Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet It-taraġ fi Pjazza San Franġisk f 'Għawdex diġà ġie jiswa €1,250,000 Mill-esproprijazzjoni tal-art kienet tħallset is-somma ta' €717,500 lill-Franġiskani Konventwali tar-Rabat Għawdex IKKONFERMATA l-istorja li kienet żvelat l-ILLUM li t-taraġ fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex se jiġi jiswa aktar minn €1,250,000. Dan joħroġ minn tweġiba li l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tat għall- mistoqsija parlamentari tad- deputat Chris Said. Il-Ministru Caruana kkonfermat li għall- esproprijazzjoni tal-art tħallset is-somma ta' €717,500 u l-ispiża għax-xogħol ta' kostruzzjoni ġiet tammonta għal €326,770. Justyne Caruana wieġbet li s-sejħa għall-offerti għax- xogħol ta' inġinerija elettrika u mekkanika nħarġet u ngħatat għal valur ta' €202,111, filwaqt li l-offerta tal-'finishes' se terġa' tinħareġ minħabba li l-uniku kuntrattur li kellu l-offerta 'within budget' ġie skwalifikat. Il-Ministru għal Għawdex qalet li l-perjodu tat-tkomplija jiddependi mill-eżitu tas-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta' 'finishes' li se tinħareġ mill- ġdid. L-ILLUM kienet żvelat kif il-Franġsikani Konventwali fir-Rabat Għawdex kienu se jirċievu s-somma ta' aktar minn €700,000 fi flus għal din l-esproprijazzjoni ta' biċċa art għat-taraġ li l-Gvern kien iddeċieda li jibni bħala parti mill-proġett fl-inħawi, li tgħaqqad il-venda tal-linja mal- pjazza. L-art esproprijata fiha kobor ta' 574 metru kwadru. L-ILLUM kienet staqsiet lill-Ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien Anton Refalo biex jiġġustifika din l-ispiża fuq taraġ, bit-tweġiba tkun li dan se jkollu jsir 'biex jitneħħa l-periklu eżistenti bl-aċċess dejjaq li hemm biex wieħed jidħol fi Pjazza San Franġisk minn Triq Putirjal.' Apparti t-taraġ il-proġett se jinkludi t-tisbieħ taż-żona fejn hemm il-venda, kif ukoll ta' Pjazza San Franġisk. F'kummenti fil-mezzi soċjali, id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal li dan il-proġett sa issa ġie jiswa €1,250,000. Qal li fadal ħafna xogħol li għad irid isir u li m'hemmx data meta se jkun lest, għalkemm ix-xogħlijiet ilhom għaddejjin sentejn. Silvio Parnis b'rapport dwar allegat frodi minn eks membru tas-Segretarjat ŻAGĦŻUGĦ ta' 28 sena ngħata s-sentenza ta' tliet snin priġunerija u ordnat li joħroġ mill-vizzju ta- droga wara li tressaq il-Qorti mixli li ffroda lil Silvio Parnis aktar minn €5,000 u li sar reċediv. Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ kien qed imur jixtri minn ħanut, jgħid li kien bagħtu Parnis u ma jħallasx tal- affarijiet li jieħu. Intqal ukoll li ż-żagħżugħ kien ibiegħ l-oġġetti li akkwista biex jixtri d-droga. Is-Segretarju Parlamentari għall- Gvern Lokali Silvio Parnis fl-aħħar jiem għamel rapport lill-Pulizija dwar eksmembru fis-Segretarjat Privat tiegħu, li allegatament fl-aħħar jiem iffroda lill-istess Segretarju Parlamentari. Ir-rapport tas-Segretarju Parlamentari wassal biex din il- persuna titressaq il-Qorti wara li saru l-investigazzjonijiet mill-Pulizija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017