Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 GĦAWDEX kien it-tema ta' konferenza u esebizzjoni fotografika li ttellgħu fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Matul il- konferenza, fost l-oħrajn, ħadu sehem Michael Galea mill-Gozo Business Chamber u Paul Scicluna mill-GTA. Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll minn Martin Bugelli, li huwa impjegat tal-Kummissjoni Ewropea fuq fondi Ewropej f 'reġjuni fl-Italja u mill-MEP Francis Zammit Dimech. Fost it-temi tad-diskussjoni kien hemm l-insularità doppja li qed jaffaċċja Għawdex u l-fatt li l-popolazzjoni żagħżugħa qed tonqos kull sena. L-insularità tqieset bħala l-problema ewlenija għat-tkabbir ekonomiku ta' Għawdex u saret referenza għal proposta għall-baġit li kienet tressqet lill-Gvern biex servizzi relatati mat-turiżmu f 'Għawdex ikollhom rata anqas ta' VAT. Id-diskussjoni iżda ffokat l-aktar fuq l-allokazzjoni tal- fondi Ewropej lejn Għawdex u l-konċessjoni li saret biex Malta ġiet rikonoxxuta bħala NUTS2 u għalhekk tikkwalifika għall-fondi. Dan meta l-popolazzjoni Maltija mhix kbira biżżejjed biex naqgħu f 'din il-kategorija. Għawdex ingħata konċessjoni wkoll meta ġie kkwalifikat bħala NUTS3. Fir-rigward tal-allokazzjoni tal-fondi Ewropej iżda Malta u Għawdex huma meqjusa bħala pajjiż wieħed f 'għajnejn il-Kummissjoni Ewropea. Sar enfasi fuq id- deċiżjoni tal-Gvern Malti li jiġu allokati 10% tal-fondi Ewropea li tirċievi Malta u kif dan jissarraf f 'ammont akbar li l-gżira oħt qed tieħu li kieku kellha tingħata l-fondi skont il-kriterji stabbiliti tal- kwalifikazzjoni tan-NUTS. Dan il-ftehim ġie rikonoxxut ukoll mill-istituzzjonijiet Ewropej. Michael Galea qal li l-Għawdxin taħt it-30 sena qed jonqsu kull sena minħabba li jsibu xogħol f 'Malta jew pajjiż ieħor u għalhekk jiddeċiedu li jirrilokaw. Mill-banda l-oħra qed jiżdiedu l-persuni li għandhom 'il fuq minn 50 sena u l-anzjani. Enfasizza fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-vapuri tal-Gozo Channel hekk kif kull sena minn Malta lejn Għawdex jaqsmu madwar 5 miljun persuna. Fil-proġett l-aktar mistenni iżda jibqa' dak tal-mina bejn iż-żewġ gżejjer. Paul Scicluna sostna li s-settur turistiku f 'Għawdex jiġġenera aktar minn 50% tal-GDP tal-gżira. Qal iżda li l-istatistika tal-NSO ssir fuq id-data li tinġabar mill- istabbilimenti kollettivi bħal-lukandi u għalhekk ma turix l-istampa reali tas-settur turistiku Għawdxi minħabba li din ma tinkludix il-'farmhouses' u l-vilel li jinkrew, li jammonta għal numru kbir ħafna. Intqal li l-insularità doppja tilgħab rwol ukoll fl-okkupanza tal-lukandi fix-xhur tax-xitwa għaliex filwaqt li f 'Malta din tkun tlaħħaq is-66%, f 'Għawdex din tammonta għal 41% biss. Hawnhekk saret referenza għall-proposta li l-VAT għal matul ix-xhur tax-xitwa tinżel għal 3% u dik tat-trasport tinżel għal 13%. Dan għandu jsaħħaħ l-investiment minflok sidien ta' lukandi jiddeċiedu li jagħlqu matul dawn ix-xhur u b'detriment għax-xogħol u l-impjegati. Proposta oħra diskussa kienet dik li jkun hemm mod ta' trasport dirett mill- Ajruport Internazzjonali ta' Malta lejn Għawdex, li jkollha rata sussidjata biex ma jkunx hemm diskrepanzi bejn rati mħallsin għat-trasport, biex turist imur mill-ajruport lejn lokalitajiet turistiċi f 'Malta bħal Tas-Sliema u San Ġiljan. Matul id-diskussjoni saret enfasi fuq ir-regolamenti nazzjonali u kif għal Għawdex ma jistax ikun hemm attitudni ta' 'one size fits all' għaliex b'hekk ma jkunx hemm ħarsien tal-interessi partikolari tal-Għawdxin. Ġie ssuġġeriet li jerġa' jinħatar il-Kunsill Ċivili għal Għawdex u li dan ikollu l-poteri li jiġbor it-taxxi u li jalloka l-fondi għall-proġetti li jkunu jkunu se jsiru f 'din il-gżira. Postijiet u tradizzjonijiet Għawdxin ġew aktar tard esposti f 'ritratt li ġew esebiti għal ġimgħa sħiħa fil-bini tal-Parlament Ewropew bit-tema Gozo Calypso's Island Exhibition. Matul din l-esebizzjoni fotografika qed jiġu esposti ritratti meħuda minn fotografi Għawdxin, li jinkludu mhux biss postijiet u lokalitajiet turistiċi u l-baħar imma wkoll xeni tal-festi, salini u ritratt tal-aktar karozza antika li qatt ġiet irreġistrata f 'Għawdex. Ġew esposti wkoll prodotti tipiċi u jsiru f 'Għawdex minn Savina Creations, Ta' Mena Agri Limited u Tal- Massar Winery, apparti li twaqqaf materjal ta' promozzjoni turistiku mill- Gozo Tourism Authority. Din is-serata żżewqet ukoll b'kant tradizzjonali mill- Astra Folk Duo. Għal din l-attività attendew ammont konsiderevoli ta' MEPs u ħaddiema li jaħdmu fil-bini tal-Parlament Ewropew. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Għawdex f 'konferenza u esebizzjoni fotografika fi Brussell • Diskussi l-karatteristiċi ta' Għawdex li huma diff erenti minn ta' Malta • L-insularità u l-età tal-popolazzjoni fost l-isfi di ewlenin Rtratti: Alex Buttigieg

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017