Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Naxxar L......................... 0 Balzan ........................... 0 NAXXAR Lions u Balzan temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Kien Balzan li ħolqu l-ewwel periklu wara 11- il minuta meta xutt tal- captain Paul Fenech għadda għoli minn fuq il-lasti tal-goalkeeper Awstrijakk ta' Naxxar Lions, Cristoph Nicht. Huma komplew jattakkaw u tliet minuti biss wara, l-iskorer prolifiku Montenegrin Bojan Kaljevic għadda pass perfett lejn Alfred Effiong li avvanza tajjeb qabel ra x-xutt tiegħu jintemm barra. It-team immexxi mill-coach Marco Micovic kompla jattakka u fl-40 minuta Milos Lepovic għadda tajjeb lejn Bojan Kaljevic, bix- xutt bid-dawra ta' dan jiġi salvat tajjeb mill-goalkeeper Awstrijakk, Christoph Nicht. Naxxar Lions wieġbu għall-ewwel darba fit-43 minuta meta Jurgen Debono xeħet kross preċiż lejn Scott James Fenwick li permezz ta' daqqa ta' ras għadda tajjeb lejn is-sostitut Daren Falzon li b'daqqa ta' ras oħra tefa' l-ballun ftit barra. Kien biss fis-66 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fit-tieni taqsima minn Balzan meta Ryan Fenech indirizza freekick lejn Alfred Effiong li iżda ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun bir-ras, bil-ballun jintemm barra. Balzan reġgħu ħolqu l-periklu fit- 78 minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta' Paul Fenech għadda barra. Balzan ħolqu l-aħħar periklu fid-89 minuta meta Paul Fenech serva lill-captain Alfred Effiong li iżda kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi salvat tajjeb minn Christoph Nicht. Naxxar L. Nicht, Fenwick, Grech (Falzon 19'), Micallef, Bonnici, Debono (Bustos 72'), Buhagiar, Ndoye, Cascaval, Mendy, De Jessus Messias (Ellul 31') Balzan Mintoff, Borg, Effiong, Serrano Valero, Ljubomirac, Lepovic, Kaljevic, Fenech, Da Paixao Alves, Giglio de Oliveira, Grioli (Fenech 62') Referi Philip Farrugia minn Cristian Antony Muscat Senglea A ..................... 3 Sliema W ...................... 0 SENGLEA Athletic kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-Kampjonat, meta xxukkjaw lil Sliema Wanderers hekk kif għelbuhom bl-iskor ta' 3-0. Is-Sengleani marru fil- vantaġġ wara disa' minuti meta kien Virano li għadda tajjeb lejn Terence Vella, dan avvanza fil-kaxxa l-kbira u minn pożizzjoni angulata xxuttja fir-rokna tax-xibka tant li ħasad lill-goalkeeper Zammit li deher mgħotti mill-attakkant Palmieri tal- istess Athletic. Fit-28 minuta reazzjoni minn Sliema meta Spiteri minn tarf il-kaxxa prova xutt fil-baxx li iżda kien ċentrali u Farrugia laqa' bla wisq diffikultà. Fit-48 minuta, is-Sengleani reġgħu sabu x-xibka meta Terence Vella għadda ballun preċiż lejn Peter Sammut, dan ikkontrolla u mix-xellug fajjar xutt fir-rokna tax-xibka biex għeleb lil Zammit u għamilhom 2-0. Kien imiss reazzjoni minn Sliema Wanderers fis-56 minuta meta Farrugia ħareġ itajjar minn fuq ras Milinceanu, biss il-plejer Slimiż laqat il-ballun u waqt li dan kien dieħel fix-xibka Bondin irnexxielu jtajjar il- ballun u jbiegħed il-periklu. Fid-59 minuta, freekick ta' Mathias Muchardi ma nkwetax lil Farrugia li salva bla problemi ta' xejn. Fl-74 minuta, Senglea Athletic rebħu penalty meta minn żball fid-difiża Slimiża, Stefano Biancardi waqqa' lil Sammut u mill-11-il metru Terence Vella tefa' l-ballun fix-xibka. Senglea A. Farrugia, Vella (Bonnici 84'), Bondin, Uyi, Leyton, Garcia, Paz, Virano (Del Negro 85'), Vella, Palmieri, Sammut (Dalli 87'). Sliema W. Zammit, Spiteri (Calixto Correa Duarte 46'), Adamovic, Bianciardi, De Assis, Scerri, Mintoff, Muchardi, Agius, Pearson, Milinceanu Referi Trustin Farrugia Cann MILOS LEPOVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Balzan matul is-sajf li għadda. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. TERENCE VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f'din il-partita. Fil-passat lagħab ukoll mat-team nazzjonali Malti. Draw ta' mingħajr gowls bejn Naxxar Lions u Balzan Bojan Kaljevic segwit minn plejer ta' Naxaxr Lions Senglea Athletic jixxukkjaw lil Sliema Wanderers Ritratt - Dominic Borg Ritratt - Dominic Borg Edmond Agius jipprova jisraq il-ballun mingħand plejer ta' Senglea Athletic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017