Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet 'Għandi tama li l-FBI jsolvu l-każ, jekk le imma...' Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' Charles Mizzi, eks Editur fil-Union Print u eks membru tal-Bord fil-PBS. Huwa esprima d-dispjaċir li dan il-każ fil-fatt qed ikollu riperkussjonijiet ħżiena fuq pajjiżna, speċjalment f 'dak li jirrigwarda l-immaġini ta' Malta. "Jiddispjaċini, anzi nikkundanna, lil min qed jasal għall-konklużjoni li wara dan il-qtil hemm politiku, li huwa qtil politiku. Jiddispjaċini li anke fuq ċerti aħbarijiet bħall-Euronews qed nara illi hemm din l-għajta." Mizzi jammetti li dan huwa żmien ikrah għal Malta "u għalhekk kien tajjeb il-messaġġ tal-Prim Minstru favur l-għaqda. Naturalment dan ma jneħħi xejn mill-fatt li Caruana Galizia kienet mara kuraġġuża anke jekk kien hemm fejn ma qbiltx mal- mod kif kienet twassal il-messaġġ." "Neħtieġu niddiskutu din it-traġedja bħala nazzjon, u mhux inbiddlu din il-kwistjoni f 'waħda politika." Mizzi faħħar il-pass tal-Gvern illi ddeċieda li jġib lejn pajjiżna numru ta' nies b'esperjenza vasta fil-qasam tal-investigazzjoni tal-kriminalità. "Dan kien qtil makabru, mhux xi ħadd spara lil xi ħadd u daqshekk, kien maħsub sew. La fil-każi li ġraw dan l-aħħar u lanqas fil-każi l-oħrajn simili ma niftakar li qatt inqabdet persuna relatata ma' attakk ta' dan it-tip. Din id-darba għandi fiduċja, imma... jien nixtieq biss u bħali ċert li ħafna, illi min wettaq dan l-att jinqabad." Mizzi jtemm jgħid li jekk ma jkunux l-FBI, li ddeskrivihom bħala "l-krema tal-krema" li jsolvu l-każ, il- probabilità hija li l-każ ma jissolviex. qed jaraw it-tama ta' għada... 'Jekk ma jinqabdux qisna qed ngħidulhom, għamlu kemm tridu bombi' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal-opinjonista Anna Mallia, li bħal dawk kollha li tkellmu ma' din il-gazzetta wrew it-tama li din it-traġedja, minkejja x-xokk inizzjali tħalli legat pożittiv. "Jiena qiegħda nittama li wara dak li ġara jissaħħu l-Pulizija u li jkollna sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru ma jkollux għalfejn jagħmel 'inkjesta indipendenti' għax hemm il-Qorti u l-Qorti hija minnha nnifisha indipendenti," sostniet Mallia f 'vena ta' ħsieb simili għal dik ta' Dione Borg. Nittama, li l-ġustizzja tkun aktar spedita, speċjalment fil-każ tal- libelli. Jekk ma jiġri xejn, Daphne Caruana Galizia tkun ħallset prezz b'ħajjitha għalxejn." Mallia wriet ukoll preokupazzjoni dwar akkużi li dan kien qtil politiku. "Dak li qed jingħad, jiġifieri li huwa qtil politiku huwa prematur." L-ILLUM tistaqsi lil Anna Mallia x'taħseb li jkunu r-riperkussjonijiet jekk kemm-il darba il-każ li wassal għall-qtil ta' Caruana Galizia ma jkunx solvut. "Allaħares le, allaħares ma jkunx solvut għax imbagħad qisna qed ngħidu komplu agħmlu l-bombi għax mhux se tinqabdu." SITUATION VACANT R. SCICLUNA LTD • Mason • Heavy plants drivers • Roofing for concrete Contact Rennie Scicluna on 79497274 'Allaħares le, allaħares ma jkunx solvut għax imbagħad qisna qed ngħidu komplu għamlu l-bombi għax mhux se tinqabdu' Charles Mizzi Anna Mallia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017