Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Sports 30 KAMRA medika għadha kif ġiet installata fis-Centenary Stadium bħala parti minn proġett imwettaq mill-Malta Football Associationbiex ittejjeb il-faċilitajiet mediċi u l-livell ta' trattament tal- ewwel għajnuna provdut fl-istadia kollha fejn jintlagħbu logħbiet uffiċjali mill-kompetizzjonijiet tal- istess Assoċjazzjoni. Dan il-proġett, li qed ikun ikkordinat mill-viċi-president tal-MFA, Dr Matthew Paris, għandu l-għan li jiżgura li l-istadiums prinċipali jkollhom kamra medika mgħammra li tista'tintuża mall-ewwel minn paramediċi li jkunu qed jittrattaw plejers midruba, kif ukoll uffiċjali tal-logħba u dawk li jkun mat-timijiet waqt il-logħob. Is-sajf li għadda, l-MFA ħarġet sejħa għall- kwotazzjonijiet għall- provvista ta'prodotti mediċinali, għall-provvista ta' tagħmir mediku b'self u għall-immaniġġjar ta'kmamar mediċi. "Hija l-intenzjoni tal-MFA li ttejjeb il-livell ta' trattament mediku fis-siti kollha fejn qed jinżammu l-kompetizzjonijiet tagħha,"kienet qalet l-MFA fit-tnedija tas-sejħa għall- kwotazzjonijiet. "Matul ix-xhur li għaddew, l-MFA għamlet l-almu tagħha sabiex ittejjeb l-esperjenza tal-logħob li tinkludi wkoll is-sigurtà u l-kura tal-atleti u tal- parteċipanti." Il-proġett biex jitjiebu l-faċilitajiet mediċi u r-rispons fl-istadiums lokali qed isir wara proċess ta' konsultazzjoni li kien jinvolvi diversi partijiet interessati, fosthom il-Malta Football Players Association (MFPA), it-tim mediku tal- MFA kif ukoll paramediċi u kuntratturita' kumpaniji privati. Dawn id-diskussjonijiet wasslu għal strateġija bbażata fuq erba' pilastri li bihom ikunu indirizzati s-saħħa u s-sigurtà fil-grawnds tal- futbol, jiġifieri: (i) programmi tal-ewwel għajnuna (first-aid) lill- membri tal-klabbs; (ii) l-introduzzjoni ta' tagħmir minimu li għandu jkun hemm f 'kull pitch; (iii) l-iżvilupp ta' protokoll li għandu jintuża f 'każ ta' injuries; (iv) l-installazzjoni ta' kamra medika f 'kull stadium Fil-ġimgħat li ġejjin, l-MFA ser tkun qed torganizza sensiela ta' sessjonijiet informattivi għall-paramediċi dwar kif għandhom jintużaw l-kmamar mediċi fl- istadiums lokali. L-installazzjoni ta' dawn il-kmamar mediċi fl-istada mistennija titlesta sal-aħħar ta' Jannar. Prestazzjoni eċċellenti mit-Tim Nazzjonali tal-Weightlifting t-Tazza tal-Mediterran ITTAZZA tal-Meditteran tal-Weightlifting waslet fi tmiemha fil- jiem li għaddew bi prestazzjoni eċċellenti mit-tim nazzjonali Malti. Il- kompetizzjoni f 'Ljubljana pparteċipaw pajjiżi minn madwar il-Mediterran b'timijiet mill-Italja, Spanja, Franza, Iżrael, Ċipru, Tuneżija, Serbja, Bosnja, San Marino u Slovenja. It-tim Malti kien kompost mill-irġiel Matthew Camilleri, Andy Grech, Anton Micallef u Rodmar Pulis u nisa Elisia Scicluna u Shelby Mangion Vassallo Scicluna u Mangion Vassallo kienu l-ewwel atleti li ħadu l-pjattaforma. Shelby (-69kilo) kellha prestazzjoni stellari li rnexxielha tispiċċa b'6 / 6 refgħat. Hija refgħet snatch ta' 56 kilo u 70 kilo clean&Jerk li spiċċat b'total ta' 126 kilo u kisret 10 rekords nazzjonali fil-proċess b'żieda ta 10 kilo, riżultat impressjonanti minħabba li hija għad għandha biss 14-il sena. Diffiċli li wieħed jemmen li din kienet l-ewwel prestazzjoni internazzjonali tagħha barra min xtutna u wriet kunfidenza kbira. Shelby ilha turi konsistenza u determinazzjoni fit-tħejjija tagħha għas-snin li ġejjin tal-Logħob Olimpiku taż- Żgħażagħ. Scicluna (-75kilo) kellha wkoll l-aħjar prestazzjoni personali fejn ikkompetiet f 'kategorija tal-piż aktar baxxa. Elisia spiċċat bi snatch ta' 70kilo u clean & jerk ta' 90 kilo. L-irġiel Matthew Camilleri (-85kilo) spiċċa bi snatch ta' 110 kilo u clean & jerk ta' 131 kilo, Rodmar Pulis (-94kilo) wera titjib kostanti fl-ewwel prestazzjoni internazzjonali tiegħu peressli kien qed jirkupra minn injury mis- sena l-oħra. Huwa refa' snatch ta' 98 kilo u clean & jerk ta' 135kilo. Anton Micallef (-85kilo) irnexxielu jerfa' 100 kilo snatch u clean & jerk ta' 120 kilo u finalment Andy Grech (-85kilo) refa' 89kilo u 108 kilo clean & jerk. It-tim Malti spiċċa fir-raba' pożizzjoni ġenerali bis- Serbja tirbaħ l-ewwel post fil-klassifika ġenerali, segwita mill-Italja u s-Slovenja. It-tim kien akkumpanjat mill-kowċ Kurt Camilleri u r-referi Rodienne Balzan. Mal-istess kompetizzjoni saret ukoll il-Ljubljana Open, Malta pparteċipat biż-żewġ atleti kkwalifikati għal logħob tal-Commonwealth Yazmin Zammit Stevens (-69kilo) u Kieran Mifsud (105kilo +). Yazmin refgħet snatch ta' 81 kilo u clean & jerk ta' 99 kilo, li spiċċat b'total ta' 180 kilo u b'hekk kisret żewġ rekords nazzjonali. Kieran Mifsud irnexxielu wkoll jikser żewġ rekords nazzjonali ta' 132 kilo snatch. Huwa refa' 151 kilo clean&jerk. Id-deċiżjoni biex Mifsud iżomm piż baxx fil-clean & jerk saret wara li kien qiegħed iħoss uġigħ żgħir fl-irkoppa tiegħu. Fil-fatt, huwa għamel biss l-ewwel tentattiv tiegħu u rtira mill-kompetizzjoni. Kemm Zammit Stevens kif ukoll Mifsud spiċċaw fuq il-podju b'midalji tal-fidda individwali għall- prestazzjoni eċċellenti tagħhom. It-tim nazzjonali tal-Weightlifting s-Slovenja Installata kamra medika ġdida fis-Centenary Stadium Il-kamra medika ġdida installata s-Centenary Stadium

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017