Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Bejn PM li ma jeħel xejn miegħu Nazzjonalisti li ma jridux Ħarsa lejn l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika u l-fatturi politiċi li qed iwasslu biex Muscat jibqa' popolari u Delia jibqa' ma jaqbadx art, fl -ewwel ftit xhur ta' din il-leġiżlatura NHAR il-Ħadd li għadda l-gazzetta oħt Maltatoday ippublikat stħarriġ li ta stampa tal-opinjoni pubblika bħalissa fir-rigward taż-żewġ partiti u ż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin; Joseph Muscat u Adrian Delia. Ir- riżultat tal-istħarriġ huwa wieħed li jagħti lill-Prim Ministru Muscat l-ogħla trust rating minn mindu sar Prim Ministru fl-2013 filwaqt li jagħti stampa xejn sabiħa f 'termini ta' appoġġ għall-PN kif ukoll fil-fiduċja f 'Adrian Delia. Fil-fatt l-istħarriġ juri li Delia huwa fdat minn 15% biss ta' dawk li rrispondew, filwaqt li Muscat huwa fdat minn kważi 54%. Dan filwaqt li mistoqsijin kif jivvutaw kieku kellha issir elezzjoni bħalissa 49.8% qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista, filwaqt li kważi 21% biss qalu li jivvutaw PN. Dawn ir-riżultati xejn pożittivi għall-PN u Delia, speċjalment f 'mument li għalkemm ikrah għall- pajjiż seta' kien il-mument li fih il-PN jibda jirpilja minn telfa elettorali massiċċa oħra, huwa primarjament ir-riżultat ta' ħafna Nazzjonalisti li qed jgħidu li ma jridux jafu bil- partit u b'Delia. Fil-fatt 54.5% ta' dawk li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni, ħames xhur ilu biss, illum la jafdaw lil Muscat imma lanqas lil Delia. Iktar minn hekk 24.5% minnhom qalu illi kieku kellha issir elezzjoni issa, lanqas biss jivvutaw. F'din l-analiżi se nagħtu ħarsa lejn x'jistgħu jkunu r-raġunijiet illi minkejja pajjiż maħsud bi qtil ta' ġurnalista, protesti fit- toroq u kritika ħarxa u voċifera kontra l-Gvern Malti saħansitra fil-Parlament Ewropew Muscat mhux talli baqa' jgawdi l-fiduċja tal-akbar settur ta' Maltin, talli jinsab fl-aqwa tiegħu fil-popolarità kemm ilu Prim Ministru. Se nagħtu ħarsa wkoll lejn x'jistgħu jkunu r-raġunijiet għalfejn settur kbir ħafna ta' Nazzjonalisti jinsabu diżillużi bil-qawwi, b'emoraġija oħra mill-PN. Għadu kmieni wisq... l-elezzjoni għadha memorja 'friska' Minkejja li f 'dan il-pajjiż qatt m'aħna neqsin minn żviluppi politiċi u soċjali drammatiċi u allura l-elezzjoni tidher li saret ħafna żmien ilu, fil-verità għaddew ħames xhur biss. Ir-rebħa Laburista f 'Ġunju li għadda li reġgħet eleġġiet Gvern Laburista b'maġġoranza ta' 36,000 vot għadha memorja friska ħafna. Għal settur kbir tal-popolazzjoni dan ir-riżultat fil-fatt issiġilla lil Muscat bħala xi ħaġa aktar minn sempliċiment politiku u mexxej. Għal ħafna Laburisti Muscat issa għandu l-istess status politiku li kellu Dom Mintoff. Huwa l-Mexxej li ta l-akbar u l-aqwa riżultati lill-Partit Laburista wara snin twal fl-Oppożizzjoni, minkejja kull intopp u attakk reali jew immaġinarju, ġustifikat jew le. Dan is-sentiment ta' 'Muscat l-infallibbli' u 'Muscat l-aqwa mexxej' jittrasforma lilu nnifsu f 'appoġġ qawwi ħafna fost il-Laburisti. Fil-fatt l-istħarriġ juri kif il-Laburisti qatt ma kienu kuntenti b'Muscat daqs kemm huma llum li jfisser illi huwa ferm diffiċli, għall-inqas f 'dan il-punt, li jerġa' jkollna s-sitwazzjoni ta' persentaġġ għoli ħafna (madwar 10%) ta' Laburisti li ma ridux jafu bil- partit, kif kienet is-sitwazzjoni sa ftit qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Ir-rebħa ta' Ġunju, bil- marġini tagħha, ikkonsolidat il-persuna politika ta' Muscat b'mod qawwi u għamlitu, issa kjarament mill-istess stħarriġ tal-Malta Today, b'saħħtu biżżejjed biex jiflaħ għall- mewġ, il-kritika u episodji li jimbarazzaw bil-qawwi lill- Gvern. Jiġifieri Muscat bħalissa, anke fid-dawl tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li tefa' dawl ikrah fuq pajjiżna u fuq il- Gvern li jmexxi, xorta għadu qed igwadi mill-effetti ta' rebħa mistennija b'marġini li kważi ħadd jew ftit antiċipaw. Il-fatt jibqa' li dan l-istħarriġ jiġi fl-ewwel nifsijiet ta' din il-leġiżlatura u allura huwa rappreżentattiv biss taż-żmien li qegħdin fih, illi huwa żmien politiku pjuttost straordinarju. Delia għadu 'unknown quantity'... għadu jibda Jekk Muscat bena immaġini poltika b'saħħitha, Delia għadu qed isib saqajh fil-partit li qed imexxi. Partit li sofra minn telfa pjuttost kerha, għat-tieni darba f 'elezzjoni ġenerali u wara żewġ telfiet oħrajn tal-istess kobor f 'elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-istħarriġ li juri livell baxx ħafna ta' fiduċja f 'Delia jista' jindika li għadu kmieni ħafna, biex in-nies jagħtu appoġġ lil Delia. Għal ħafna l-Kap il-ġdid tal-PN għadu politiku li ma jafu xejn, jew kważi xejn dwaru u allura qajla jistgħu juru fiduċja fih. Fil-verità, u fin-nuqqas ta' kampanja qawwija ta' relazzjonijiet pubbliċi bħalma kien għamel Muscat meta kien elett hu mexxej tal-PL, il-ftit li jafu n-nies dwaru huwa l-aktar marbut mal-allegazzjonijiet li kienet għamlet dwaru Daphne Caruana Galizia, li kienet Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għall-Kiri ta' Propjeta fir-Rabat, Għawdex Id-Direttur Ġenerali (Operat) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex tgħarraf li ser tilqa' espressjonijiet ta' interess magħluqin u immarkati: "EOI/A1117 Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għal Kiri ta' Propjeta fir-Rabat, Għawdex fil- kaxxa tal-offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex sa mhux aktar tard mill-10.00 ta' filgħodu tat-12 ta' Diċembru 2017. Dawk interessati għandhom jiksbu kopja tad-dokument tal-Espressjoni ta' Interess minn fuq il-website tal-Ministeru mgoz.gov.mt jew permezz ta' email fuq procurement.mgoz@gov.mt li tindika b'mod ċar fit-titlu l-Avviz Numru EOI/A1117. MINISTERU GĦAL GĦAWDEX agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Ħafna jafu ftit wisq dwar Delia s'issa biex jagħtuh il-fiduċja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017