Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776
11 Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet RAĠEL ta' 31 sena ngħata s-sentenza ta' tliet snin priġunerija wara li ammetta l-akkuża li kien ittraffika d-droga. Huwa kien akkużat ukoll li kellu, assoċjazzjoni u li ttraffika d-droga. Fl-2004 huwa kien instab li kellu aktar minn 2,000 pillola ecstasy. Dakinhar li kien ġie arrestat f 'Ħal Qormi, miegħu kien ġie arrestat ukoll raġel ieħor li kien jagħtih id-droga. Fil-Qorti ntqal li l-akkużat kien irriabilita ruħu mid-droga u jekk jerġa' jintbagħat il-ħabs jintilef il-progress kollu li hu rnexxielu jagħmel. Intqal ukoll li ma kienx għadu involut bid-drogi. Fis- sentenza, il-Qorti ordnat l-ikkonfiskar tal-assi kollha li kellu r-raġel, ġie mmultat ukoll is-somma ta' €3,000 u li jħallas nofs l-ispejjeż ta' espert li tqabbad. B'digried moghti mill-Prim' Awla tal-Qorti t-23 ta Novembru, 2017 -atti tar-Rikors -ismijiet Stephen Caruana (KI 261262M) vs Kurt Galea Pace (KI 243667M) u Paul Farrugia (KI 179961M). Rikors numru 1022 2017 JZM, giet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta notika l-konfront ta Stephen Caruana (KI 261262M) a tenur tal-Artiklu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta Malta. Permezz ta Rikors ipprezentat l-Prim Awla tal-QortiCivili -atti tal-Mandat ta Sekwestru numru 1045 2017, -ismijiet Stephen Caruan (KI 261262M) vs Jurt Galea Pace (KI 243667M) u Paul Farrugia (KI 179961M) d-9 ta Novembru 2017, l-konvent Paul Farrugia (KI 179961M) talab lil din l-Onorabbli Qorti. (1) Tirrevoka l-mandat ta sekwestru kawtelatorju numru 1045 2017 u tordna u tikkundanna lill-attur sabiex ihallas il-penali msemmija -istess Rikors u dan apparti d-danni kkontemplati -Artikolu 836(9) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta Malta. (2) Alternattivament, tilqa' t-tielet talba kif elenkata r-Rikors fuq imsemmi. Bl-ispejjez kontra s-sekwestrant. Notika: Stephen Caruana (KI 261262M) Casa Caruana, Triq S. Taylor Coleridge, Birguma. Naxxar. Ir-Rikors -ismijiet Stephen Caruana (KI 261262M) vs Kurt Galea Pace (KI 243667M) u Paul Farrugia (KI 179961M) gie appuntat ghas-smigh ghall-5 ta Dicembru, 2017 -10-15a.m. Registru Tal-Qrati Superjuri Illum L-Erbgha, 29 ta Novembru, 2017 AVV.DOTT FRANK-LUKEM ATTARD CAMILLERI LLD. Priġunier għadu qed jistenna risposta mingħand il-President biex jinħeles mid-detenzjoni RAĠEL Għawdxi ta' 36 sena għadu qed jistenna risposta mingħand il-President tar-Repubblika wara li stqarr illi l-awtoritajiet tal-ħabs ma kinux qed jagħtuh il-kura medika li għandu bżonn għall- kura tal-kliewi. F'April li għadda r-raġel ingħata sentenza ta' ħames snin priġunerija flimkien ma' multa ta' €15,000 wara li ammetta li kien ittraffika 1.5kg ta' kannabis. L-Avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Yanika Vidal li qed jidhru għar-raġel spjegaw kif wara s-sentenza f 'April huwa kien mill-ewwel fetaħ appell u ilu minn dakinhar jistenna biex jingħata data ta' meta se jibda jinstema' l-appell. Huwa għalhekk baqa' jinżamm f 'detenzjoni. L-applikazzjoni fil-Qorti li ressqu l-avukati tgħid li l-kundizzjonijiet li fihom kien qed jinżamm 'ma kinux ideali għall-kundizzjoni medika preżenti' u li aktar kemm idum il-ħabs iktar il-proċess se jkun ta' detriment għal saħħtu. L-avukati talbu biex Bartolo jingħata libertà proviżorja biex ikompli jirċievi l-kura u talbu lill- President tar-Repubblika biex 'tidħol għalih'. Minkejja l-appell lill-President ta' Malta 48 siegħa ilu, s'issa għad ma kien hemm ebda risposta mill-Uffiċċju tal- President tar-Repubblika. 3 snin priġunerija wara li ammetta li ttraffika d-droga Jispiċċa l-ħabs wara li ammetta li wettaq fastidju sesswali SOMALU ta' 28 sena li huwa residenti l-Marsa ngħata s-sentenza ta' sitt xhur priġunerija wara li ammetta li wettaq fastidju sesswali fuq tfajla Maltija. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda filgħodu fil-Belt Valletta. Iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li ta fastidju lill-mara, wettaq ħsara fil-mowbajl li kienet qed iġġorr u li kiser il-paċi pubblika. II-Qorti rabtet lill-akkużat li ma jersaqx aktar lejn il-vittma b'garanzija personali ta' €300. Azzjoni kontra 10 membri tal-Korp tal-Pulizija fuq 'użu ħażin' ta' siti soċjali ILFACEBOOK u siti soċjali oħrajn jafu jġibuk fl-inkwiet u fil-fatt hekk ġara lil 10 membri tal-Korp tal-Pulizija fl-aħħar erba' snin u nofs, bl-aħħar wieħed ikun surġent li kiteb messaġġ illi fih qabbel id- demel mal-ġurnalista Caruana Galizia li kienet għadha kif tilfet ħajjitha f 'karozza bomba. Fl-2014 u l-2015 bdew proċeduri fil-konfront ta' sitt pulizija kuntistabbli, filwaqt illi fl-istess snin ittieħdet azzjoni kontra żewġ surġenti. Din is-sena, sa Novembru, ttieħdet azzjoni kontra żewġ membri tal-Korp. Minn dawn l-10, tmienja għadhom għaddejjin bil-proċeduri filwaqt li t-tnejn li nstabu ħatja telqu mill-Korp. Il-kwistjoni tal-użu tas-siti soċjali minn membri tal- Korp ilha kwistjoni li diversi Kummissarji wrew lilhom infushom voċiferi kontriha. Fil-fatt, minn korrispondenza li tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra lbieraħ, jirriżulta li l-Kummissarju Peter Paul Zammit u anke Michael Cassar kienu wrew ruħhom determinati li jieħdu azzjoni. F'email iċċirkolata fi ħdan il-Korp stess f 'Ġunju 2015, Cassar kien wissa illi jekk sa qabel dakinhar ma kinitx qed tittieħed azzjoni fil-konfront ta' min jikser ir-regoli fuq dan is-suġġett, din l-azzjoni kienet se tibda tittieħed. Intant ilbieraħ fil-Parlament ukoll ħarġu ċifri li juru illi l-Korp tal-Pulizija jinsab b'166 Kuntistabbli inqas min-numru massimu biex ikollu 'full complement'. Għandu wkoll bżonn 25 surġent u 20 surġent maġġur, inqas milli hemm bżonn biex ikun operattiv bil- massimu ta' pulizija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia għad- domandi parlamentari tad- Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.