Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776
5 Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet fuq minuri qed iwassal għal li jwettqu suwiċidju rrappurtati jew li joħorġu fil-beraħ. Ir-rapporti jkunu limitati għax it-tfal li jridu jagħmluhom ikunu ta' età żgħira, u jkunu għaddew minn trawma jew ikunu għadhom dipendenti mill-persuni li jkunu abbużawhom. Dan kollu jżommhom milli jirrappurtaw l-abbuż li jkunu għaddew minnu. F'dan ir-rigward il-linji telefoniċi għat-tfal u l-aġenziji li joffru l-għajnuna lill-minuri biex ikunu jistgħu jirrappurtaw abbuż li jkunu għaddew minnu għandhom irwol importanti. Ir-rapport jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti servizzi simili fil-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea biex jiġu rrappurtati tfal li jkunu ntilfu għax l-Awtoritajiet għandhom irwol ewlieni fl-identifikazzjoni ta' minuri li jkunu vittmi. Għalhekk ukoll jiġi mħeġġeġ l-użu tal- Europol u l-EuroJust. L-akbar uġigħ ta' ras fl- Ewropa fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali online fuq minuri hija dik li bil- qerq it-tfal jispiċċaw vittmi ta' pedofeli li jkunu jridu jużawhom f 'atti sesswali, bil- materjal u r-ritratti li jittieħdu jispiċċaw fuq l-internet. Dan jispiċċa jwassal għal każijiet twal fil-Qrati biex jitneħħew l-istampi, liema każijiet mhux dejjem jintemmu b'suċċess minħabba l-burokrazija u liġijiet f 'pajjiżi terzi li ma jiffaċilitawx li dan isir. Dan ir-rapport janalizza wkoll is-sitwazzjoni li tikkonċerna t-tfal ta' refuġjati li jidħlu fl-Ewropa, b'mod speċjali dawk li ma jkunux akkumpanjati minn adulti u jappella lill-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea biex jieħdu miżuri effettivi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tagħhom. Ir-rapport jgħid li fl-Ewropa qed jiżdiedu wkoll il-każijiet ta' 'revenge porn' fejn persuna tuża ritratti jew filmati espliċiti fil-konfront ta' persuni oħra bi tpattija u dawn ikunu wkoll jinklu-du ritratti li juru pedofelija. Ħafna minn dawn il-każijiet jispiċċaw iwasslu biex sfortunatament il-vittma twettaq suwiċidju għaliex ir-ritratti jibqgħu jduru fuq l-internet u għalhekk l-abbuż psikoloġiku ma jintemm kważi qatt. It-tħassib huwa li n-networks kriminali involuti fil-pedofelija qed ikunu aktar sofistikati maż-żmien u l-liġijiet li jidħlu fis-seħħ fl-Ewropa mhux dejjem qed ikunu 'future proof '. L-abbuż sesswali online fuq minuri huwa reat li jsir minn pajjiżi Ewropej flimkien ma' oħra li mhux parti mill- Ewropa jew l-Unjoni Ewropea u għalhekk din il-ġlieda teħtieġ il-koperazzjoni tal- pajjiżi kollha biex tintrebaħ. Minn dan ir-rapport jirriżulta li mhix qed tiġi pprovduta statistika fuq l-użu ta' proċeduri fil-liġijiet kriminali biex jiġi kkonfiskat tagħmir li jkun intuża biex ixxerred il-pornografija tat-tfal. Ir- rapport jirrakkomanda li l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għandhom imorru lil hinn milli sempliċement idaħħlu fis-seħħ id-direttivi Ewropej fil-liġijiet nazzjonali. Jiġu mħeġġa inizjattivi nazzjonali għal aktar għarfien biex minuri jagħrfu meta se jkunu se jispiċċaw involuti direttament f 'pornografija online b'qerq. Ħafna mis- suġġerimenti fir- rapport Ewropew jinsabu fil-Politika Nazzjonali li għadha kemm tħabbret Interessanti kif bosta mis- suġġerimenti li tressqu f 'dan ir-rapport tal-MEp Corazza Bildt diġà sabu posthom fil- Politika Nazzjonali għat-Tfal li tnediet f 'Malta fix-xhur li għaddew. Kien il-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon li dan l-aħħar nieda uffiċjalment l-Politika Nazzjonali għat-Tfal, li tenfasizza fuq l-importanza li jkun hawn aktar sforzi u investimenti biex tissaħħaħ din il-ġlieda kontra kull forma ta' abbuż fuq it-tfal, li tinkludi fost l-oħrajn it-traffikar tal-persuni, 'child labour' u l-abbużi l-oħra inkluż dak sesswali. Il-politika nazzjonali għat- tfal li se tkun qed tifrex fuq ħames oqsma relatati li huma l-ambjent fid-dar, il-faqar u l-mobilità soċjali, is-saħħa u l-ambjent, l-edukazzjoni u l-kulturà. Il-politika nazzjonali tinkludi 110 għanijiet li l-mira ewlenija hija li l-ideat tat-tfal jiġu aktar ikkunsidrati u tenfasizza fuq l-importanza li l-vuċi tinstema' aktar. 'Rapport tal-IWF jikkonkludi li f '89% tal-każijiet ta' stampi pornografiċi onlajn tat-tfal, il-vittmi huma bniet'