Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958
illum Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Hamrun S ..................... 5 Lija A ........................... 1 ĦAMRUN Spartans umiljaw lil Lija Athletic meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-1. L-Isprtans fetħu l-iskor wara seba' minuti permezz tad-debuttant Marco Criaco li skorja mill-qrib wara li cross ta' Machado ħoloq taħ¬wida fil-kaxxa ta' Lija Athletic. Ħamrun Spartans baqgħu jinsistu u rduppjaw fil-15- il minuta meta kien Luke Sciberras li skorja b'xutt fil-baxx wara li rċieva mingħand Succi. Hawnhekk rajna lil Lija Athletic jippruvaw joħolqu reazzjoni u fit-32 minuta huma rnex¬xielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor meta Erjon Beu rċieva mingħand Raphael Alain Kooh Sohna u b'xutt fil-baxx għeleb lil Steve Sultana. Imma Ħamrun Spartans ma damux ma skorjaw it- tielet gowl tagħhom meta rebħu penalty wara li Babic żamm b'idu xutt ta' Succi, biex kien l-istess Davide Succi, li ma falliex mill-11-il metru. Fis-70 minuta, Hamrun Spartans, kabbru l-vantaġġ meta reġa' kien Marco Criaco li għeleb lil Luke Bonnici b'xutt imkaxkar minn qagħda xi ftit angolata. Fis-77 minuta, wasal ukoll il-ħames gowl għal Hamrun Spartans meta rebħu t-tieni pe¬nalty, mta difensur ta' Lija Athletic deher imiss il- ballun b'idu fil-kaxxa minn kross ta' Zaccardo biex kien l-istess Cristian Zaccardo irnexxielu jsib ix-xibka permezz ta' xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka. Lija A. Bonnici, Babic, Borg, Scerri, Muscat, Schembri (Spiteri 86'), Kooh Sohna, Bello Osagie, Cassar (Galea 81'), Beu, Leeflang (Sammut 86') Ħamrun S. Sultana, Souza Da Silveira, Zerafa, Criaco (Caruana 73'), Agius, Zaccardo, Succi, Espindola De Paula (Sicali 84'), Faria Machado (Marino Clavero 41'), Sciberras, Micallef Referi Eman Grech minn Cristian Antony Muscat Naxxar L....................... 2 Mosta. ......................... 0 ŻEWĠ gowls fit-tieni taqsima taw tliet punti prezzjużi lil Naxxar Lions meta huma għelbu lill- ġirien iżda rivali kbar ta' Mosta bl-iskor ta' 2-0. Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu wara disa' minuti meta xutt ta' Ferreira ntemm barra. Il-Blues komplew fuq l-offensiva u fl-24 minuta, Edison David Bilbao Zarate għadda tajjeb lejn Zac Brincat f 'tarf il-kaxxa, iżda x-xutt ta' dan tal-aħħar ġie salvat bi bravura mill- goalkeeper tal-Lions, Omar Borg. Mosta komplew jattakkaw u Edison David Bilbao Zarate ttanta xortih mid- distanza iżda t-tentattiv tiegħu ntemm barra. Fis-37 minuta, Thomas Veronese, għal Mosta, kellu xutt sabiħ li ntemm barra. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Naxxar Lions, ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota meta Yuri De Jesus Messias, kellu x-xutt insidjuż minn tarf il-kaxxa jistampa mal-wieqfa. Naxxar Lions fetħu l-iskor fil-65 minuta meta wara freekick, għola tajjeb Elhadji Oussenyou Ndoye li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi milqugħa parzjalment mill-goalkeeper ta' Mosta, Andreas Vella, biex mir- rebound daħal tajjeb Scott James Fenwick li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-85 minuta, Mosta spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom l-plejer Jonas Rodriguez Ekani, wara li rċieva żewġ karti sofor fil- partita. Fid-90 minuta, Naxxar Lions, tilfu ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta xutt minn tarf il-kaxxa ta' Yuri De Jesus Messias stampa mal-mimduda. Iżda l-Lions pattew għal dan l-iżball ftit wara meta minn konttattakk veloċi, Duane Bonnici avvanza tajjeb u permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa għeleb lil Andreas Vella. Naxxar L. Borg, Fenwick (Bonnici 79') , Grech, Micallef, Falzon (Fenech 86'), Cassar, Bustos (Debono 79'), Buhagiar, Ndoye, Cascaval, De Jesus Messias Mosta Vella, Ferreira, Brincat, Veronese, Magro, Mansi, Farrugia, Ifeanyi Nworah (Camilleri 86'), Bilbao Zarate, Maric, Ekani Referi Alan Mario Sant Ħamrun Spartans jumiljaw lil Lija Athletic MARCO CRIACO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f'din il-partita. Ingħaqad ma' Ħamrun Spartans ftit tal-jiem ilu. DAREN FALZON Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Ilu għal diversi snin, jilbes il-flokk ta' Naxxar Lions. Żewġ gowls fit-tieni taqsima jagħtu tliet punti prezzjużi lil Naxxar Lions Ritratt: Dominic Borg Ritratt - Christine Borg Luke Sciberras jipprova jirbaħ il-ballun mingħand plejer ta' Lija Athletic Manolito Micallef f ''konfront ma' plejer ta; Mosta