Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Intervista 11 l-pariri ta' Austin Gatt u Joe Saliba irid jistaqsi dwar postu. Sakemm ma tinqabiżx dik il-linja ma narax għaliex għandna noħolqu diskussjoni." Is-Segretarju Ġenerali ġdid tal- Partit Nazzjonalista qal li l-ħsibijiet differenti fil-Grupp Parlamentari huma parti mir-rikkezza tal-partit għax il-ħsibijiet jirrappreżentaw setturi differenti tas-soċjetà u b'hekk il-partit ikun mużajk. Qal illi jinstab il-mod kif kulħadd jaħdem flimkien, hija l-isfida għall-ġimgħat li ġejjin. "Offrejt ismi bħala wieħed minn dawk possibbli li ngħati s-siġġu lil Delia" Clyde Puli stqarr li kien offra ismu bħala dawk possibbli jċedu s-siġġu Parlamentari lil Adrian Delia biex isir Kap tal-Oppożizzjoni, iżda stqarr li d-deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tal-partit. Qal li ġaladarba t-tesserati għażlu lil Delia, dan kellu d-dritt li jkun mhux biss il-Kap imma jkun ukoll Kap tal-Oppożizzjoni. Fl- elezzjonijiet għall-karigi ta' Kap u Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, ivvutaw għall-ewwel darba t-tesserati u r-riżultat wassal li l-Kap tkun persuna minn barra, l-ILLUM staqsiet lil Clyde Puli jekk dan kienx messaġġ mill-membri tal-partit, li jridu bidla mill-istess uċuħ u jridux persuni ġodda. Puli qal li "aktar milli messaġġ ta' grazzi tas-servizzi tagħkom, ma rridx inkun naf aktar bikom, it-tesserati qalu li jridu mod ġdid" messaġġ li kellu Delia waqt il- kampanja għal Kap. Il-PN jaf biċ-ċert li se jibda' mid- distakk li kien hemm fl-aħħar elezzjoni L-ILLUM staqsiet jekk it-tmexxija l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista hix se jkollha għadma verament iebsa quddiemha mhux biss wara l-elezzjoni ġenerali imma wkoll bir-riżultati li l-partit qed jikseb fis- servejs, li juru differenza ta' 71,000 mal-Partit Laburista. Clyde Puli qal li kien hawn numru ta' Nazzjonalisti li kienu qed jemmnu jew li ngħataw l-impressjoni li l-partit seta' jirbaħ l-elezzjoni li għaddiet u għalhekk id-diżappunt tagħhom huwa kbir u jkun hawn sens ta' qtigħ il-qalb fosthom. Puli qal li l-ħidma tal- Partit Nazzjonalista se tibda mill- ġimgħa d-dieħla hekk kif intemmu l-elezzjonijiet interni. "L-elezzjoni ġenerali ġabet riżultat li kien agħar minn dik tal-2013 u li l-partit jaf biċ- ċert li se jitlaq minn dak ir-riżultat". Saħaq li l-ewwel irid jgħaddi dan iż-żmien li fih il-partit qed jirkupra u jerġa' jorganizza ruħu biex wieħed jara s-saħħa tal-Partit Nazzjonalista, u dan meta jkun ressaq il-policies tiegħu u allura jasal aktar għand in- nies. Sfidi finanzjarji hemm iżda mhux il-problemi kbar li tpinġew Ma' Clyde Puli tkellimna wkoll fuq il-każ tal-bejgħ tal-każini u stqarr li l-każin tan-Naxxar mhux se jinbigħ, iżda qed tinkera parti minnu biex il-partit jakkwista l-fondi. Ġab eżempju bil-każin tas-Siġġiewi, li ġie rinovat u isfel inkera f 'restorant privat, li m'għandux x'jaqsam mal- partit. Fuq il-każini, Clyde Puli qal li l-partit qed jaġġusta għaż-żminijiet modern "fejn ikollok bilfors tbigħ, u fejn tista' tikkumerċjalizza partijiet minnu". Qal li l-partit kien qed jimxi b'din is-sistema u jekk se jibqa' jaħdem. L-ILLUM staqsiet fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal- Partit Nazzjonalista, responsabbiltà li se tkun f 'idejn is-Segretarju Ġenerali ġdid Clyde Puli. Żvela li se jiltaqa' mal-Uffiċjal Finanzjarju biex jara eżattament is-sitwazzjoni kif inhi. Huwa ddeskriva l-isfida finanzjarja bħala waħda mill-aktar sfidi importanti. Filwaqt li stqarr li jrid jindirizza l-wirt finanzjarju li se jkollu qal ukoll li "sfida hemm, imma l-problemi kbar li tpinġew hemm barra m'hemmx". Qal li l-partit kuljum ikollu l-isfida tal- ħidma 'day-to-day' tiegħu għaliex illum jitlob li l-partit jaħdem b'mod professjonali ħafna, liema sfida tammonta għal miljuni ta' ewro kull sena. Sostna li jeħtieġ li jkun hemm 'streamlining tal-finanzi' u li kull ewro li jintefaq ikun bl-aħjar mod possibbli. Saħaq li mhux se jkun problemi biex jiġu onorati l-kuntratti tal-iskema taċ-Ċedoli. Clyde Puli saħaq li ma daħalx għal din il-kariga bla ħares lejn kemm huma kbar l-isfidi u l-problemi. Qal li qiegħed hemm biex jagħti servizz lill-partit. Trabba fil-partit fiż-żmien ta' Austin Gatt u kien qrib ta' Joe Saliba Clyde Puli stqarr li diġà ltaqa' u tkellem ma' Austin Gatt u Joe Saliba fuq il-kariga ta' Segretarju Ġenerali. Sostna li umilment qed jieħu l-pariri tagħhom għax huma nies b'esperjenza kbira u li l-partit wassluh fl-ogħla livelli. Għall-mistoqsijiet tal-ILLUM, Clyde Puli semma persuni oħra li wkoll kienu okkupaw din il-kariga bħalma huma Louis Galea u Lawrence Gonzi. Stqarr li jifhem li ż-żminijiet u l-isfidi huma differenti iżda jrid li l-Partit Nazzjonalista jerġa' jkun il-partit tal-ħsieb u li jekk ikun kapaċi li l-ħsieb jsir b'mod strateġiku f 'dak kollu li jsir allura ċ-ċansijiet tar-rebħ ikunu akbar. David Stellini Kien hemm il- kwistjoni tal-'Gay Marriage', fejn kien hemm min xtaq li jingħata l-'free vote' u dan ma ngħatax " " Ritratti: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017