Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Sports 31 Tliet uċjali Maltin l-kors ta' konsolidazzjoni tal-Uefa Core 36 ILKORS mogħti mill-UEFA Centre of Refereeing Excellence (CORE) huwa immirat għal referees promettenti li jaspiraw li jniżżlu isimhom fuq il-lista ta' referees internazzjonali; dan iseħħ matul għadd ta' korsijiet fuq sena f 'Nyon, l-Iżvizzera. Wara l-esperjenza pożittiva li kellhom fil-Kors Introduttorju tal-UEFA CORE ta' Mejju li għadda, l-Elite Referee Matthew De Gabriele u l-Elite Assistant Referees Dusan Petrovic u Theodore Zammit, flimkien mat-trios ta' uffiċjali oħrajn minn diversi pajjiżi, reġgħu ġew mistiedna sabiex jattendu għat-tieni u l-aħħar parti tal-kors li saret bejn it-12 u d-19 ta' Ottubru, imsejjaħ Kors ta' Konsolidazzjoni tal-UEFA CORE. L-iskop ta' din it-tieni parti huwa biex abbażi ta' numru ta' kriterji li jikkalkulaw il-progress li jsir bejn iż-żewġ partijiet tal-kors, tingħata d-Diploma fir-Refereeing jew jingħata ċ-Ċertifikat tal-Attendenza. Matul ix-xhur ta' bejn il-Kors Introduttorju u dak ta' Konsolidazzjoni, l-uffiċjali Maltin kellhom iżommu kuntatt kontinwu mal- coach rispettiv tagħhom, il-Bulgaru Radan Miryanov għar-referees u l-Iżvediż Leif Lindberg għall- assistant referees, sabiex jaġġornawhom dwar il-progress li kienu qed jagħmlu waqt il-logħbiet lokali. Barra minn hekk, matul dawn ix-xhur, l-ispeċjalisti Werner Helsen u Lluís Cortés Cava kienu inkarigati josservaw is-saħħa fiżika tal-uffiċjali kollha, waqt li jindikawlhom liema aspetti fiżiċi kellhom itejbu grazzi għal taħriġ ippersonalizzat li jiffoka iktar fuq l-aspett/i indikati lilhom, mingħajr ma jintilef il-progress tas- saħħa fiżika inġenerali. Matul din il-ġimgħa f 'Nyon, kull triju ta' uffiċjali kellu jagħmel għadd ta' testijiet li prinċipalment kienu jikkonsistu: fit-test fiżiku (il-Yo-Yo Test); fit-test li jiddetermina l-perċentwal ta' xaħam fil-ġisem (il-Body Fat % Test); fit-testijiet tal-Kordinazzjoni, tal- Flessibilità, tal-Istabbiltà u tal-Mobilizzazzjoni; u fl-eżerċizzji prattiċi integrati mas-sessjonijiet ta' taħriġ li involvew il-ħidma bħala team u t-teħid ta' deċiżjonijiet. L-uffiċjali Maltin, bħala parti wkoll mill- evalwazzjoni finali, ingħataw l-opportunità li jikkontrollaw il-partita bejn Racing Besançon u F.C. Sochaux Montbeliard II mill-ħames diviżjoni tal-kampjonat Franċiż – ix-'Championnat National 3' – fil-belt ta' Besançon, bir-riżultat finali jkun 0-2. Tajjeb li jissemma li f 'din il-partita kien hemm ħafna players żgħażagħ li lagħbu football sabiħ b'ritmi għolja quddiem attendenza ta' 1,800 spettatur. Wara l-partita, l-uffiċjali Maltin ntalbu jagħmlu awto-analiżi tal-prestazzjoni tagħhom kif mistenni f 'dan il-livell, segwita minn analiżi tal- partita fil-jiem ta' wara mil- letturi anzjani u l-coaches li kienu qed jiggwidaw lil kull triju ta' uffiċjali mid-diversi pajjiżi li pparteċipaw: Malta, l-Iżvezja, il-Kroazja, il-Kosovo, il-Moldova, Wales, l-Andorra u l-Konfederazzjoni tal- Football Afrikan (CAF) b'rappreżentanti mill-Eġittu, il-Kenja u Mauritius. Il-letturi anzjani għal dan il-kors kienu David Elleray u Kyros Vassaras li qasmu l-esperjenza vasta tagħhom, u taw pariri u linji gwida indispensabbli lill- parteċipanti kollha għall- futur tal-karriera tagħhom fir-refereeing. Fl-aħħar ġurnata tal- kors, saret iċ-Ċerimonja tal-Gradwazzjoni fil- Kwartieri Ġenerali tal- UEFA f 'Nyon, fejn David Elleray, bħala CORE Senior Course Leader, ippreżenta d-Diploma fir-Refereeing lil kull uffiċjal Malti. Dan żgur kien kisba kbira għat-trio Malti wara x-xogħol iebes u d-dedikazzjoni matul l-aħħar ħames xhur ta' bejn il-Kors Introduttorju u dak ta' Konsolidazzjoni. It-tliet uċjali Maltin f 'Nyon, l-Iżvizzera Peter Azzopardi u Gianella Bugeja rebbieħa fit-tiġrija ta' ħames kilometri minn Ħal Kirkop sa Ħal Safi LATLETA Peter Azzopardi (Bank of Valletta) kien ir- rebbieħ tat-tiġrija ta' ħames kilometri li ġiet organizzata mill-Malta Employees Sports Association (MESA) nhar il-Ġimgħa, 17 ta' Novembru 2017 fil-korsa ta' Ħal Kirkop- Ħal Safi meta kien qed jipparteċipa għall-ewwel darba f 'din it-tiġrija li ilha tiġi organizzata għal diversi snin mill-MESA. Huwa ħareġ rebbieħ fi 17-il minuta u 37 sekonda, segwit fit-tieni post minn Adrian Mifsud (SVPR Health) li daħal 25 sekonda warajh f 'ħin ta' 18-il minuta u 2 sekondi, waqt li David Cassar (Civil Protection Department) spiċċa fit-tielet post 13-il sekonda wara Mifsud bil-ħin tiegħu jkun 18-il minuta u 15- il sekonda. Azzopardi telaq mill-ewwel fuq quddiem fejn għal ħafna ħin kien sfidat minn Mifsud li żamm il-pass warajh għal parti sew mit-tiġrija sakemm lejn it-tmiem, Azzopardi żied il-pass u kiseb rebħa pjuttost komda. Fil-kategorija tan-nisa, Gianella Bugeja (Transport Malta) iddominat mill-bidu sat-tmiem biex rebħet fi 19-il minuta u 29 sekonda, vantaġġ ta' ftit aktar minn minuta u nofs minn Angele Sammut (Health Department) li spiċċat fit-tieni post f '21 minuta u sitt sekondi. Fit-tielet post daħlet Maressa Zahra li kellha ħin ta' 23 minuta u 39 sekonda. Bħala timijiet, ir-rebbieħa kienu Health Department (Adrian Mifsud, Melvin Mifsud u Angele Sammut) b'total ta' 57 minuta u 42 sekonda, segwiti minn Transport Malta (Gianella Bugeja, David Sammut u Mark Farrugia) fit-tieni post u Civil Protection Department (David Cassar, Joseph Barbieri u Leslie Camilleri) fit-tielet post. Gianella Bugeja malli temmet it-tellieqa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017