgħid Grech, "illi l-poplu jinduna li dak li ġara nhar it-Tnejn kienet l-aħħar tarġa, qabel ninżlu iktar 'l isfel." Huwa sostna li jittama illi dak li ġara jwassal għal azzjoni pożittiva min-nies. Mistoqsi x'inhi din l-azzjoni pożittiva u jekk din hix dak li qed naraw bħalissa b'mixjiet u ġabriet ta' solidarjetà, Grech qal li dak li qed naraw bħalissa huwa l-ewwel reazzjoni. "L-ewwel reazzjoni ta' nies ixxukkjati u nies li jridu jħossu li huma parti minn komunità." Grech spjega kif dak li jixtieq jara hu, huwa li l-qtil ta' Caruana Galizia jwassal biex aktar nies jidħlu fil-politika u fil-ħajja pubblika, biex iżommu u jwaqqfu mill-ħsara li, hu jħoss, li diġà saret lill-pajjiż. "Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix," temm jgħid Grech fi tfakkira illi mhux il-flus u l-ġid ekonomiku biss jagħmlu pajjiż b'saħħtu. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Jaqblu li l-qtil ta' Caruana Galizia għandu riperkussjonijiet koroh, imma ja- raw id-dawl fi tmiem il-mina. L-ILLUM titkellem ma' numru ta' persuni fi l- media u opinjonisti dwar dak li ġara din il-ġimgħa u r-riperkussjonijiet... Jaqblu li l-qtil ta' Caruana Galizia għandu riperkussjonijiet koroh, imma ja- raw id-dawl fi tmiem il-mina. L-ILLUM titkellem ma' numru ta' persuni fi l- Fit-traġedja tal-mument qed Dione Borg Bernard Grech

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017