Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545
20 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Editorjal Speċjali Editorjal Pajjiżna ma jixraqlux hekk. I l-mewt kerha. Il-qtil huwa agħar. Il-qtil biex iżżomm lil xi ħadd s-silenzju, ħalli tkun tista' tibqa' għaddej bil-ħniżrijiet hija l-agħar forma ta' viljakkerija minn min hu korrott, bla ħniena u min għalih il-valur tal-ħajja ma jeżistix. Ta' min għandu x'jaħbi u min għandu xi jgawdi. U min għandu x'jaħbi u min għandu xi jgawdi mill-mewt ta' Caruana Galizia? Min kellu l-faħam miblul? Min kellu ħobżu maħbuż bil-mewt ta' din il-mara? Fl-interess ta' min seħħ dan l-attakk kodard li ħalla ġurnalista mejta u isem pajjiżna mċappas ma' kull rokna tad-dinja? Qabel biss nispekulaw, u min qed jispekula u agħar minn hekk min qed jagħmel assunzjonijiet politiċi qed jagħmel żball kbir, irridu nħallu lill-awtoritajiet u lil min huwa involut jagħmel xogħlu u jasal biex b'xi mod isolvi dil-kobba mħabbla. U hija kobba mħabbla tassew. Daphne Caruana Galizia tibqa' persuna maħbuba minn ħafna li għalihom kienet qisha l-vanġelu u mibgħuda minn ħafna oħrajn, li għalihom ma kienet xejn għajr mara li tivvinta u tweġġa' minn wara l-laptop, u fil-proċess tkisser il-ħajjiet tan-nies. Għal min kienet 'saħħara' u għal min kienet 'l-iprem ġurnalista ta' Malta'. Fil-fatt, il-verità tinsab xi mkien fin-nofs. Dan l-editorjal iħoss li Daphne Caruana Galizia kellha biżżejjed kuntatti u sorsi, li ma kellhiex bżonn titħalla tintuża minn min ried jużaha għall-iskopijiet purament partiġġjani. Caruana Galizia, kixfet il-fatt li l-Ministru Konrad Mizzi flimkien maċ-Chief of Staff tal-PM kellhom kumpanija l-Panama, kixfet kont bankarju f 'Jersey tal-Kap tal-Oppożizzjoni preżenti u allegat li ntuża għall-prostituzzjoni u kixfet ukoll diversi stejjer oħrajn li ċaqalqu dan il-pajjiż mill- fundament tiegħu. Fil-fatt meta wieħed ipoġġi kollox fil-miżien, il-kxif tal-istorja tal-Panama kienet l-akbar kisba ġurnalistika li Caruana Galizia qatt setget għamlet u l-akbar kisba ġurnalistika li qatt għamel ġurnalist fis- snin riċenti. Storja li heżżet mill-pedament lill-klassi politika, imma speċjalment lill-Gvern Laburista. Ftit hemm ġurnalisti li kapaċi jiktbu storja li jkollha l-istess effett. U bil-wisq inqas hemm ġurnalisti li jibqgħu determinati wara li jagħmlu dan. Dan minnu nnifsu jikkonferma l-isfortuna ta' kemm il-persuna ma kellhiex għalfejn tuża l-pinna biex xi minn daqqiet tatakka lin-nies bl-aktar mod klassist, skont l-apparenza jew inkella skont il-partit. Hu x'inhu, xorta jibqa' l-fatt li Caruana Galizia rifset ħafna kallijiet, kif wara kollox suppost jagħmel ġurnalist u meta tirfes ħafna kallijiet, iddejjaq ħafna nies. U meta ddejjaq ħafna nies, tikkrea reazzjoni. U min jiftaħlek libell, u min joffendik u min jaqta' l-kuntatti minn miegħek. Imbagħad sfortunatament hemm min jasal biex joqtol. Traġikament, jidher li Caruana Galizia rifset kallu ta' min kien lest mhux biss joqtolha, imma juża l-istess splussiv li ntuża biex iwaqqa' ajruplan, biex jeliminaha minn fuq wiċċ id-dinja. U għalhekk irridu noqogħdu attenti. U għalhekk kull għajta ta' 'qtil politiku' kienet prematura u immatura, tant li kellha tkun ikkwalifikata minn min qalha. Għalhekk għandna nistennew u nħallu l-investigazzjoni li qed issir mill-Pulizija Maltija, flimkien mal-FBI u tim forensiku mill-Olanda, tieħu l-kors kollu tagħha. Minkejja dan u minkejja li nifhmu li l-Pulizija trid titħalla tagħmel xogħolha fis-serenità, jkollna ninnutaw b'dispjaċir illi meta wasal għall-akbar test, il-Korp tal-Pulizija jinsab f 'fondoq f 'dak li jirrigwarda l-fiduċja tal-pubbliku. Huwa minnu li l-Partit Nazzjonalista fetaħ 'Kull għajta ta' 'qtil politiku' kienet prematura u immatura, tant li kellha tkun ikkwalifikata minn min qalha' 'Mod wieħed biss hemm biex ma jerġax ikollna sħaba sewda fuq Kummissarju tal-Pulizija f 'mument ta' kriżi; Li tintlaqa' l-proposta Nazzjonalista biex il-Kummissarju jkun maħtur biż-żewġ terzi'