Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958
9 Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet fis-siegħa inqas paga f 'idhom mill-irġiel l-mira ta' Barċellona huwa 33%. Malta huwa l-aktar pajjiż li jipprovdi forma ta' ħarsien għat-tfal minn tliet snin saż-żmien mandatorju fl-iskejjel, li jammonta għal 100% meta l-mira ta' Barċellona hija 90%. Id-differenzi fil-paga qed tonqos iżda l-irġiel għadhom jaqilgħu aktar min-nisa Fejn tidħol il-paga d-differenza għadha tidher ferm bejn l-irġiel u n-nisa. Skont l-istatistika tal- Eurostat fl-2014, l-irġiel fl- Ewropa jaqilgħu paga medja ta' €32 meta n-nisa jaqilgħu me-dja ta' €22. L-akbar differenza tidher fl-Italja, il-Ġermanja u d-Danimarka, bid-differenza fl-Italja hija ta' aktar minn €14 fis-siegħa inqas għan-nisa. L-inqas differenza fil-pagi hija fir- Rumanija u l-Bulgarija fejn il-pagi huma fost l-inqas fl-Ewropa kollha. Mill-istess statistika f 'Malta d-differenza bejn l-irġiel u n-nisa fil-paga hija b' €4 fis-siegħa aktar għall-irġiel. Peress li n-nisa għadhom fil-maġġoranza tagħhom jagħmlu x-xogħlijiet fid-dar, kienu wkoll l-aktar li qattgħu ħin jaħdmu bla kumpens. Dan huwa x-xogħol li jsir fid-dar jew għall-membri l-oħra tal-familja. Madwar l-Ewropa, in-nisa jagħmlu mat-22 siegħa addizzjonali ta' xogħol li mhux imħallas. Mill-istatistika tal- Kummissjoni Ewropea, f 'Malta n-nisa jagħmlu bi 29 siegħa xogħol (fid-dar) li għalih ma jitħallsux. F'kuntrast l-irġiel Maltin iqattgħu 11-il siegħa. L-irġiel iżda jqattgħu aktar ħin fl-ambjent tax-xogħol, f 'uffiċċju jew kumpanija milli jqattgħu n-nisa li kif diġà għidna jagħżlu l-maġġoranza qed jagħżlu li jaħdmu bis-sigħat imnaqqsa. 70% tal-familji bit-tfal fl-Ewropa, jispiċċaw fil-faqar jekk il- missier jitlef l-impjieg. Dan meta huma 47.7% l-familji b'ġenitur wieħed li jispiċċaw fil-faqar. In-nisa jaffaċċjaw riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali mill-irġiel, li mill-banda l-oħra r-rata li jistgħu jispiċċaw bla saqaf fuq rashom hija ogħla minn dik tan-nisa, li iżda qed tiżdied minħabba d-diskrepanza fil-paga bejn is-sessi. Fl- Ewrobarometru iżda rriżulta li 95% tal-Maltin jaqblu li l-irġiel u n-nisa għandu jkollhom xogħol ugwalji fid-dar. Bl-istess ammont, il-Maltin jaqblu li l-irġiel għandu jkollhom 'parental leave' biex jieħdu ħsieb it-tfal. Malta fost l-inqas rata ta' parteċipazzjoni tan- nisa fil-politika Malta għandha fost l-inqas parteċipazzjoni tan-nisa fil-Parlament tal-pajjiż bi 12%. Ta' min jgħid li din hija żieda ta' 10% fuq l-1990 meta dakinhar kienu biss 2% in-nisa li kienu qed jipparteċipaw fil-politika. Ironikament, fl-Ewrobarometru 80% tal-Maltin iridu li aktar nisa jkunu fil-politika. L-Iżlanda biss tasal għal kważi 50% bi 47%, bl-Iżvezja u l-Finlandja fit-tieni u t-tielet post rispettivament. L-Ungerija huma l-agħar fejn 90% tad- deputati parlamen-tari huma kollha irġiel. Fl-Ewropa huma biss tlieta n-nisa li jokkupaw il-kariga ta' Prim Min-istru f 'pajjiżhom, dawn huma l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May u tal-Polonja Beata Szydlo. Naqsu l-każijiet ta' abbuż mill-irġiel fuq in-nisa iżda fadal xi jsir Is-serq u omiċidji fuq bażi ta' sess naqas iżda bejn l-2008 u l-2014 żdiedu l-istupri. Mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jirriżulta li Malta hija t-tielet l-aktar pajjiż fejn in-nies jafu bl-għajnuna u servizzi offruti lill-vittmi ta' stupru jew abbuż sesswali iżda fl- istess ħin, il-Maltin huma wkoll l-aktar li jemmnu n-nisa jesaġeraw meta jirrappurtaw il-każijiet ta' abbuż u huma wkoll it-tielet l-aktar li jaħsbu li l-abbuż ikun ġie pprovokat mill- vittma. Mill-istess statistika jirriżulta li l-każijiet ta' vjolenza sesswali naqsu f 'Malta minn 91 każ fl-2010 għal 77 fl-2014. Fl-aċċess għas-saħħa u d-differenza bejn is-sessi f 'dan is-settur, Malta tinsab fit-tielet post fost il-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea. Il-vjolenza domestika u l-vjolenza li ssir fuq in-nisa huwa settur ieħor li Malta flimkien mal-kumplament tal-Ewropa qed tipprova tegħleb. Dwar dan huwa mistenni li jiġi ppreżentat stħarriġ ieħor Ewropew aktar tard matul dan ix- xahar. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza filwaqt li tirrikonoxxi l-avvanz 'il quddiem li sar f 'bosta oqsma, tara li għad fadal x'jista' jsir, b'mod speċjali fis-settur tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol kif ukoll fil-bilanċ fil- pożizzjonijiet ta' poter bħalma hija l-politika. Dan biex Malta tibqa' titla' 'l fuq mill-15-il post fejn tinsab illum u b'hekk tiżdied l-ugwaljanza bejn is-sessi fl- oqsma kollha possibbli. Kiri ta' Spazju għall-Uffiċċju Valletta, il-Furjana jew iż-Żona tar-Reġjun Ċentrali Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jixtieq jirċievi offerti għall- kiri ta' spazju għall-uffiċċji b'area minima ta' 3,000 metru kwadru u faċilitajiet ta' parkeġġ fil-Belt Valletta, il-Furjana jew lokalità f'Żona Ċentrali ta' Malta. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f'envelop issiġillat u tintbagħat lid- Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l- Ugwaljanza, Tal-Pilar, 31B, Marsamxett Road, Valletta sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa l-1 ta' Diċembru 2017. Aktar dettalji jistgħu jġu aċċessati minn http://meae.gov.mt/en/Tenders/Pages/Tenders-and-Quotations.aspx L-ispiża tista tkun ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea/Fondi Bilaterali 'F'Malta, in-nisa f 'pożizzjonijiet maniġerjali u għoljin f 'kumpaniji jammontaw għal 30% skont l-aħħar statistika tal- Eurostat' Ħtieġa li jiżdiedu n-nisa li jaħdmu fit- tmexxija u l-politika