Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958
illum | Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Opinjoni 20 F 'Malta tagħna, fejn kulħadd għassa fuq xulxin, ta' madwarek ma jdumux ma jintebħu li int differenti mill- bqija tal-kotra. Ħajtek tkun ikkulurita, għax filli jgħolluk, filli l-massa ddewqek ilsienha. Niftakar kliem dispreġattiv meta kont naħa, u l-istess nies li għajruni injorant, għollewni mas-seba' sema, meta qsamt it it-triq u mort mal-Partit tagħhom. U viċi versa. Għax jien minni, nittkellem meta ma naqbilx u ngħajjar lill-Gvern speċjalment meta jilgħabha li ma jafx. U dawk li qed ipappuha sew, jilagħbuha li ma jafux lanqas. Għalhekk dawn huma kompliċi. La kompliċi... ħatja. Mur ifhem... dan il- misteru tad-deżert li taqdef kemm taqdef ma tasal imkien. Mur ifhem. Bħal ħniex bla prinċipju... basta l-Gvern tagħhom jidher tajjeb. Għax Malta baqgħet qisha "Malta tat-Tribu". Għax jekk il-Partit li vvutajt għalih, jew jekk il-Partit huwa tal-familja, sibt ruħi hemm, għamilt bħalm'għamel missieri, allura jien bħan- nagħaġ ta' bendu, bla moħħ u qatt ma niddiżżappunta 'l missieri. Jien m'għamiltx hekk, u b'daqshekk ma ddiżappuntajtx lill-familja, anzi lill-familja fissirtilha t-tajjeb mill-ħażin u l-biċċa l-kbira minnhom, imxew t-triq miegħi. Dan sodisfazzjon kbir! Hekk imorru l-affarijiet... għax it-tajjeb ma jmerih ħadd. U kemm it-tajjeb u anki l-ħażin tħossu. Hawn min jgħidlek it-tnejn ħżiena, allura jmorru fuq in-naħa tal-inqas ħażin. Jien immur oltre, u l-inqas ħażin nibqa' fih biex intejbu. Għax il-mainstream tfittex dejjem li tħares u tgħasses l-istruttura li ssawwarha, bħallikieku l-bidla f ' ħajti ma tistax teżisti. Din hi ħila li wasalt għaliha u ma ddejjaqt minn xejn u ħadd li nasal għaliha. Għal xi wħud is- sewwa u x-xieraq hija biss ta' kif tikseb il-favuri u l-poter. Jien inħobb is-sewwa, akkost li dejjem nafni fil-qiegħ nett, fuq vapur mgħerreq, fl-oppożizzjoni. Għax jien irrid l-ordni u s-sewwa u allura nixtieq dejjem li n-nazzjon, li l-omm li tatni isimha jkun immexxi kif inhu xieraq. Qatt ma ħallejt id- drawwiet u t-tradizzjonijiet (anki jekk familjari) imexxuni. Ħadd ma jqarraq bija u ħadd ma jbellagħli ħrejjef. Il-magni bla moħħ idejquni. Hawn jimmanifesta ruħu bniedem bil-ħila. Meta waqaft għal prinċipji tiegħi, fil-Partit Laburista, kien hemm persuna prominenti fil-Partit, fejn qalet li jien dgħajjef u li ma ndumx ma negħreq. Dan kien fl- 2003. Illum din il-persuna tinsab f 'xifer irdum u ma ddumx ma tegħreq. Għax il-qawwa tal-persuna tiegħi, ma tidhirx fl-identità tiegħi, imma f ' dak kollu li nemmen fih u nippreżentah lil dawk li jridu jisimgħuni. Din hi l-qawwa tal- personalita tiegħi. Jien m'iniex parti min-nagħaġ ta' Bendu. Ħaddieħor għax ħabb il-poter u l-flus, żamm ruħu mjassar taħt is-saqajn. U llum avolja l-Partit tiegħu jinsab fil-Gvern, imma sħabu jwarrbuh u bir-raġun! Għax is-sewwa magħruf dejjem jitla f 'wiċċ l-ilma. Ikun hemm mumenti fejn sħabek jgħidulek 'tlift kollox'. Għal xi wħud jarawk bħala traditur. Iżda l-kotra tqisek bħala differenti minn oħrajn. Iħossuk u jagħrfu l-ġenwinità tiegħek. Ir-riżultat joħroġ waħdu. F'sentejn biss, il- poplu għażilni bħala Viċi Sindku, imbagħad Sindku u seba' xhur wara bħala Deputat. Għax ġo fija hemm ħuġġieġa tgħidli biex ma ningħaqadx mal-kotra belha, li moħħom biss fil-ġid. Jien moħħni biss fil-ġid komuni. Ħallejt lil ruħi tirbaħ il-ġid materjali. Ħallejt il-ġenn imqaddes jeħlisni minn dik il-moralità li l-kotra jqisu bħala b'saħħitha, għalkemm mhijiex. Il-kotra tagħżel is- sewwa, iżda ma jfissirx li l-maġġoranza dejjem għandha raġun. Għax il- verità u l-gideb, xi drabi għal kotra hija l-istess. Dan hu d-diżordni tas-soċjetà miskina tagħna. Il-verità tal- kotra hija maqfula f 'senduq, biex fuq dan is-senduq jitilgħu jiżfnu u jiċċelebraw id-diżordni ta' Malta, it- tgħawwiġ tas-sewwa u ta' kulma jħossu lli hu sewwa u xieraq. Fil-każ tiegħi, nippreferi ġimgħa bilwieqfa milli għomri għarkoppteja. Nippreferi ġimgħa bilwieqfa Malta baqgħet qisha "Malta tat- Tribu". Għax jekk il-Partit li vvutajt għalih, jew jekk il-Partit huwa tal-familja, sibt ruħi hemm, għamilt bħalm'għamel missieri, allura jien bħan-nagħaġ ta' Bendu, bla moħħ u qatt ma niddiżżappunta 'l missieri. Hawn jimmanifesta ruħu bniedem bil-ħila. Meta waqaft għal prinċipji tiegħi, fil-Partit Laburista, kien hemm persuna prominenti fil- Partit, fejn qalet li jien dgħajjef u li ma ndumx ma negħreq. Dan kien f l-2003. Illum din il-persuna tinsab f 'xifer irdum u ma ddumx ma tegħreq. IVAN BARTOLO