Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 In-nisa b'aktar ħin id-dar u b'€4 fis-siegħa MALTA qed tagħmel progress 'il quddiem biex negħlbu d-differenzi li hemm bejn l-irġiel u n-nisa u biex insaħħu l-ugwaljanza bejn is-sess. Minn indiċi ta' 56 punt fl- 2005 tlajna 'l fuq għal 60.1 fi żmien għaxar snin iżda għad fadal xi jsir. Skont l-aħħar stħarriġ li sar mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, li ġie ppubblikat fil-ġranet li għaddew, Malta tinsab fil-15-il post it-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Dan għaliex filwaqt li qed jirnexxilna negħlbu d-differenzi f 'setturi bħalma huma d-differenza fl-edukazzjoni u fil-pagi, għad fadal setturi oħra fejn irridu nagħmlu avvanz bħalma huma l-aċċess u l-kundizzjonijiet għax- xogħol. Is-sensazzjoni hija li l-Ewropa qed timxi b'pass wisq bil-mod biex dawn id- diffikultajiet sabiex ikollna ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jingħelbu għalkollox. Dan għaliex f 'pajjiżi oħra sfortunatament id-differenza fuq medda ta' għaxar snin żdiedet flok naqset. Sfortunatament ukoll fi 12-il pajjiż fl-Ewropa, post in-nisa għadu fid-dar jew fil-kċina, meta huma biss terz l-irġiel li jsajru, inaddfu jew jagħmlu x-xogħlijiet fid-dar. Xenarju fejn għandna aktar nisa li jkomplu jistudjaw milli rġiel In-nisa qed jibqgħu fl-edukazzjoni aktar mill- irġiel u l-proporzjon tan- nies fl-Unjoni Ewropea li jiggradwaw fl-edukazzjoni terzjarja huwa 29% aktar fost in-nisa milli fost l-irġiel li jammontaw għal 25.3%. Fil-Ġermanja naraw tibdil bil-kontra. F'Malta naraw l-istess xenarju hekk kif 19% tan-nisa jiggradwaw fl-edukazzjoni ogħla meta huma 17% l-irġiel. Mhux qed ikun hawn biżżejjed nisa li jirnexxilhom jaħdmu f 'postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet Id-differenza fis-settur tax-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa qed tonqos bil-mod. Dan hekk kif matul is-sena li għaddiet, ir-rata tan-nisa fix- xogħol żdiedet għal 65.5% meta l-irġiel fl-impjieg kienu jammontaw għal 77.4%. Dan iżda mhux qed jirrifletti f 'pożizzjonijiet tax-xogħol li jġorru karigi għolja bħal dawk maniġerjali. In-nisa jammontaw għal 35% tal-pożizzjonijiet maniġerjali fil-kumpaniji, bl-aktar ikunu fil-Latvja filwaqt li l-Belġju, l-Italja u l-Ġermanja huma l-inqas. F'Malta, in-nisa f 'pożizzjonijiet maniġerjali u għoljin f 'kumpaniji jammontaw għal 30% skont l-aħħar statistika tal- Eurostat. Qed jiżdiedu wkoll in-nisa li jagħżlu li jidħlu f 'impjieg hekk kif skont l-aħħar statistika jidher li n-nisa li jaħdmu jammontaw għal 56% filwaqt li l-irġiel huma 83%. Ta' min jgħid li Malta għandha fost l-ogħla rata ta' impjieg għall-irġiel fl- Ewropa. Fl-Ewrobarometru rriżulta li 60% tal-Maltin jaħsbu li hawn ugwaljanza bejn irġiel u nisa f 'kumpaniji jew or-ganizzazzjonijiet iżda humna inqas minn 5%, in- nisa li huma membri f 'bord ta' tmexxija. Fl-impjieg, in-nisa għadhom ifittxu kuntratti li jkunu bis-sigħat imnaqqsa u dan partikolarment minħabba impenji oħra tal-familja. Fost il-miżuri li jistgħu jgħinu sabiex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax- xogħol hemm bla dubju s-servizz taċ-'childcare'. F'dan ir-rigward, Malta rreġistrat progress notevoli u dan jirriżulta wkoll mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, li juri kif fl-2014 il-proporzjon tat-tfal taħt it-tliet snin f 'servizz bħal 'childcare' kienu jam-montaw għal aktar minn 20% u dan meta jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino • In-nisa qed ikomplu jistudjaw u jiggradwaw ħafna aktar mill-irġiel • Il-parteċipazzjoni fi rwoli ta' tmexxija u l-politika għadha lura Mill-istatistika Ewropea jirriżulta li Malta tinsab nofs triq biex tegħleb l-inugwaljanza bejn is-sessi Management Efficiency Unit Sejħa għal applikazzjonijiet għal: Konsulent (Permess tal-Jobsplus Nru 633/2017) Senior Associate Consultant (Permess tal-Jobsplus Nru 629/2017) Associate Consultant (Permess tal-Jobsplus Nru 631/2017) Research Analyst (Permess tal-Jobsplus Nru 630/2017) Il-Management Efficiency Unit tixtieq tingaġġa persuni kif ġej: i) Konsulent ii) Senior Associate Consultant iii) Associate Consultant iv) Research Analyst. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa, 24 ta' Novembru 2017 permezz ta' din il-ħolqa: https://www.gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/Pages /Gazzette-Repository.aspx L-applikazzjonijiet, kif indikat fil-Gazzetta tal-Gvern imsemmija hawn fuq, għandhom jintbagħtu lill-Management Efficiency Unit, MCE Building, L-Ewwel Sular, Triq l-Industrija, Ħal Qormi QRM 3000, bl-idejn jew bil-posta, permezz ta' posta elettronika fuq info.meu.opm@gov.mt jew permezz tal-Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt, sa mhux aktar tard min- nofsinhar tat-Tnejn, 11 ta' Diċembru 2017. Uffiċċju tal-Prim Ministru tel: 22581449 info.meu.opm@gov.mt tel. number, fax number, e- mail address, etc. as per sample