Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958
Aħbarijiet 12 illum | Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Minn Jesmar Baldacchino u Albert Gauci Cunningham Tkompli minn paġna 1 Malta għandha l-ogħla rata ta' inċidenza tal-marda trażmessa sesswalment, is-Syphillis, mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt pajjiżna għandu inċidenza ta' nies infettati b'din il-marda li hija saħansitra d-doppju tal-medja Ewropea. Għalkemm tista' tfieq mis- Syphillis, jekk mhux ikkurata tista' toħloq kumplikazzjonijiet fil-moħħ u l-qalb. L-istatistika li toħroġ minn rapport tal-Kummissjoni Ewropea 'Health at a Glance Europe 2016', ippubblikat din il-ġimgħa, turi illi minn kull 100,000 persuna f 'Malta hawn 11.5 persuni li ġew dijanjostikati bis-Syphillis. Dan huwa aktar mid-doppju tal-medja fil-pajjiżi kollha tal-UE fejn ir-rata hija ta' 5 persuni minn kull 100,000. Imqabblin mal-ġirien Taljani fejn ir-rata hija l-aktar baxxa, Malta għandha rata 11-il darba iktar għolja ta' nies li ġew infettati bis-Syphillis. Is-Syphillis tittieħed u tinxtered pjuttost malajr permezz ta' attività sesswali, li jinkludi sess orali u anali. Xi kultant din il-marda tista' tittieħed permezz ta' bews fit-tul ukoll. Jekk tkun infettata mara tqila, t-tarbija tittieħed u tista' saħansitra tmut. F'kummenti mal-ILLUM id- Direttur tal-GU Clinic Valeska Padovese spjegat kif hemm diversi raġunijiet għall-fatt li n-numru ta' persuni infettati bis-Syphillis huwa l-ogħla f 'Malta u li 'nistgħu nistennew illi r-rata se tibqa' tiżdied.' Padovese tippunta subgħajha lejn nuqqas gravi ta' għarfien imma wkoll lejn il-proliferazzjoni ta' 'Massage parlours' f 'pajjiżna. 'Kulħadd jaf x'jiġri f 'dawn il-ħwienet, mhux xi sigriet,' kompliet issostni. Hija tgħid li l-problema allura hija nuqqas ta' għarfien dwar il-marda nnifisha, il- fatt li l-ħaddiema tas-sess li joperaw f 'dawn il-ħwienet u l-ħaddiema tas-sess inġenerali mhux qed jiġu 'screened' u biex tikkumplika l-affarijiet, il-fatt li ftit nies jagħmlu check ups regolari. Il-fatt li l-prostituzzjoni f 'Malta għadha teżisti taħt mantell ta' illegalità jfisser illi ħafna minn dawn il-ħaddiema tas-sess mhux qed ikunu 'screened' biex ikun aċċertat li ma jkunux qed iġorru mard trażmess mis-sess. Il-ħaddiema tas- sess, min ikollu x'jaqsam magħhom u l-omosesswali fost is-setturi 'high risk' - Padovese Mistoqsija minn din il- gazzetta jekk il-massage parlours humiex waħda mill-kaġuni jew il-kaġun ewlieni ta' din iż-żieda fil-mard, Padovese sostniet li dawn huma parti mill-problema mhux il-problema nnifisha. Hija sostniet ma' din il-gazzetta iżda illi l-persuni eterosesswali li qed imorru l-klinika u jirriżulta li jkollhom is-Syphillis ħafna minnhom ikunu marru f 'massage parlour u kellhom kuntatt sesswali ma' prostituta jew mal-persuna li tathom is- servizz. Padovese tgħid li mingħajr ma trid tidher illi qed tippunta subgħajha, ikollha tgħid il-fatti kif inhuma. "Apparti l-ħaddiema tas-sess hemm setturi oħrajn li huma ta' riskju għoli, fosthom hemm il- komunità omosesswali." Mistoqsija jekk din iż-żieda tal-marda, li f 'nofs is-snin 80 kienet rat tnaqqis qawwi u kważi eradikazzjoni kompleta, tistax ukoll tkun marbuta ma' żieda fin-numru ta' immigranti, hija sostniet li ma jirriżultax li din hija xi problema ta' immigranti deħlin mill-Afrika imma, iktar minn hekk, marda relatata ma' ħaddiema tas-sess minn pajjiżi fil-Punent tal- Ewropa. Din l-istatistika għalkemm hija ta' tħassib, tiġi wkoll wara snin ta' twissijiet li s-sitwazzjoni ta' mard sesswali f 'pajjiżna qed taħrab mill-kontroll. Lura fl- 2008 rapport wera li kienet diġà teżisti xejra 'ta' tħassib' ta' 'sess każwali rampanti'. F'rapport fuq is-Sunday Times tal-1 ta' Ġunju 2008 l-eks Chairman tal-GU Clinic Philip Carabot kien qal li t-tixrid ta' mard trażmess sesswalment kien qed jiġi sottovalutat. Sal-2008 kienu diġà ġew dijanostikati 18-il persuna f 'sena waħda biss, ħafna minnhom nisa tqal. Sal-2011 diġà kienu rreġistrati numri rekord ta' Syphillis bin- numru ta' każi jirdoppjaw mill- 2010, b'total ta' 24 każ sal-2011, b'46 każ. Carabot kien irrapurtat jgħid illi f 'pajjiżna 'għandna rata għolja ħafna ta' sess każwali u rata baxxa ħafna ta' nies li jużaw il-kondoms. Malta bil-ħames l-ogħla rata ta' HIV Intant mill-istess rapport jirriżulta li Malta għandha l-ħames l-ogħla rata ta' HIV fost il-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea, bl-aktar tkun l-Estonja u l-inqas is-Slovakkja. L-HIV jibqa' l-akbar tħassib għas-sistema tas-saħħa fl- Ewropa, b'aktar minn 500,000 persuna infettati u bin-numru qed ikompli jikber. Fl-2014, kien hemm sitt każijiet ġodda ta' HIV f 'kull 100,000 persuna, bi tliet kwarti tal-każijiet ikunu fost l-irġiel. 42% tal-każijiet waslu minn sess fost persuni omosesswali filwaqt li 33% kienu każijiet ta' persuni eterosesswali. Il-każijiet ġodda baqgħu jiżdiedu sena wara l-oħra bl-istess rata sa mill-2008. Is-sistema tas-saħħa f 'Malta; tajba Mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea deher biċ-ċar li s-sistema tas-saħħa f 'Malta hija waħda tajba u dan qed jirriżulta fuq l-ammont tas- snin li persuna tgħix. L-akbar problema ta' saħħa li jirriżulta minn dan ir-rapport hija l-obeżità fejn għal darb'oħra pajjiżna rreġistra rata kbira ta' persuni li huma obeżi, liema rata hija akbar mill-medja tal- Unjoni Ewropea u hija l-ogħla fl-Ewropa. Ir-rapport jindika li s-sistema tas-saħħa ta' pajjiżna se ssib quddiemha problemi ġodda li huma relatati mal-fatt li l-popolazzjoni qed issir aktar anzjana. Dan għaliex Malta kklassifikat bħala fost l-aktar pajjiżi fejn iċ-ċittadini jgħixu fit-tul. F'parti mir-rapport li tista' titqies bħala iktar pożittiva għal pajjiżna hija dik li titratta l-mard sesswali tal-Chlamidya u l-Gonorrhea b'rati baxxi ħafna ta' nies infettati. Fil-fatt, fil-każ tal-Chlamidya f 'Malta r-rata hija ta' 23 persuna kull 100,000 meta r-rata medja fl-UE hija ta' 187 kull 100,000. Fil-każ tal-Gonorrhea f 'Malta r-rata hija ta' 12-il persuna għal kull 100,000, meta r-rata medja fil-pajjiżi tal-UE hija ta' 20 persuna kull 100,000 persuna. www.iden tymalta.com Career Opportunity Administra ve Officers (Accounts) Jobsplus Permit Number: 524/2017 Qualifica ons and Experience required: A minimum Level 5 Standard of Educa on or a job-related Diploma and two (2) years' experience or a minimum of 5 years' experience in a posi on requiring the employee concerned to take decisions, demonstrate leadership and show ini a ve. Competence in dealing professionally with the internal and external Customers of the Agency. A track record of excep onal performance in the posi on currently held. Familiarity with the opera ons of the Agency. Job Descrip ons: Implement departmental policy over a wide range of ac vi es/services rendered by the Unit under the direc on of management. Assist and support in the administra on and management of the department. Deal with correspondence, cases and enquiries rela ng to the func on of the Unit under the direc on of management. Assist in ensuring that policies are adhered to. Ensure that the team for which one is responsible meets deadlines and adopts a structured approach to tasks through Ac on Plans. Ensure that the workload is dealt with appropriately and backlogs are not developed. Any other du es as may be required by the Execu ve Chairman or his delegate. Interested persons are to send a covering le er together with a detailed Curriculum Vitae by not later than 10 th December 2017, addressed to Human Resources Unit, Iden ty Malta Agency, Mediterranean Conference Centre, Old Hospital Street, Valle a, VLT 1645. Applicants may also send by email to recruitment@iden tymalta.com Iden ty Malta is a government Agency established through Legal No ce LN269 of 2013. Is-syphillis f 'Malta; id-doppju tal-medja fl-UE Id-Direttur tal-GU Clinic tgħid li hawn nuqqas gravi ta' għarfi en dwar din il-marda f 'pajjiżna Syphillis: dak li għandek tkun taf dwarha… • Tinxtered permezz ta' kuntatt sesswali, anke orali • Jekk inti tqila u tkun infettata, il-marda tista' tgħaddi għand it- tarbija u tista' saħansitra twassal għall-mewt tat-tarbija • Ma tistax tittieħed minn toilets, banjijiet, ħwejjeġ jew frieket u skieken • Bejn l-2005 u l-2013 kien hemm żieda qawwija ta' infezzjonijiet • Wieħed mill-effetti huwa irritazzjoni fil-ġilda fejn jitilgħu qishom ulċeri fil-partijiet ġenitali wkoll. Dawn ifiequ f 'temp ta' sitt ġimgħat. • Effett ieħor huwa ta' raxx f 'saqajk u anke jdejk kif ukoll fil-ħalq u anke jintefħu l-glandoli • Is-Syphillis tistà tkun dijanjostikata b'mod faċli, sempliċiment minn test tad-demm • Jekk tkun infettat trid tastjeni mis-sess filwaqt li l-partner tiegħek għandu jkun ittestjat • Jekk ma titrattax il-marda tas-Syphillis jista' jkollok problemi permanenti bħal dimensja, tibda titlef id-dawl u anke, f 'xi każi, tmut. L-effetti tas-Syphillis jistgħu jkunu pjuttost drastiċi