Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545
illum | Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Sports 34 TOM Saintfiet twieled fid-29 ta' Marzu 1973 fil-belt ta' Mol fil- Belġju. Huwa għandu l-liċenzja UEFA Pro u sar l-iżgħar kowċ illi qatt mexxa klabb f 'pajjiżu fl-età ta' 24 sena. Lagħab futbol bejn l-1983 u l-1997 ma' klabbs Belġjani bħal Westerlo, KFC Lommel u KFC VerbroederingGeel. Madankollu kellu jieqaf b'mod bikri fl-età ta' 24 sena sabiex eventwalment beda l-karriera ta' kowċ. Saintfiet jinsab fir-raba' post fil- klassifika tal-iktar kowċis b'numru ta' partiti internazzjonali wara GuyThys, Marc Wilmots u George Leekens. Il-kowċ il-ġdid ta' Malta għandu baċellerat fil-psikoloġija tal-isport u dan l-aħħar kien qed jaħdem bħala kummentatur tekniku għat- televiżjoni Belġjana. Saintfiet huwa wkoll l-awtur ta' ktieb partikolari bl-isem ta' Trainer ZonderGrenzen' li jfisser 'Taħriġ bla Fruntieri' fejn jagħti ħarsa lejn il- karriera tiegħu ta' kowċ u l-filosofija illi jħaddan. Huwa mexxa diversi klabbs fil- Belġju, il-Qatar, il-Ġermanja, Faroe Islands, il-Fillandja, il-Ġordan u l-Olanda. Mexxa t-timijiet nazzjonali ta' diversi pajjiżi mill-Afrika bħan- Namibja, Zimbabwe, Ethiopia, Malawi u Togo għal total ta' 53 logħba internazzjonali tal-FIFA. Qabel ma mar jikkowċja n-Namibja, il-manaġer ta' 44 sena kien ittanta xortih fil-Premier League Fillandiż ma' ROPS Rovaniemi. Fis-sena 2002, Saintfiet kien fit- tmun tat-tim mill-Faroe Islands B71 sabiex spiċċa fit-tieni post tal- klassifika. Wara mar il-Qatar sabiex ħa f 'idejh it-tim ta' Al Gharafa Sports Club għal perjodu qasir ta' żmien. F'dan l-istess żmien il-federazzjoni ta' dan il-pajjiż fdatlu f 'idejh it-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena u għenhom jispiċċaw fit-tielet post tal- kampjonati Asjatiċi u eventwalment ikkwalifikaw għal kampjonati tad- dinja tal-FIFA. Qabel it-Tazza tad-Dinja tas- sena 2010 kien kandidat prospettiv illi jmexxi lin-Niġerja f 'dan it- turnament. Riċentement f 'Diċembru li għadda kien daħal għall-kariga li jmexxi lil Trindidadand Tobago iżda kulma dam kien biss xahar għax wara erba' logħbiet Saintfiet irriżenja. Ħafna mill-kuntratti tiegħu kienu qosra l-iktar minħabba fondi limitati mill-pajjiżi fejn kien jikkowċja. Huwa kapaċi jitkellem b'erba' lingwi; l-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. F'konferenza stampa li seħħet waqt il-preżentazzjoni tiegħu fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, Saintfiet saħaq li jinsab kburi u ferħan li huwa l-kowċ il-ġdid ta' Malta. Huwa saħaq li jinsab ferm ħerqan biex jara li l-futbol Malti ikompli javvanza. Kienet l-ambizzjoni ta' Saintfiet illi jilħaq kowċ tat-tim Malti. Fil-fatt l-ewwel interess tiegħu kien lura fl-2010 fejn hemmhekk diġà kellu taħdidiet mal-president Norman Darmanin Demajo, għalkemm l-ewwel kuntatt uffiċjali li kien sar mal-MFA jmur lura ħames snin qabel. Huwa sostna li jinsab ċert li permezz ta' ħidma kollettiva, il-miri stabbiliti lilu mill-MFA se jkunu tabilħaqq qed jintlaħqu. Huwa faħħar u rringrazzja bis-sħiħ lill-MFA speċjalment il-faċilitajiet tal-futbol Malti fejn iddeskrivihom bħala tal-ogħla livell. L-ewwel impenn għal Saintfiet se jkun il-logħba ta' ħbiberija kontra l-Estonja fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali matul ix-xahar li ġej. X'inhuma l-aspirazzjonijiet f 'din il-kariga ġdida tiegħek? Din kienet kariga li veru xtaqt ftit tas-snin ilu u li sa fl-aħħar irnexxieli nkun hawn. Għandi aspirazzjonijiet illi nagħmel tim nazzjonali li jkun rispettat mill-avversarji u li fl-istess ħin jaqbel mal-filosofija tiegħi tal-futbol. Nemmen illi Malta tista' tikber iktar bħala tim u li nistgħu ntellgħu r-ranking tagħna aktar 'il fuq. Xogħli hawnhekk mhux ser ikun biss ristrett għat-tim nazzjonali tal- kbar iżda anke sabiex kowċis oħra li jaħdmu hawn jiżviluppaw dejjem aktar il-kapaċitajiet tagħhom biex b'hekk jitjieb il-livell ta' logħob. Apparti minn hekk ser nipprova nkabbar l-idea ta' skawting sabiex ċerti talenti f 'Malta jiġu esposti iktar. Aħna kollha nixtiequ li t-tim "Din kienet kariga li veru xtaqt ftit tas- snin ilu u li sa fl-aħħar irnexxieli nkun hawn. Għandi aspirazzjonijiet illi nagħmel tim nazzjonali li jkun rispettat mill-avversarji u li fl-istess ħin jaqbel mal-filosofija tiegħi tal-futbol. Nemmen illi Malta tista' tikber iktar bħala tim u li nistgħu ntellgħu r-ranking tagħna aktar 'il fuq." 'Se nagħmel l-almu kollu tiegħi sabiex Malta Cristian Antony Muscat Tom Saintet - kowċ Belġjan tal-ogħla livell li l-jiem li għaddew ġie appuntat mill- MFA bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti, biex b'hekk ħa post Pietro Ghedin. "Ma nixtieqx illi aħna nikkupjaw lil pajjiżi oħra. Nixtieq biss illi ntejbu l-livell tagħna b'mod partikolari u anke nagħmlu ftit sagrifiċċju sabiex jasal dak is-suċċess li tant nixtiequ. Bħala tim irridu nkunu kapaċi nagħrfu l-iżbalji tagħna u naraw kif nistgħu nevitawhom filwaqt illi nkomplu nitgħallmu minnhom."