Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... PABLO MARI - Id-difensur ta' Manchester City Pablo Mari qed jattira l-attenzjoni ta' diversi klabbs tal- PremierLeague Ingliż. Mari, li għandu 24 sena, bħalissa jinsab b'self mal-Olandiżi ta' NEC Breda u ngħata l-faxxa ta' captain. L-Ispanjol, illi huwa magħruf għat-tul tiegħu, impressjona fl-aħħar dehriet tiegħu fl- Olanda u din qed tkun ir-raġuni prinċipali li diversi klabbs iriduh MESUT OZIL - Barcelona qed jikkunsidraw illi jiksbu l-firma tal-playmaker ta' Arsenal, Mesut Ozil jekk it-trasferiment ta' Philippe Coutinho ma jseħħx. Coutinho għadu l-objettiv numru wieħed tal-Katalani iżda l-klabb tiegħu Liverpool qed jagħmel ħafna bsaten fir-roti sakemm jaslu għal dan il-ftehim illi ilu jtul għal ħafna xhur. Dan kollu qed iqanqal lit-tim li jilgħab fil-CampNou sabiex imorru għal Ozil illi ser jispiċċalu l-kuntratt ma' Arsenal fl-aħħar tal-istaġun. Id-diriġenti Katalani qed jirraġunaw illi jekk il-plejer Ġermaniż jinxtara f 'Jannar jistgħu jagħmlu dan għal somma raġjonevoli. JAVIER PASTORE - Inter u Seville qed jissieltu bejniethom sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta' Paris St Germain, Javier Pastore. Il-plejer Arġentin mhux qed isib post fit-tim ta' Unai Emery minħabba l-kompetizzjoni li hemm għal mal-ewwel 11 u kien għalhekk illi nforma lill-ogħla awtoritajiet tat- tim minn Pariġi sabiex ifittex destinazzjoni oħra. Seville jinsabu jlestu offerta attraenti għal Pastore għalkemm xi nies qrib il-plejer qalu illi hu ma jiddejjaq xejn li kieku jerġa' jilgħab l-Italja meta ftit tas- snin ilu kien fl-iskwadra ta' Palermo. JOSE MARIA GIMENEZ - Inter qed isegwu b'attenzjoni l-progress tad-difensur ta' Atletico Madrid Jose Maria Gimenez. Dan il-plejer għandu klawsola ta' release fil-kuntratt tiegħu li tiswa €65 miljun għalkemm in-Neroazzurri qed jittamaw illi jilħqu ftehim mal-plejer ta' 22 sena fis-sajf illi ġej sabiex ikun is-sostitut ta' Miranda. Bħalissa hemm diversi timijiet illi qed jinteressaw ruħhom fl-akkwist ta' Gimenez hekk kif ma' Juventus u Roma ingħaqdu wkoll il-klabbs Ingliżi ta' Liverpool u Manchester United. Il-plejer, li jilgħab ukoll mat-team nazzjonali tal-Urugwaj, ilu ma' Atletico Madrid sa mis-sena 2013 fejn lagħab 69 partita u skorja 3 gowls. DANNY ROSE - Il-kowċ ta' Manchester United Jose Mourinho għandu l-intenzjoni illi jġib miegħu lid-difensur ta' Tottenham Danny Rose matul is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar. Il-plejerBrittaniku ilu jiġi msemmi mar-Red Devils għalkemm issa jista' jkun illi minn sempliċi spekulazzjoni dan kollu jista' jsir realta'. Jidher illi Rose jinsab interessat illi jingħaqad mal-United għalkemm dawn tal-aħħar iridu jikkonvinċu lill-Spurs sabiex ibigħuh. Il-plejer ta' 27 sena għadu kemm irritorna minn injury twila u jidher illi d-diriġenti tar-Red Devils lesti li joffru lil Luke Shaw bħala parti mit-trasferiment. GEOFFREY KONDOGBIA - L-aġent tal-plejer ta' Valencia Geoffrey Kondogbia żvela illi l-player Franċiż jixtieq jibqa' mat-tim Spanjol għal aktar żmien tant kemm qiegħed għal qalbu. Il-plejer ta' 24 sena, li jinsab ma' Valencia b'self mingħand il-club oriġinali tiegħu Inter, qed ikollu bidu ta' staġun mill-aqwa hekk kif qed jgħin mhux ftit lit-tim immexxi mill-kowċ, Marcelino fit-tentattiv tiegħu sabiex isibu posthom mal-ewwel erbgħa fil-La Liga Spanjola. Fil-fatt huwa dejjem beda mal-ewwel ħdax u filwaqt li skorja żewġ goals f 'disa' dehriet ipprovda blalen għal sħabu li ssarrfu f 'gowls. MAROUANE FELLAINI - L-aġent tal-midfielder Belġjan ta' Manchester United Marouane Fellaini avviċina lill-klabb Taljan ta' Juventus sabiex jakkwistaw lil dan il-plejer. Minkejja dan il-kuntatt, il-Bianconeri mhux interessati fih. Fellaini rrifjuta illi jġedded il-kuntratt mar-Red Devils hekk kif l-aġent tiegħu qed ikompli jdur għal xi timijiet illi jistgħu juru nteress fih. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-aħħar ta' Ġunju għalkemm id-diriġenti tal-United għadhom ma qatgħux qalbhom, mhux beħsiebhom ibigħuh f 'Jannar. Il-Belġjan ta' 29 sena qed isib post regolari fit-tim ta' Jose Mourinho u f 'dan l-istaġun diġà skorja erba' gowls minn disa' partiti li lagħab. MARCUS TAVERNIER - Arsenal qed isegwu l-progress tal-winger żagħżugħ ta' Middlesbrough Marcus Tavernier. Il-Gunners jinsabu ħerqana illi jakkwistaw lil dan il-plejer illi qed jimpressjona ferm fil-partiti illi qed jilgħab mal-Boro tant illi ħalla lil kulħadd b'ħalqu miftuħ meta riċentement skorja l-uniku gowl illi bih għen lit-tim tiegħu jegħlbu lil Sunderland. Tavernier qed jilgħab mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt id-19-il sena u diversi skawts ta' Everton, Bournemouth u Aston Villa ngħaqdu ma' Arsenal fit-tentattiv illi jiksbu l-firma tiegħu. ROBERT LEWANDOWSKI - F'intervista li ta mal-gazzetta Ġermaniż SportBild, l-attakkant Pollakk ta' Bayern Munich Robert Lewandowski ammetta li l-club tiegħu għandu bżonn ifittex skorer ieħor li jista' jkun alternattiva għalih. Dan qalu wara statistika li ħarġet l-istess gazzetta fejn żvelat illi Lewandowski tilef biss sitt logħbiet mill-aħħar tliet staġuni li lagħab mat-tim tal-Bavarja. "Naħseb jekk il-klabb iġib plejer ieħor fl-istess pożizzjoni tiegħi ikun qed jibbenefika t-tim u apparti minn hekk nieħu nifs jien ukoll," ammetta Lewandowski.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017