Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545
11 Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet 'l-istorja għad trid tiġġudikana' X'qal Muscat... " "Dawn mhumiex affarijiet li jintesew, dawn huma affarijiet li jimmarkawna lkoll. Għajb min jaħseb li f 'dal-pajjiż, hawn min hu ta' rieda tajba, li mhuwiex ixxukjat, li ma daħalx f 'qoxortu, li ma ħassux irrabjat, għal dak li mhux biss ġara lis-sinjura Caruana Galizia imma għal dak li ġara lill-pajjiż kollu." "L-istorja għad trid tiġġudikana dwar ir- reazzjonijiet tagħna dwar dak li ġara din il- gimgħa fil-pajjiż." "Jien ma nemminx li f 'dan il- pajjiż hawn min ħa pjaċir b'dak li ġara, anqas nemmen li f 'dan il-pajjiż hawn nies ta' rieda tajba li huma newtrali quddiem dak li ġara." "In-nies huma kollha diżgustati b'dak li ġara, u jistennew minna l-politiċi sinjal, mhux ta' kif nagħfġu fiha din is-sitwazzjoni imma kif noħorġu minnha aktar b'saħħitna bħala poplu milli qatt konna fl- istorja tagħna bħala pajjiż." "Għax filwaqt illi qtil makabru bħal dan jista' jkollu r-raġuni li jipprova jbeżża' u ta' tpattija, qtil makabru bħal dan jista' jkun ukoll biex isodd ħalq xi ħadd." "Dan huwa każ straordinarju bla preċedent f 'pajjiżna." "Mhux se nitkellem dwar Daphne Caruana Galizia qisni xi wieħed li dejjem faħħartha meta qatt ma kont hekk, konsistenza trid tibqa', is-sinjura Caruana Galizia naf li kienet persuna, b'pinna taqta' daqs xafra. Li minnha niffisha jien niddisriviha bħala konsisteni bl-inkostistenzi tagħha. Kellha stil li jvarja minn wieħed studjajt ta' livell internazzjonali, taqra wħud mill-artikli tgħid irriċerkat, studjat u anke jekk ma taqbilx miegħu u jkunu fil-konfront ta' xi ħadd li taf kont tgħid saret ir-riċerka. Artikli oħra kienu jkunu ta' zekzik u li ma kienx fihom l-ebda gost ta' xejn. Dik hi l-verità." "Kont naqbel magħha fuq ħsibijiet liberali, ta' libertajiet ċivili, fejn kellha moħħ miftuħ immens. Jien ngħid li kellha ideat li f 'din il-kamra jsibu anke oppożizzjoni minn kulħadd." "Lili u l-Kap tal-Oppożizzjoni kkritikatna t-tnejn li aħna, forsi hemm xi naqra differenzi, lili bdiet tikritikanni 'l fuq minn 20 sena ilu, fejn lanqas il-blogg ma kellha, kienet tikteb fuq il-gazzetti meta jien kont 'biċċa ġurnalist'." "Din il-persuna biddlet l-istil ta' ħajja tiegħi u ta' ħafna nies. Fejn immorru nieklu, fejn insiefru. Ritratti ġejjin min kullimkien. Fi ftit kliem din il-persuna għamlet 20 sena tikkritikani u miegħi weħlu marti u wliedi. Taf x'naf Sur President? Li qatt f '20 sena ma mort nitkellem xi mkien biex ngħajjarha jew indawwar il-kliem kontriha u ngħidila li hi biċċa ġurnalista." "