Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Hamrun ....................... 2 Tarxien R ...................... 1 HAMRUN Spartans ikkonvinċew u għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 2-1. Kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu fit- 13-il minuta meta Ricardo Silva Faria kompla leja Matar Dieye iżda huwa ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper Għawdxi tal-Ispartans Steve Sultana, li kien ferm attent u b'hekk evita kull periklu għat-team tiegħu. Hamrun Spartans wieġbu fil-21 minuta u rnexxielhom isibu x-xibka mill-ewwel meta Thiago Espindola de Paula indirizza freekick pinġut lejn Tiago Douza da Silveira li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin, tefa' l-ballun fix- xibka. Hamrun Spartsans komplew jirriżultaw bħala l-aħjar team fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fil-55 minuta irduppjaw l-iskor minuta, meta Dale Camilleri kellu azzjoni personali, għadda tajjeb lejn l-eks plejer ta' Cesena Davide Succi li min-naħa tiegħu serva lil Marco Criaco permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tar-Rainbows, Antonio Chetcuti. Tarxien Rainbows rebħu penalty fit-78 minuta meta minn azzjoni ta' korner ta' Ayrton Azzopardi, il-plejer Taljan tal-Ispartans, Davide Succi, waqqa' lil Ebiabowei Baker fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Ricardo Silva Faria li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun naħa u lill-goalkeeper Steve Sultana n-naħa l-oħra. Hamrun S. Sultana, Souza Da Silveira, Zerafa, Criaco, De Castro, Zaccardo, Succi (Galea 80') Espindola De Paula, Caruana, Camilleri (Sciberras 89') , Micallef (Bokila 65') Tarxien R. Chetcuti, Traore, Baker, McKay, Dieye, Agius (Desira Buttigieg 86'), Grech, Scicluna, Benes (Azzopardi 62'), Silva Faria, Cipriott (Brincat 82') Referi Matthew Degabriele minn Cristian Antony Muscat Mosta ............................. 0 Valletta .......................... 1 KELLU jkun gowl uniku skorjat wara biss erba' minuti minn Denni Rocha dos Santos li ta tliet punti prezzjużi lil Valletta. Il-Beltin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ewwel u wara biss erba' minuti fetħu l-iskor meta Matteo Piciollo qassam lura lejn Denni Rocha dos Santos, li x-xutt tiegħu ġie ddevjat minn difensur ta' Mosta qabel ma spiċċa fix-xibka. Tliet minuti wara Mosta kienu sfurzati jwettqu l-ewwel sostituzzjoni tagħhom meta Zach Brincat weġġa' u postu ttieħed minn Dexter Xuereb. Mal-ħin, il-partita bdiet issir aktar bilanċjata u fit-23 minuta Mosta kienu sfortunati li m'għamlux l-iskor indaqs meta xutt minn barra l-kaxxa ta' David Nworah ħabat mal- mimduda u l-ballun baqa' sejjer barra. Man-nofsiegħa logħob waslet azzjoni oħra min-naħa ta' Mosta meta xutt mill-viċin ta' Godwin Henshaw ġie salvat b'mod brillanti minn Nicky Vella. Erba' minuti wara, kienu Valletta li resqu viċin meta xutt minn pożizzjoni angolata ta' Ibrahim Saleh għadda tul il-lasta u l-ballun baqa' sejjer barra. L-aħħar azzjoni tal- ewwel taqsima waslet ukoll min-naħa Beltija meta xutt minn barra l-kaxxa ta' Claudio Pani għadda ftit barra. Wara l-mistrieħ l-andament tal-partita baqa' l-is¬tess fejn fit-48 minuta xutt mill- bogħod ta' Denni għad¬da barra. Seba' minuti wara f 'attakk ta' Mosta, Tyrone Farrugia qassam lejn Leonardo Ferreira, ix-xutt ta' dan ġie salvat mill-goalkeeper Belti, il-ballun ħabat mal- istess player ta' Mosta u baqa' sej¬jer barra. Fis-66 minuta, Mosta ħol¬qu azzjoni oħra meta xutt fil-baxx ta' Rodrigo Ekani ġie salvat minn Vella. Minuta wara, Valletta resqu viċin meta Santiago Malano għadda lejn Denni Rocha dos Santos u x-xutt ta' dan ġie mdawwar għal korner minn Andreas Vella. Ħames minuti wara l-istess goalkeeper reġa' kien fl-azzjoni meta salva fuq xutt ta' Santiago Malano u dan wara pass ta' Matteo Piciollo. Mosta Vella, Ferreira (Frendo 75'), Brincat (Xuereb 7'), Veronese, Magro, Mansi, Farrugia, Ekani, Nworah (Frendo 72'), Maric, Henshaw Valletta Vella, Camilleri, Piciollo, Nwoko (Malano 62'), Borg, Zerafa, Saleh, Rocha dos Santos ( Umeh 84'), Pani (Pulis 90'), Muscat, Ro¬mao - Referi Eman Grech DALE CAMILLERI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Jiġi ħu l-eks plejer ta' Hibernians, Ben Camilleri. MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Valletta. Qabel ingħaqad ma' Valletta, lagħab ukoll ma' Floriana u Balzan. Ħamrun Spartans jikkonvinċu u jegħlbu lil Tarxien Rainbows Daniel Zerafa f 'konfront għall-ballun ma' plejer ta' Tarxien Rainbows Gowl uniku ta' Denni Rocha Dos Santos jikkastiga lil Mosta Ryan Scicluna jaqbeż lill-plejer ta' Hamrun Spartans Ritratt - Dominic Borg Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017