Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet Gomes u Ivan Issa kif qed taqraw f 'din il- gazzetta Gomes l-MEP minn Lisbona ta' kontra Malta qalet li mhux veru li l-whistleblower Russa tathom xi karti. Mela dan Ivan Camilleri, is-sinjur ġurnalista li kiteb hekk jew għax vaż jew inkella tant huwa ffissat ma jimpurtax jigdeb ftit. Ma jonqosx ngħidu li Manwel Delia ovjament irrepeta din l-istorja, imma lil Manwel 'we expect no better.' Żutt! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Kollox kif irid Adrian Mela ma hemmx dubju li Adrian Delia ma jridx li jkun hemm diskussjoni fil-PN. Għax id-deċiżjoni li ma jibqgħux koalizzjoni mal-partit ta' Marlene saret wara li l-eżekuttiv ġie mħabbar il-Ħamis wara nofsinhar għall-Ġimgħa filgħaxija. Eħħ, u lbieraħ imbagħad iltaqa' mal-grupp parlamentari biex jiddeċiedi li ma jivvutax favur il-mozzjoni ta' Godfrey Farrugia. U Alla jbierek l-iktar wieħed kontra Godfrey Farrugia; il-qaddis miexi fl-art Carm Mifsud Bonnici, imfakkar l-aktar għaż-żmien li għamel segretarju parlamentari responsabbli għall-ġustizzja… fejn għamel vroma. Ejja nieklu flimkien Isma', ma hemm xejn ħażin li tiekol mal- ħbieb ġo restorant fil-Belt, imma rajt lil Austin Gatt, dak l-ifissat Eddie Aquilina u ma hemmx xi ngħidu David Casa; il-bravu l-ieħor. Isma' kien hemm ieħor magħhom imma mhux ser insemmih; għax niggustah mhux ser insemmih. Insomma ma hemm xejn ħażin li tiekol mal-ħbieb. Ħażin li tidher fuq xi blogg bħalma kienet tagħmel dik il-ġurnalista subgħajha dritt id-Defni. Insomma dan kollu kliem kiefer, importanti ninnutaw li waqt li kienu qed jieklu Casa beda jħares bl-ikrah lejn xi ħadd fir- ristorant. U dar fuq Austin u qallu; "hawn spija". U Austin pront, pront qallu "U jien x'ala ****i!" U Eddie nfaqa' jidħak u b'dik il-vuċi qisu ta' trumbetta maħnuqa qal: "Kemm nimmisjak Austin, kemm nimmisjak!" Viżjoni mhux six pack Mela dan l-aħħar xi ħbieb ta' Roberto Abela qaluli li Robert qed jippożizzjona lilu nnifsu biex isir leader meta u jekk jitlaq Joseph Muscat. Lil Roberto ngħidlu li biex tkun hemm fuq trid tħammeġ idejk u jekk nafek sew għandek ħafna minn missierek, idejk dejjem nodfa. U hemm ħaġa oħra li hemm bżonn huwa xi ħadd li għandu viżjoni mhux six pack! L-istorja wara kien se jkollhom taħt il-pjan propost tal-Ġnus Magħquda. Għal-Lhud dan kien il-bidu tal-istat tagħhom, ħolma li fl-aħħar immaterjalizzat. Għall-Palestinjani dan kien il-bidu 'tan-Nakba', hekk kif mas-700,000 Palestinjan spiċċaw bla dar u bla stat. Fi 18-il sena li segwew, is-sitwazzjoni fil-Palestina, ftit li xejn inbidlet. Iż-żewġ partijiet kontinwament kienu involuti fi gwerer bejniethom. Fl-1967 Iżrael kienu involuti għall-darb'oħra f 'gwerra kontra diversi pajjiżi Għarab. L-Iżrael rebħu din il-gwerra, li notevolment damet biss sitt ijiem. Riżultat ta' hekk, l-Istat ta' Iżrael kiseb aktar art fosthom, ix-Xatt tal-Punent, l-Istrixxa ta' Gaza u l-Għoljiet tal-Golan. Sforz sabiex jitmemm il- konflitt Fi snin li segwew, l-awtoritajiet Iżraeljani, bnew djar f 'teritorji li skont il-pjan tal-Ġnus Magħquda huma tal-Palestinjani. Mossa li teknikament hi illegalli skont il-liġi internazzjonali. Min-naħa tagħhom l-ogħla awtoritajiet Iżraeljani dejjem sostnew li l-Palestina mhux stat allura din mhux illegali. Fl-aħħar tat-80ijiet, il- Palestinjani fl-Istrixxa ta' Gaza u x-Xatt tal-Punent, niedu rivolta ġdida, li tibqa' tissemma bħala, 'The First Intifada'. Din kienet tinvolvi 'boycots' fuq prodotti Iżraeljani u anke taxxi tal-Istat Iżraeljani. Meta l-awtoritajiet Iżraeljani ħadu azzjoni, ġlied vjolenti bejn it-tnejn irrenja. Dan wassal ukoll għat-twaqqif tal-Hamas, organizzazzjoni politika Palestinjana u grupp militanti li wettaq ġlieda kontra l-Iżrael, l-aktar permezz ta' attakki suwiċidji. Finalment din il-mewġa ta' vjolenza wasslet ukoll għal taħdidiet ta' paċi f 'Oslo. It- taħdidiet intemmu mingħajr ftehim. Fl-2000, imbagħad, seħħ summit f 'Camp David bejn il-President Amerikan Bill Clinton, il-Prim Ministru Iżraeljan Ehud Barak u l-President tal-Awtorità Palestinjana Yasser Arafat, is-summit reġa' ntemm mingħajr ftehim. Wara li fallew it-taħdidiet ta' paċi f 'Camp David, is- sitwazzjoni pjuttost marret għall-agħar. Is-sena 2000, rat ukoll it-tieni mewġa ta' vjolenza fil-Palestina, 'The Second Intifada', mewġa li kienet ferm aktar vjolenti minn dik preċidenti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017