Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet miegħu u massa ta' jridux jafu bil-partit prattikament mexxiet kampanja waħedha kontrih fit-tiġrija għall-kap il-ġdid tal-PN. Dan l-istħarriġ flimkien ma' stħarriġ ieħor li sar fuq it-Torċa iktar kmieni dan ix-xahar ukoll jiġu f 'mument sfortunat għax Delia għadu qed jimmarka l-bidu tal-karriera politika tiegħu bħala kap kif ukoll waqt li għadu qed ikun iffaċċjat minn opożizzjoni qalila minn ħdan il-PN stess, fosthom mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. L-effett DCG fuq Delia... Ħafna nazzjonalisti ma jriduhx Hemm il-probabilità li Delia għadu lura ħafna f 'termini ta' popolarità minħabba li għadu qed isofri minn dellijiet li ntefgħu fuqu waqt it-tiġrija għal Kap ġdid tal- PN. Daphne Caruana Galizia, li kellha bażi qawwija ta' segwaċi Nazzjonalisti jew nies li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni u li għalihom kienet l-uniku vanġelu, kienet żvelat kont f 'Jersey f 'isem Adrian Delia u allegat illi minn dan il-kont kienu għaddew flus iġġenerati mill-prostituzzjoni minn negozju għal dan il- għan f 'Soho. Caruana Galizia kienet tefgħet diversi dellijiet ta' dubji serji fuq l-integrità ta' nies li jkunu madwar Delia wkoll, inkluż l-aktar kanvassers voċiferi tiegħu, fuq l-istabbilità finanzjarja personali tiegħu u anke ppubblikat numru ta' kummenti li ħalla fuq facebook u li wħud sabuhom bħala sessisti għall-aħħar. Dan kellu effett qawwi u influwenza l-mod kif ħafna kienu qed iħarsu lejn dak li suppost kellu jirbaħ l-elezzjoni għal kap ġdid b'mod mill-aktar konvinċenti. Il-kritika minn diversi uffiċjali tal-partit u anke Deputati kienet fil-miftuħ u kienet ħarxa wkoll. Personaġġi fil-midja bħal David Thake u d-Deputat Jason Azzopardi u l-President tal-Kunsill Amministrattiv Karol Aquilina m'għamlux l-antipatija tagħhom lejn Delia sigriet, bi kritika dwar mażunerija u saħansitra akkużi li Delia huwa ż-żiemel tat-Trojja minn Kastilja. Dan apparti li l-Kunsill Amministrattiv tal-PN talab lil Delia biex jirtira mit-tiġrija għal kap ġdid fid-dawl tal-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, saħansitra fuq il-pożizzjoni finanzjarja personali tiehħu. Minkejja li Delia għandu appoġġ wiesa' fost l-għeruq, hemm element qawwi ta' nies li ma jarawhx idoneu biex imexxi l-partit u magħmul mill-istess keffa politika ta' Muscat. Huwa l-legat ta' Daphne Caruana Galizia f 'dak li jirrigwarda Adrian Delia. Il-fatt li Delia kellu jassenta ruħu mill-attivitajiet tal-massa li saru b'appoġġ u solidarjetà lejn Caruana Galizia ma niżlitx tajjeb lanqas ma' ħafna Nazzjonalisti li ħassew illi post Delia kellu jkun mas- soċjetà ċivili, imma li ma setax għax kien kompromettut mill- fatt illi kien fil-mira tal-istess ġurnalista. Dan kien interpretat minn bosta bħala turija li l-PN tilef il-high moral ground u li Delia seta' jitpoġġa fl-istess keffa ma' Muscat fuq il-kwistjoni ta' governanza. Biex tgħaxxaq, ir-rifjut aħrax tal-apoloġija ta' Delia min-naħa ta' oħt Caruana Galizia m'għen xejn. Dan jista' jispjega l-indifferenza kbira u d-diżillużjoni fost settur kbir ta' nies li jivvutaw lill-PN bħalissa. It-tiġrija għal kap ħalliet togħma qarsa... Jekk l-elezzjoni ġenerali għadha friska fl-imħuħ tan- Nazzjonalisti hekk ukoll hija friska l-memorja ta' tiġrija fil- PN stess, li kixfet ħafna klikek u ġlied intern. Il-fatt li din it-tiġrija kienet dannuża għall- PN ammettieha Simon Busuttil stess fl-aħħar diskors tiegħu bħala kap illi fih kien appella biex il-ġerħiet jingħalqu. Iż-żmien ta' bħalissa huwa fil- fatt iż-żmien kważi immedjat wara din it-tiġrija qalila li ħalliet ħafna Nazzjonalisti rrabjati ferm, l-aktar għal mod kif il-partit għamel daqstant pubbliku l-inkwiet intern li saħansitra kien qed iwassal għal diskors ta' qasma fil- partit. Hija probabbilità allura li ħafna Nazzjonalisti f 'dan il- mument partikolari tilfu kull interess fil-partit u fil-prospetti politiċi tiegħu. Din hija definittivament l-akbar sfida li Delia se jkollu jiffaċċja, biex l-indifferenza lejn il-PN minn Nazzjonalisti ma tinbidilx f 'antipatija u eventwalment astensjoni ta' massa ta' Nazzjonalisti. Prim Ministru li miegħu ma jeħel xejn Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-effetti kollha tiegħu, mhux l-ewwel sitwazzjoni politikament splussiva li sab lilu nnifsu fiha. Fil-fatt Muscat kellu jiffaċċja kampanja sħiħa dwar kontijiet fil-Panama li Ministru u Chief of Staff kellhom. Il-każ Panama-Gate kien, potenzjalment każ li seta' seraq it-tapit minn taħt saqajh. Minflok Muscat sejjaħ elezzjoni u rebaħ bil-qawwi. Dawn l-aħħar ġimgħat ukoll kienu mumenti koroh. Il-qtil ta' ġurnalista u l-mod kif isem Malta spiċċa fuq il-midja internazzjonali ma kienx l-aktar mument glorjuż għal pajjiżna. Minkejja dan u minkejja x-xokk jidher li l-każ ma kellux effett fuq il-popolarità ta' Muscat. Jidher għalhekk, issa iktar minn qatt qabel, li Muscat huwa l-Prim Ministru li miegħu jew ma jeħel xejn, jew dak li jeħel jaqa' malajr. Dan jista' jkun riżultat ta' diversi fatturi, primarjament il-fatt li huwa oratur tajjeb, huwa persuna li għandu preżenza qawwija, huwa ġeneralment iktar kariżmatiku u għandu sens qawwi ħafna ta' moderazzjoni fil-mod kif jirreaġixxi. Dan ifisser illi iktar iva milli le Muscat jirreaġixxi b'mod meqjus u Prim Ministerjali f 'sitwazzjonijiet li jkunu jitolbu ċerta sens ta' sobrjetà. Dan mhux neċessarjament jagħmlu prim Ministru tajjeb, imma definittivament jagħmlu maħbub u rrispettat fost setturi wiesgħa ta' votanti tradizzjonalment Laburisti u oħrajn li kienu jivvutaw lill-PN sal-2008. Jidher allura li l-akbar fortuni politiċi f 'termini ta' popolarità għal Muscat se jibqgħu jiddependu l-aktar minn x'se jiġri fil-PN u kif Delia se jirnexxilu jħalli l-marka tiegħu fuq il-partit u fuq eluf ta' nies li ma jappartjenux partit. Iktar kemm il-feriti preżenti fil-PN se jitħallew jikbru, aktar se jitbiegħdu votanti mill-PN u aktar dan il-partit importanti ħafna fil-qafas politiku lokali preżentament bħala Oppożizzjoni, se jiddgħajjef. Aktar kemm jiġri dan, aktar Muscat se jkompli jissaħħaħ anke jekk fil-fatt ikun qed inaqqas fl-appoġġ u dan għaliex id-differenza fil-popolarità se tibqa' tagħtih biżżejjed spazju u kumdità biex jitlef ċertu ammont ta' appoġġ, mingħajr ma jitlef wisq saħħa. Minkejja li l-istħarriġ tal-Maltatoday u tat-Torċa wkoll ġew fl-infanzja ta' din il-leġiżlatura u fl-istat prattikament embrijoniku tat-tmexxija ta' Delia huma indikazzjoni ċara li l-PN, jekk irid isalva u jittama li jirbaħ, jeħtieġ idur dawra kbira miegħu nnifsu. In-numri wara l-istħarriġ tal-Maltatoday • 24.5% tan-nazzjonalisti ma jivvutawx jekk issir elezzjoni llum • 93.2% ta' dawk li vvutaw PL jerġgħu jivvutaw lil-Labour illum • 3.1% ta' dawk li vvutaw PN 5 xhur ilu, illum jivvutaw AD • 49.8% jivvutaw PL u 20.7% PN jekk issir elezzjoni bħalissa • Id-distakk bħalissa taż-żewġ partiti huwa ta' iktar minn 71,000 • 53.7% jafdaw lil Joseph Muscat 15% jafdaw lil Delia • Il-fiduċja f 'Muscat tiżdied b'2.8%, ta' Delia tonqos b'7% • 85% tal-Laburisti u 25% tan-Nazzjonalisti jħossu li l-pajjiż sejjer tajjeb • 15.7% ma jivvutawx kieku kellha ssir elezzjoni llum L-aħħar elezzjoni kkonsolidat l-immaġini ta' Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017