Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Gzira U ............... 1 Sliema W ............ 2 SLIEMA Wanderers dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra l-ġirien iżda rivali ta' Gzira United. Kienu l-Wanderers li ħolqu l-ewwel periku wara biss żewġ minuti meta Frank Temile, wara li rċieva minn pass ta' Nikolae Milincenau, kellu xutt insidjuż jaħbat max-xibka minn barra. Gzira United wieġbu mill- azzjoni li segwiet permezz ta' xutt fil-baxx ta' Amadou Samb li ġie salvat tajjeb mill- goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Il-Maroons fetħu l-iskor wara disa' minuti meta Andrew Cohen indirizza corner lejn Emamnuel Okoye li ra d-daqqa ta' ras tiegħu taħbat mal-mimduda iżda l-istess attakkant Niġerjan kien pront u mir-rebound tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-33 minuta, minn corner ieħor ta' Andrew Cohen, kien Antonio Orlando Machedo Neto li falla ċans tajjeb meta minn pożizzjoni idealia ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm barra. Sliema Wanderesrs tilfu ċans tajjeb li jġibu l-iskor indaqs fid-39 minuta meta Frank Temile, wara azzjoni personali fuq ix-xellug , għadda tajjeb lejn Mathias Muchardi li kien żmarkat li iżda kellu x-xutt ċentrali tiegħu jiġi milqugħ mingħajr wisq diffikultà minn Anthony Curmi. Il-Blues ġabu l-iskor indaqs żewġ minuti biss wara, meta Michele Sansone, xeħet cross tajjeb minn kważi nofs il-ground, bil-goalkeeper tal- Maroons, Anthony Curmi, joħroġ minn postu iżda pront kien John Mintoff li qarraq bih u tefa l-ballun fix-xibka. Fl-64 minuta , Sliema Wanderers tilfu ċans tajjeb li jaqilbu l-iskor favurihom meta Frank Temile, xeħet cross fil-baxx lejn Mathias Muchardi, li kkontrolla l-ballun ħażin u mbagħad ra t-tentattiv tiegħu jintemm barra. Sliema Wanderers kisbu l-goal tar-rebħa tant importanti b'mod drammatiku fid-90 minuta meta Nikolae Milincenau kellu x-xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa tiegħu jintemmwara l-goalkeeper Gżirjan Anthony Curmi. Gzira U. Curmi, Muir, Machedo Neto (Brincat 90'), Gatt Baldacchino, Borg, Avila Perez, Briffa, Cohen (Scerri 89'), Corbolan (Tounkara 59'), Okoye, Samb Sliema W. Zammit, Gavric, Muchardi, Temile (Spiteri 90'), Milincenau, Xuereb, Sansone (Aquilina 87), Agius (Qeros 46'), Calixto Correa, Mintoff, Adamovic Referi Glen Tonna MATHIAS MUCHARDI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-LOgħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Fil-passat riċenti, lagħab ukoll ma' Hamrun Spartans u Zebbg Rangers. Sliema Wanderers idawru telfa f 'rebħa Ritratt - Christine Borg Mathias Muchardi segwit minn Gary Muir Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017