Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 ĠIMAGĦTEJN ilu, bħal sajjetta fil-bnazzi, il-President Amerikan Donald Trump, ħabbar li l-Istati Uniti se tibda tirrikonoxxi lill-Ġerusalemm bħala l-belt kapitali ta' Iżrael, mossa li kienet ilha tiġi mwiegħda mit-tliet Presidenti Amerikani preċedenti. Naturalment, id-deċiżjoni konkluża ta' Trump wasslet għal protesti kbar fil-Palestina, bil-Ministeru tas-Saħħa tal- Awtorità Palestinjana jgħid li aktar minn 300 persuna weġġgħu f 'protesti madwar il-Palestina. Fid-dawl ta' dan kollu, l-ILLUM indagat fuq din il- kwistjoni billi b'mod speċjali tat ħarsa lejn l-istorja u l-oriġini tat-tensjonijiet u l-kampanji militari, li fil-passat iddominaw dan il-konflitt. Il-Palestina fil-bidu tas-seklu 20 Fil-bidu tas-seklu 20, il- Palestina kienet tagħmel parti mill-Imperu Ottoman, kienet art li tiġbor fi ħdanha, razez differenti ta' nies bi twemmin differenti. Kitbiet Ottomani juru li l-popolazzjoni tal-Palestina sal-1900, kienet tinqasam bejn: 87% Musulmani, 10% Kristjani u 3% Lhud. L-Għarbi kien il- lingwa l-aktar użata. Il-Palestina kien post fejn nies b'reliġjonijiet differenti jgħixu flimkien. Il- Palestinjani kienu jiċċelebraw flimkien kemm il-festa tal-Eid Mubarak kif ukoll l-Għid tal- Lhud li huma żewġ festi kbar li jiċċelebraw il-Musulmani u Lhud rispettivament. Theoder Hertz u l-moviment Żionist Theodor Hertz kien ġurnalist Awstrijak magħruf għar-rwol kritiku tiegħu fit-twaqqif tal- moviment Żionist. Il-fuljett tiegħu 'Der Judenstaat' (l-Istat Lhudi), ippubblikat fl-1896, għen biex iniedi ż-Żioniżmu bħala moviment politiku modern. Dan saħaq fuq il-bżonn li jiġi stabbilit stat għal- Lhud. Id-dikjarazzjoni ta' Balfour u r-rwol tal-Imperu Ingliż f 'din il-kwistjoni. Id-Dikjarazzjoni ta' Balfour kienet wegħda pubblika mill-Imperu Ingliż fl-1917. Din iddikjarat li l-Gran Brittanja kienet se tiffaċilita l-immigrazzjonii ta' Lhud għall- Palestina, mossa li, kkuntentat il-moviment Żionist. Din kienet adottata waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914- 1918), meta l-Imperu Brittaniku kien involut bħala wieħed mill- forzi alleati f 'Gwerra Dinjija kontra l-Ġermanja, l-Awstrija- Ungerija, l-Imperu Ottoman u l-Bulgarija. Fl-istess waqt, l-awtoritajiet Ingliżi, kienu ftehmu mal-pajjiż alleat magħhom, Franza, li f 'każ ta' rebħa huma kienu se jaqsmu lill-Palestina bejniethom. Sopra Corna Bastonate fl- 1915, awtoritajiet Ingiliżi oħrajn kienu wiegħdu l-istess medda ta' art lill-poplu ta' Mekka, jekk dawn jirribellaw kontra l-Imperu Ottoman fil-Palestina. Għalhekk, l-Ingliżi wiegħdu l-Palestina lill-poplu ta' Mekka, lilhom infushom, lill-Franċiżi u liż-Żionisti. Ifred u saltan, il-bidu tal- inkwiet Hekk kif intemmet l-Ewwel Gwerra Dinjija bil-poteri alleati rebbieħa, l-Ingliżi stabbilixxew kolonja fil-Palestina, bl-idea li huma jmexxu sakemm il-Palestinjani kienu lesti li jiggvernaw huma. Apparti minn dan, l-Ingliżi stabbilixxew istituzzjonijiet separati skont ir-reliġjon. Fl-istess waqt, l-Ingliżi onoraw 'l-Balfour Decleration', u għalhekk bdew jiffaċilitaw l-immigrazzjoni ta' Lhud mill-pajjiżi Ewropej. Sal-1930, il-popolazzjoni tal-Lhud fil- Palestina żdiedet b'320,000 ruħ. Sal-1938, 30% tal-popolazzjoni tal-Palestina kienet ta' dixxendenza Lhudija. L-art u x-xogħol iħarrxu t-tensjoni fil-Palestina Bejn l-1920 u l-1930, il- popolazzjoni tal-Lhud ġol- Palestina kibret, dan għaliex, ħafna Lhud li bdew jemigraw lejn il-Palestina, bdew jixtru l-art u mbagħad ikeċċu lil dawk il-familji Għarab li kienu jaħdmu u jgħixu hemmhekk. Il-kontroll fuq l-art u x-xogħol żied it-tensjoni bejn il-popli. Dan kollu wassal sabiex, fl- 1936, il-Palestinjani, irribellaw kontra l-Ingliżi. L-Ingliżi bl-għajnuna ta' milizzji Lhud, faċilment rażżnu r-rivolta. Dan l-episodju wasal sabiex l-awtoritajiet Ingliżi, ħargu 'white paper' li bdiet tillimita l-emigrazzjoni tal-Lhud lejn il-Palestina filwaqt li appellaw għall-formazzjoni ta' stat konġunt bejn iż-żewġ popli f 'għaxar snin. Din id-deċiżjoni ma tantx niżlet tajjeb kemm mal-Lhud kif ukoll mal-Palestinjani, dan għaliex il-Lhud min-naħa tagħhom kienu rrabjati għax l-immigrazzjoni kienet ġiet illimitata fi żmien fejn il-Lhud madwar l-Ewropa kienu taħt persekuzzjoni. L-Għarab kienu rrabjati għaliex kellhom jistennew mal-10 snin sabiex jiġi fformat l-istat tagħhom. Magħmudija tan-nar għall- Ġnus Magħquda Wara li spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija, it-tensjonijiet fil-Palestina baqgħu dejjem jiħraxu. L-awtoritajiet Ingliżi ntebħu li din kienet kwistjoni li mhux ta' jdejhom. Għalhekk huma għaddew din il-problema lill-organizazzjoni li kienet għadha kif ġiet imwaqqfa, il- Ġnus Magħquda. Fl-1947, il-pajjiżi tal-Ġnus Magħquda, ivvutaw sabiex il-Palestina tinqasam f 'żoni separati għal-Lhud u għall- Għarab. Fl-1948, propju b'reazzjoni għal dan il-pjan, faqqgħet l-Ewwel Gwerra bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, li dawn tal-aħħar kienu appoġġjati minn diversi stati Għarab. Finalment, l-Iżraeljani rebħu u meta fl- 1949 l-armistizju ġie ffirmat l-Iżraeljani spiċċaw b'tliet darbiet aktar art milli kieku Konflitti bla tmiem… L-istorja l-kwistjoni tal-Palestina Ħafna għandhom l-idea li din il- polemika hi riżultat tad-diff erenzi bejn ir-reliġjonijiet predominanti tal-Palestina, il- Ġudaiżmu u l-Iżlam. Apparti minn hekk ħafna jaħsbu li din hi kwistjoni li ilha għaddejja eluf ta' snin. Però l-kwistjoni tmur oltre minn hekk lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017