Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol HARRY KANE - L-attakkant Ingliż ta' Tottenham Hotspur Harry Kane xejjen kull spekulazzjoni li jista' jingħaqad mal-ġganti Spanjoli Real Madrid hekk kif wiegħed lit-team tiegħu li jixtieq jibqa' l-karriera kollha magħhom. "Hawnhekk hawn ambjent ferm sabiħ, għandna skwadra maqgħuda, issa ser ikollna stejdjum ġdid u apparti minn hekk kollox jinsab għaddej ward u żahar bħalissa," sostna Kane. Il-plejer ta' 24 sena rebaħ darbtejn iż-żarbun tad-deheb u qed jimmira illi jkompli jibrilla bil-flokk abjad ta' Tottenham. LUKE SHAW - Tottenham Hotspur qed jaħdmu bis-sħiħ sabiex f'Jannar iġibu lid-difensur xellugi ta' Manchester United Luke Shaw. Pochettino, il-kowċ tal-iSpurs, jaf sew lil Shaw illi kien miegħu bħala plejer ma' Southampton qabel it-trasferiment tiegħu f'Old Trafford. Min-naħa tagħhom ir-Red Devils huma interessati illi jagħlqu l-akkwist ta' Danny Rose mingħand l-istess Spurs f'kollaborazzjoni illi beħsiebha sseħħ f'Jannar fis- suq tat-trasferimenti li jmiss. HUGHES DWAR SHAQIRI - Il-kowċ ta' Stoke City Mark Hughes kellu kliem ta' tifħir għall-attakkant tiegħu Xherdan Shaqiri għall-wirjiet illi qed jagħti kemm fil-bet365 Stadium kif ukoll fil-logħbiet illi t-tim qed jilgħab away. Hughes saħaq illi l-plejer Żvizzeru qed ikun ta' ispirazzjoni għal sħabu hekk kif skorja żewġ goals f '10 logħbiet fil-PremierLeague Ingliż kif ukoll provda erba' blalen lill-kollegi tiegħu sabiex issarrfu f 'goals importanti. Shaqiri, illi nxtara mingħand Inter sentejn ilu għas-somma ta' 12-il miljun lira sterlina, dam ma ngrana fil-magna tat-tim għalkemm bil-perseveranza kollha ma qatax qalbu u issa qed ikun parti mportanti mill-iskwadra tat-team imlaqqam ThePotters ANTONIO CANDREVA - Iċ-Champions Ingliżi Chelsea huma nteressati fil-plejer ta' Inter Antonio Candreva. Il-Blues bagħtu xi scouts jaraw lil Candreva jilgħab ma' Inter fil-partiti li lagħbu dan l-aħħar u qed jimpressjona mhux ftit id-diriġenti tat-team. Candreva huwa plejer ferm versatili hekk kif kapaċi jbiddel xi rwoli fejn ikun hemm bżonn u stabbilixxa ruħu fil-ħames snin li lagħab ma' Lazio fejn skorja 45 goal fil-kompetizzjonijiet kollha li lagħab. Dan l-istaġun huwa wieħed pożittiv għal plejer ta' 30 sena hekk kif skorja sitt goals fl-ewwel partiti tas-Serie A tal-club Taljan. UNSWORTH DWAR NIASSE - Il-kowċ temporanju ta' Everton David Unsworth faħħar lill-attakkant tat- team OumarNiasse għal mod ta' kif lagħab fil-partita illi t-Toffees irnexxielhom jiġu fi draw ta' 2-2 kontra Crystal Palace. "Niasse ma waqafx jiġri tul id-90 minuta. Huwa dak it-tip ta' plejer illi jiġġieled għal kull ballun u jibqa' jiġri sakemm ma jifdallux nifs. Kulħadd irid plejer bħal Niasse fit-tim," sostna ferħan se jtir Unsworth. Minkejja dan il-punt illi kisbu barra minn darhom is-sitwazzjoni fil-klassifika għat-tim minn Merseyside għadha waħda prekarja hekk kif jinsabu biss tliet punti miż-żona l-ħamra. WILLIAN - AC Milan qed jaħdmu sabiex iġibu lill-winger ta' Chelsea, Willian għal Jannar illi ġej. Dan il-plejer ftit ġie użat minn Antonio Conte minħabba li pprefera jilgħab lil Pedro u Eden Hazard li jilagħbu fl-istess pożizzjoni tiegħu. Madankollu Willian lagħab fil-11-il logħba li kellhom fil-UEFA ChampionsLeague matul dan l-istaġun għalkemm beda biss f 'sitta minnhom. Kemm ilu li ngħaqad mal-Blues mingħand ir-Russi ta' Anzhi, il-plejer ta' 29 sena lagħab 200 darba magħhom u skorja 32 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha li lagħab. Huwa għen lit-tim jikseb il-kampjonat fl-2015 u l-2017 filwaqt illi rebaħ ukoll il-League Cup fl-2014. MORENO DWAR COUTINHO - Alberto Moreno ħeġġeġ lill-kollega tiegħu fit-team ta' Liverpool, Philippe Coutinho biex jirrifjuta illi jmur ma' Barcelona f 'Jannar illi ġej. L-internazzjonali Brażiljan diġà kellu tliet offerti mill-ġganti Spanjoli madankollu r-Reds baqgħu jżommu sod hekk kif aċċertaw illi tal- anqas jibqa' magħhom sa Jannar. Issa li xahar u nofs ieħor jerġa' jiftaħ is-suq tat-trasferimenti, hemm xniegħa kbira illi Coutinho jista' jingħaqad mat-tim li jilgħab fin-NouCamp. Madankollu Moreno jixtieq illi sieħbu jibqa' ma' Liverpool sabiex ikompli l-karriera tiegħu fl-Ingilterra. minn Cristian Antony Muscat MAROUANE FELLAINI - It-tim Tork ta' Besiktas jinsab interessat fil-plejer internazzjonali Belġjan MarouaneFellaini. Dan il-plejer se jkun bla kuntratt matul is-sajf li ġej u dan il-klabb ser jagħmel li jista' sabiex jipperswadi lil Fellaini jiġi magħhom. Anke Galatasary urew interess fil-plejer illi huwa magħruf għall-istil ta' xagħar illi għandu. Fellaini għandu 29 sena u ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2013. Huwa lagħab 95 darba magħhom u skorja 11-il gowl. JACK WILSHERE - Real Betis ingħaqdu ma' diversi klabbs oħra sabiex jiksbu l-firma tal-midfielder ta' Arsenal Jack Wilshere li mhux qed ikun inkluż fl-iskwadra tat-tim minn Londra. Skont TheMail Online, il-plejer ta' 25 sena ser ikun bla kuntratt fl-aħħar tal-istaġun u ser ikun liberu li jinnegozja ma' liema tim irid. Min-naħa tagħhom Arsenal ġieli nnegozjaw mat-tim Spanjol hekk kif għandhom lil Joel Campbell b'self magħhom. Wilshere lagħab biss darbtejn matul dan l-istaġun u għalhekk li dan tal-aħħar jixtieq isib club ieħor fejn ikun jista' jilgħab aktar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017