Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017| illum Aħbarijiet Kull kumpanija u 'trust' fl-UE se jkollha tiddikjara s-sidien u benefiċjarji tagħha • L-informazzjoni kollha għandha tkun f 'idejn l-FIAU, fil-każ ta' Malta • L-UE se tagħti 18-il xahar ċans biex dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ minn Jesmar Baldacchino / Albert Gauci Cunningham Tkompli minn paġna 1Fil-ġranet li għaddew ġew approvati t-termini tar-reviżjoni tad-direttiva Ewropea dwar il-ħasil tal-flus, li fost l-oħrajn kienet tinkludi proposti fuq limitu minimu li jkun inqas fl-użu ta' 'debit cards pre-paid' biex ikun hemm aktar sigurtà u restrizzjoni fil-possibbilità ta' ħasil ta' flus. Id-Direttiva riveduta issa se tkun qed tinkludi pjattaformi ta' flus virtwali, se tinkludi d-definizzjonijiet ta' flus elettroniċi u jonqos it-'threshold' għal 10% fejn ikun hemm ir-riskju li l-fondi jintużaw għall-ħasil tal-flus jew l-evażjoni tat-taxxa. Kienet il-Kummissjoni Ewropea li pproponiet żewġ emendi għad-Direttiva Ewropea għall-ħasil tal-flus, bil-pajjiżi membri li għalissa jinkludi wkoll ir-Renju Unit, għandhom żmien 18-il xahar biex jagħmlu transpożizzjoni fil-liġijiet lokali. Kienu l-Panama Papers li wasslu biex l-Unjoni Ewropea tasal li ddaħħal fis-seħħ din id-direttiva, se tobbliga wkoll li kull kumpanija u 'trust' fl-Unjoni Ewropea se jkollha tiddikjara s-sidien u l-benefiċjarji tagħha. It-termini reveduti tar-raba' Direttiva Ewropea kontra l-ħasil tal-flus se tinkludi, fost ir-rekwiżiti, il-bżonn li kumpaniji jikxfu s-sidien benefiċjarji u veri tagħhom f 'reġistru pubbliku. L-istess direttiva qed tinsisti li l-informazzjoni dwar is- sidien benefiċjarji ta' trusts tkun f 'idejn l-awtoritajiet tal-infurzar u tat-taxxa tal-pajjiż, kif ukoll ta' setturi li għandhom l-obbligu li jsegwu regoli relatati mal- ħasil tal-flus. Fil-każ ta' Malta dan ikun ifisser li l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) ikollha l-aċċess ta' kull sid u benefiċjarju ta' kumpanija u jew trust. L-Unjoni Ewropea se tkun qed titlob lil kull pajjiż membru biex jivverifika l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji fir-reġistru kif ukoll li jestendi r-regoli kontra l-ħasil tal-flus u terroriżmu. L-Unjoni Ewropea se tagħti lil kull stat membru 18-il xahar biex jintroduċi din id-direttiva fil-leġiżlazzjoni domestika. Din il-leġiżlazzjoni hija mnebbħa mill-kxif tal- Panama Papers li żvelaw kif bosta persuni f 'diversi oqsma, inkluż politika, negozju u anke sport, kellhom kumpaniji jew kontijiet fil-ġurisdizzjoni tal- Panama. Intant Malta ngħatat żmien sa xahrejn oħra biex din id-Direttiva riveduta tidħol fis- seħħ, hekk kif il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Awtoritajiet Maltin u oħrajn f 'seba' pajjiżi oħra biex din id-direttiva tidħol fis-seħħ fil-liġijiet nazzjonali minnufih. Dan wara li l-pajjiżi li għadhom m'għamlux dan kienu ngħataw l-opportunità li jissottomettu l-pożizzjoni tagħhom bi tweġiba għal ittra formali li l-Kummissjoni kienet bagħtet f 'Ġunju li għadda. Fix-xhur li għaddew, il-Ministru għall- Finanzi Edward Scicluna kien stqarr li matul is-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed idaħħal din id-direttiva fis- seħħ. Fil-Parlament Ewropew, matul id-diskussjonijiet dwar is-saltna tad-dritt u r-rapport tal-PANA saret referenza partikolari mill-MEPs għall- pajjiżi li baqgħu ma daħlux din id-direttiva fis-seħħ. Apparti Malta hemm ukoll il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il- Polonja u r-Rumanija. Il-limitazzjoni fl-ammont minimu ta' fondi li jistgħu jintużaw mid-'debit cards pre-paid' se ssir bi prekawzjoni għall-ħasil tal-flus Imniedi l-'masterplan' approvat ta' Marsalforn ĠIE ffinalizzat il- 'masterplan' għal Marsalforn li se jkopri żona ta' 12,850 metru kwadru u jinkludi fost toroq fil-qalba tal-port. L-għan tal-'masterplan' hu li tinħoloq sinerġija biex l-operaturi f 'din iż-żona jkollhom linji gwida ċari ta' kif u fejn għandhom japplikaw mal-Awtoritajiet biex iżidu l-faċilitajiet turistiċi tagħhom. Il-'masterplan' kien approvat wara li dan kien approvat mill-Awtorità tal- Ippjanar, ġiet sottomessa l-applikazzjoni relattiva mill- Ministeru għal Għawdex u sar il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika mal-istakeholders kollha. Iċ-Chairman tal- Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu Joe Muscat qal li dan il-'masterplan' huwa importanti għas-settur turistiku u biex Għawdex kollu jiġi kkunsidrat bħala destinazzjoni ta' kwalità. Min-naħa tagħha, il- Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li issa hemm is-serħan tal-moħħ li kull min ikun irid japplika biex ikollu permess jista' jagħmel dan fil-kuntest tal- 'masterplan'. Qalet li dan huwa eżerċizzju li se jwitti t-triq għal proġetti oħrajn fosthom li jsir studju dettaljat dwar u kif eventwalment għandu jinbena l-'breakwater'. Spjegat li serva wkoll għall- 'masterplans' oħra meħtieġa fosthom dak tax-Xlendi, tar-Ramla l-Ħamra u ta' Mġarr ix-Xini. Justyne Caruana enfasizzat li l-Ministeru jinsab konxju li dawn jirrikjedu investimenti kapitali sostanzjali iżda tinsab impenjata li ttejjeb u tgħolli l-prodotti Għawdxin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017