Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Senglea ....................... 0 Balzan ......................... 1 GĦATTIENI ġimgħa konsekuttiva reġa' kien Bojan Kaljevic li skorja' l-gowl tant importanti għal Balzan li rahom jitilgħu fl-ewwel post tal- klassifika waħedhom. Dan meta huma għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor minimu ta' 1-0 biex b'hekk issa huma fetħu vantaġġ ta' tliet punti fuq Gzira United u Valletta. Din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva għal Balzan hekk kif huma estendew is-serje ta' partiti mhux megħluba għal 10 logħbiet waqt li għal Senglea Athletic, din kienet is-sitt telfa f 'seba' partiti. Balzan irnexxielhom jiftħu l-iskor fil-45 minuta meta minn kross ta' Cadu mil-lemin, il-goalkeeper Giulio Cetranglo naqas milli jantiċipa lil Bojan Kaljevic li permezz ta' daqqa ta' ras tefa' l-ballun fix-xibka. Tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Alex Da Paixao Alves kellu x-xutt mill-viċin imblukkat minn Cetrangolo mgħejjun mill-mimduda qabel ma l-ballun ġie kklerjat f 'sigurtà. Senglea A. Cetrangolo, Bondin, Vella, Leyton, Uyi, Garcia, Paz, Virano, Dalli, Palmieri, Vella (Sammut') Balzan Janjusevic, Bezzina, Johnson, Valero, Ljubomirac, Lepovic, Kaljevic (Grioli 90'), Fenech, Da Paixao Alves (Effiong 67'), De Fiori Mendes (Zerafa 87'), Arab Referi Ishmael Barbara CARLOS EDUARDO DE FIORI MENDES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Balzan. Għalkemm ma niżżilx ismu fuq il-lista tal-iskorers, kien l-aqwa plejer fil-grawnd. Gowl ta' Bojan Kaljevic jitfa' lil Balzan fil-quċċata Rebħa minima għal Manchester United kontra Brighton Ritratt: Dominic Borg Valtteri Bottas jirbaħ il-pole ta' Abu Dhabi ISSEWWIEQ ta' Mercedes, Valtteri Bottas, se jkun qed jibda mill-ewwel post tal-GP f 'Abu Dhabi, hekk kif ilbieraħ rebaħ il-pole position fuq iċ-ċirkwit ta' Yas Marina, meta għadda bi ftit lil sieħbu fuq Mercedes Lewis Hamilton, li ftit tal- ġimgħat ilu ġie kkonfermat bħala champion tad-dinja. Intant, fit-tielet post se jkun qed jibda s-sewwieq ta' Ferrari, Sebastian Vettel. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn dan tmiem il-ġimgħa ta' provi, Lewis Hamilton, kiseb l-aħjar ħinijiet, iżda fl-aktar fażi importanti, jiġifieri l-pole position, kien Valtteri Bottas li ttrijonfa. Valtteri Bottas -azzjoni f 'Abu Dhabi Paul Fenech jipprova jisraq il-ballun lill-plejer ta' Senglea Athletic MANCHESTER United ġewwa darhom f 'Old Trafford kisbu rebħa minima ta' 1-0, bil-gowl uniku għalihom jadal fis-66 minuta permezz ta' Lewis Dunk. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 1-1 minn WBA, fejn kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor minn Jose Rondon wara 4 minuti, b'Harry Kane iġib l-iskor indaqs għall-Ispurs fl-74 minuta. Crystal Palace kisbu rebħa ta' 2-1 kontra Stoke City bil-gowls għalihom jaslu minn Loftus Cheek u Sako. Intant, kienu Stoke City, li fetħu l-iskor permezz ta' Sheridian Shakiri fit-53 minuta. Watford barra minn darhom kisbu rebħa ta' 3-0 kontra Newcatle United, bil-gowls għalihom jaslu minn Hughes, Gray u awto-gowl tal-plejer tal- Magpies, Yedlin. Intant, Swansea City u AFC Bournemouth, temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 25 ta' Novembru Crystal Palace vs Stoke City 2-1 Manchester U. vs Brighton & Hove A. 1-0 Newcastle United vs Watford 0-3 Swansea City vs AFC Bournemouth 0-0 Tottenham H. vs WBA 1-1 FIXTURES Il-Ħadd 26 ta' Novembru 14:30 Southampton vs Everton 15:00 Burnley vs Arsenal 17:00 Huddersfield T. vs Manchester C. Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 25 ta' Novembru Bologna vs Sampdoria 3-0 Il-Ħadd 26 ta' Novembru 15:00 AC Milan vs Torino 15:00 Genoa vs Roma 15:00 Udinese vs Napoli 18:00 Lazio vs Fiorentina 20:45 Juventus vs Crotone It-Tnejn 27 ta' Novembru 20:45 Atalanta vs Benevento Lewis Dunk jifraħ wara li skorja l-gowl tar-rebħa għal Manchester United

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017