Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 Sports 34 KIEN imlaqqam bħala Il Principe mill-idoli Rumani minħabba l-kreattività, l-eleganza, it-teknika u l-viżjoni illi kellu fil-logħba tal- futbol. Qatta' ħafna mill-karriera tiegħu jilgħab mat-tim ta' pajjiżu AS Roma. Kien ikkunsidrat bħala l-plejer simbolu ta' Ruma qabel ma laħaq is- suċċessur tiegħu Francesco Totti. Dan il-plejer mhu ħadd ħlief Giuseppe Gianninili twieled fil-belt ta' Ruma fl-20 ta' Awwissu 1964. Giannini beda l-ewwel passi tiegħu ta' plejer tal-futbol meta lagħab mat-tim lokali ta' Almas. Skawt ta' AC Milan induna bih u kien għalhekk illi kellu trial mar-Rossoneri. Kollox kien lest biex hu jiġi reġistrat magħhom tant illi kien diġà ngħata l-flokk bin-numru 10. Iżda bla mistenni f 'dik l-istess ġimgħa rċieva telefonata minn Trigoria sabiex jiġi mogħti prova oħra ma' AS Roma. Giannini ma ħasibhiex darbtejn. Huwa għażel li jilgħab għall-belt fejn twieled, il-belt eterna ta' Ruma. Giannini tgħallem mhux ftit fl-ewwel żminijiet tiegħu ma' La Lupa illi kellhom lil Brażiljan Falcao fl-aqwa tiegħu. Huwa kellu sehem importanti f 'partita ferm importanti mill-kampjonat Taljan jiġifieri Juventus kontra Roma. Dan kollu ġara fit-28 ta' Ottubru 1984. Kienet partita li jibqa' jiftakarha għal għomru hekk kif skorja żewġ gowls wieħed isbaħ mill-ieħor sabiex sħabu dawru telfa f 'rebħa għal skor finali ta' 2-1. Kien hemmhekk illi l-partitarji Rumani indunaw illi stilla oħra twieldet fil-belt glorjuża tagħhom. Għamel id-debutt tiegħu fis-Serie A fil-31 ta' Jannar 1982 fit-telfa illi Roma kellhom kontra Cesena bl-iskor ta' 1-0. Bil-flokk tal-Giallorossi lagħab għal aktar minn 400 logħba u rebaħ darba l-kampjonat kif ukoll tliet darbiet il- Coppa Italia. Fl-1996, wara karriera twila mar- Rumani, ingħaqad mal-Awtrijaċi ta' SturmGraz iżda dam biss nofs staġun hekk kif beda jħoss in-nuqqas ta' pajjiżu. B'hekk Gianninirritorna l-Italja fejn lagħab fin-naħa t'isfel tal-pajjiż l-ewwel ma' Napoli u sena wara ma' Lecce fis- Serie A. Giannini lagħab 47 darba mat- tim nazzjonali Taljan fejn kien parti integrali mis-semifinali tal-Euro 1988 u t-Tazza tad-Dinja tal-1990. Kumbinazzjoni għamel id-debutt tiegħu kontra Malta fl-età ta' 22 sena f 'logħba ta' kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew f 'Diċembru tas-sena 1986. Fl-1998 lejliet il-preparamenti tat-tim nazzjonali Taljan għat-Tazza tad-Dinja li kienet ser issir fi Franza ħabbar illi kien ser idendel iż-żarbun tal-futbol u rtira definittivament mil-logħba. Qabad il-karriera ta' kowċ sentejn wara fejn mexxa diversi timijiet mhux daqshekk ta' isem bħal Foggia, Gallipoli u Sambenedettese. Internazzjonalment mexxa lir-Rumeni ta' Arges Pitesti għalkemm kulma dam kien biss disa' partiti illi bi sfortuna għalih tilifhom kollha. Forsi l-mument ta' glorja tiegħu wasal ftit tas-snin wara meta mexxa lit- tim nazzjonali tal-Lebanon fejn kiseb xi riżultati pożittivi. Dan l-aħħar kien qed imexxi lit-tim tas-Serie C Fondi iżda wara sensiela ta' riżultati negattivi, tneħħa mill-kariga. Leġġenda oħra li lagħab għal madwar 20 sena mal-Giallorossi Francesco Totti jgħid hekk fuqu: "Il Prinċipe kien l-idolu tiegħi, mudell u eżempju meta kont żgħir. Dejjem ħlomt illi nimxi fuq il-passi tiegħu għalkemm konna nilagħbu f 'pożizzjonijiet differenti. Rajtu bħala captain u dejjem kien hemm għal dak li kellu bżonn it-tim. Iltqajt miegħu, lgħabt miegħu u qsamt il-kamra miegħu għal diversi drabi meta lgħabna barra minn darna. M'hemmx xi tgħid! Giuseppe għallimni ħafna affarijiet!" Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Din l-imħabba bdiet bħal kull tifel ieħor illi jħobb dan l-isport. Kont nilgħab ma' sħabi barra fit-triq fejn konna ngħaqqdu xi logħba bejnietna. Dak iż-żmien karozzi ftit jew xejn kieu jgħaddu u konna nilagħbu bi blalen magħmulin mil-lastiku, miċ-ċarruta jew mill-karti. Bdejt nieħdu iktar bis-serjetà meta dħalt nilgħab mat-tim tar-reġjun tiegħi. Meta kbirt kelli ċ-ċans immur mal-Milan iżda fl-aħħar mill-aħħar għażilt lil Roma u ħa ngħidlek ma kienx iddispjaċini b'għażla li għamilt. Nitkellmu dwar it-Tazza tad-Dinja tal- 1990 li kienet saret l-Italja u li int ħadt sehem fiha. X'tiftakar? Niftakar illi kelli x-xorti illi kont parti minn skwadra b'saħħitha magħquda u importanti magħżula mill-kowċ ta' dak iż-żmien AzeglioVicini. Kien tim mimli stilel b'ismijiet bħal Roberto Baggio, Roberto Donadoni, GianlucaVialli, Walter Zenga, Paolo Maldini, Franco Baresi, Andrea Carnevale, Roberto Mancini u ma nistax ninsa lill-iskorer prolifiku tagħna Salvatore Schillaci li kien wassalna ħafna 'l bogħod f 'din il- kompetizzjoni tant prestiġġjuża. Ħafna minn dawn l-ismijiet li semmejt għamlu karriera fil-futbol u llum il- ġurnata qed jaqbdu x-xogħol ta' kowċis, kariga li qed jagħmluha tajjeb ħafna. Nafu fejn waslu personalitajiet bħal Zenga, Mancini u Donadoni. Kien grupp li kellu valuri ferm sodi u li konna ilna flimkien mit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Bqajna telgħin flimkien sat- tim tal-kbar u konna għadna u nibqgħu ħbieb kbar. Naf li lgħabt kontra Malta. X'tiftakar minn dik il-partita? "Li ġara hu illi bħala pajjiż ma rajniex tibdil għall-aħjar, bqajna fl-istess livell. Dawn iż-żgħażagħ illi libsu l-flokk tal-Italja ma kinux qed jagħtu l-mija fil-mija. Ma kinux qed joħorġu l-għaraq ta' ġbinhom għal pajjiżhom. Kien hemm ħafna temi illi ma ġewx indirizzati u dan wassal sabiex ma rnexxilniex nikkwalifikaw għat- Tazza tad-Dinja." Il-Leġġenda ta' AS Roma u Cristian Antony Muscat Giuseppe Giannini - meks plejer leġġendarju ta' AS Roma u tat-Tim Nazzjonali Taljan li kien imlaqqam bħala 'Il Principe' mill-idoli Rumani minħabba l-kreattività, l-eleganza, it-teknika u l-viżjoni illi kellu l-logħba tal-futbol. "Fil-kampjonat il- Giallorossi jistgħu jisfidaw għall-unuri ma' klabbs bħal Juventus, Inter u Napoli. Sadanittant ejja ngawdu lil Roma illi qed jilagħbu futbol veru sabiħ matul dan l-istaġun."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017