Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Sports 35 Nitkellmu dwar it-tim nazzjonali Malti. Kien hemm żmien meta int kont l-aqwa skorer tal-kampjonat u int ma kontx tiġi msejjaħ ma' Malta. Kif kont tħossok f 'dak iż- żmien? Żgur kont inkun nixtieq li niġi msejjaħ man-Nazzjonal aktar u aktar meta int li tkun tħobb il-futbol u tagħti l-aqwa tiegħek fil-grawnd. Kont inkun xi ftit iddispjaċut iżda wara kollox kont niffoka fuq il-klabb li kont nilgħab miegħu u mbagħad kont nirraġuna li xi darba jew oħra s-sejħa għan-nazzjonal xi darba tasal bħalma fil-fatt ġara. X'sagrifiċċji u impenn jitlob il- futbol? Trid tagħti ħafna impenn lejn dan l-isport. Ma tistax tiekol u tixrob li trid, għandek bżonn id-dixxiplina jekk trid tirnexxi f 'din il-karriera. Taqbel mal-kunċett ta' 14-il tim fil- Premier? Ħa nkun onest miegħek ħsibt li s-sitwazzjoni kienet ser tkun differenti minn hekk però qed nara illi m'hemmx xi differenza kbira bejn it-timijiet hekk kif kull klabb issaħħaħ sabiex jilgħab f 'dan il- kampjonat. Anke t-timijiet promossi qed iġibu l-punti u għalhekk s'issa qed nara kampjonat jiżvolġi b'mod sabiħ. Bħala postijiet fejn titħarrġu kif tikkomparahom ma' dawk ta' barra minn xtutna? Barra minn Malta nafu illi hemm aktar faċilitajiet dik m'hemmx dubju minnha. Madankollu naħseb illi f 'pajjiżna l-affarijiet qed jitjiebu jiġifieri nistgħu ngħidu illi l-grawnd huma ta' livell aċċettabbli. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ illi jixtiequ jagħmlu suċċess bħalma għamilt int. Importanti li m'għandhom jaqtgħu qalbhom qatt. Minkejja illi forsi tista' ssib xi bsaten fir-roti jew xi diffikultajiet int trid tibqa' għaddej sa ma l-ħolma tiegħek issir realtà. Jekk ġietek logħba ħażina, tgħallem mill-iżbalji tiegħek u prova agħmel aħjar darb'oħra. Tħarreġ iktar u tejjeb iktar il-ħiliet tiegħek. Ritratti: James Bianchi il-partitarji numerużi Ħamruniżi' Qabel ingħaqad ma' Ħamrun Spartans, lagħab ma' Pietà Hotspurs, Birkirkara u Balzan. Issejjaħ mat-tim nazzjonali bosta drabi. Huwa skorer proliku b'xamma kbira għall-gowl. Lydon Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017