Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 Id-delegazzjoni ta' Gomes tkellmet mal-awtoritajiet ta' fejn tinsab Efimova ....urewhom li jinsabu inkwetati bis-sigurtà tar-Russa Minn Albert Gauci Cunningham u Jesmar Baldacchino Tkompli minn paġna 1 Ana Gomes, Kap tad-Delegazzjoni ta' MEPs li ġiet Malta fl-aħħar ta' Novembru, qalet li kuntrarjament għal rapporti f 'sezzjonijiet tal-midja u anke fi bloggs lokali Maria Efimova fil-fatt ma għaddietx dokumenti lilha jew lid-delegazzjoni dwar il-famuża kumpanija fil-Panama, 'Egrant'. Efimova hija l-'whistleblower' li allegat illi fil-kċina tal-Bank Pilatus, fis-safe, kien hemm dokumenti li juru kif il-kumpanija 'Egrant' kienet ta' Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru. Kien is-sit illum.com.mt li nhar it-Tnejn żvela kif id-delegazzjoni li ġiet Malta fl-aħħar ta' Novembru li għadda u li stħarrġet is-saltna tad- dritt f 'pajjiżna kienu se jitkellmu ma' Efimova f ''video conference', dakinhar stess. Mal-ILLUM Gomes ikkonfermat li ma' Efomiva ddiskutew l-mudell ta' kif jaħdem il-Bank Pilatus u l-kontijiet inkluż 'Egrant'. Għalkemm ma ġietx mistoqsija dwar rapporti lokali, l-MEP Portugiża Gomes sostniet illi kuntrarjament "għal dak li rajt irrapportat f 'Malta, Efimova m'għadditilniex dokumenti. Hemm dokumenti li hija qasmet ma' nies oħrajn imma lilna ma tatniex dokumenti." F'kuntatt telefoniku ma' din il-gazzetta Gomes tkompli tgħid li waqt il-konferenza Efimova għamlitha ċara li hemm affarijiet li ma tistax tikxef jew titkellem dwarhom, anke affarijiet li hemm f 'dawn id-dokumenti, minħabba li dawn, qalet Efimova lid-delegazzjoni, għaddiethom lill-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi l-inkjesta fuq l-istess allegazzjoni li saret fuq mart il-Prim Ministru Joseph Muscat. Għall-mistoqsija tal-ILLUM jekk il-konferenza b'xi mod setgħetx tippreġudika l-inkjesta, Gomes reġgħet sostniet li Efimova "għaddiet id-dokumenti lill-Maġistrat... ma tridx tippreġudika l-inkjesta, għalhekk ma qaltilniex x'hemm fid-dokumenti, kif ma rridux nippreġudikawha aħna." Intant il-gazzetta ILLUM staqsiet jekk fid-dawl tan-natura serja tal-allegazzjonijiet ta' Efimova fil-konfront ta' mart il-PM Muscat, id-delegazzjoni hix se tkun qed titlob li tisma' l-verżjoni ta' Michelle Muscat, Gomes wieġbet hekk; "bħalissa għadna qed niġbru aktar elementi u informazzjoni minn dak kollu li qaltilna Efimova. Qed niġbru l-informazzjoni biex imbagħad f 'Jannar niddeċiedu x'azzjoni se nieħdu... imma le, dak li qed tgħid int mhux qed ikun diskuss. Qed inħarsu lejn il-każ imma ma ħadna ebda azzjoni kif qed tissuġerixxi int." Din il-gazzetta saħansitra tinsab infurmata li minkejja l-allegazzjonijiet pjuttost serji fil-konfront ta' Michelle Muscat, li mhumiex marbutin biss mal-kumpanija nnifisha imma wkoll ma' allegat $1 miljun li għaddew mill- istess kont mill-Ażerbajġan, il-Gvern la kien jaf u lanqas ġie mitlub biex jiddiskuti jew jirribatti dwar dan mal- istess delegazzjoni ta' MEPs. Inkwetati dwar is-sigurtà ta' Efimova Kmieni x-xahar li għadda rriżulta mill-Qorti li kien ħareġ mandat ta' arrest kontra Efimova. Il-Maġistrat Joe Mifsud kien dak li ordna li isimha jitpoġġa fuq il-lista ta' persuni mfittxijin wara li għal bosta drabi baqgħet ma dehritx quddiem il- Qorti. L-Ispettur Jeffrey Scicluna kien spjega illi l-mandat ta' arrest kien ikkomunikat lill-istati membri kollha fl-Unjoni Ewropea, permezz tas- sistema tax-'Schengen Alert System'. Efimova telqet mill-pajjiż u ħadet magħha lill-familja, għalkemm il-Pulizija lokali qalu li ma jafux fejn qiegħda. Mat-Times ta' Londra Efimova kienet qalet illi jekk tiġi lura Malta tinqatel u li kienet qalet lil Daphne Caruana Galizia wkoll biex titlaq minn Malta għax inkella jiġrilha l-istess. Mal-ILLUM, Gomes sostniet li d-delegazzjoni tinsab ikkonċernata ħafna għas-sigurtà tal-mara u l-familja tagħha u saħansitra żvelat kif sar kuntatt mal-awtoritajiet tal-pajjiż fejn tinsab Efimova. "Id-delegazzjoni hija konxja illi Efimova għandha mandat t'arrest u aħna nafu wkoll dwar rikjesti partikolari li jikkonċernaw saħħitha. Aħna nemmnu li Efimova hija element importanti fil-każ u sors importanti ta' informazzjoni. Apprezzajna l-kuntatt li kellna magħha," kompliet tgħid Gomes mal-ILLUM, qabel kompliet tisħaq dwar is-sigurtà tar-Russa. "Ninsabu inkwetati għas-sigurtà tagħha u għaddejna t-tħassib tagħna lill- awtoritajiet." Hija ċċarat ma' din il-gazzetta li d-delegazzjoni tkellmet mal-awtoritajiet tal-pajjiż fejn Efimova qed tgħix illum. "Imma mħassbin dwar is-sigurtà tagħha, dak nista' ngħidlek." Gomes, qalet lil din il-gazzetta illi d-delegazzjoni se tkun qed tirraporta dwar din il-konferenza f 'rapport li hi qalet illi se joħroġ din il-ġimgħa. Intant Gomes kienet fil-fatt l-unika MEP li aċċettat li twieġeb il-mistoqsijiet li għamilna hekk kif il-membri l-oħrajn kollha tad- delegazzjoni ma bagħtux lura t-tweġibiet għat-tliet mistoqsijiet li għamlet din il-gazzetta. L-unika email li rċevejna mill- membri l-oħrajn tad-delegazzjoni kienet mingħand l-MEP Rumena Monica Macovei, li sostniet illi ma xtaqitx twieġeb il-mistoqsijiet li ntbagħtulha. Hija qalet li ma xtaqitx tagħmel dan, 'minħabba n-natura sensittiva' tal-każ. L-ILLUM staqsiet lill-MEPs li kienu parti mid-delegazzjoni li ġiet Malta, għal konferma li d-delegazzjoni ddiskutiet l-allegazzjoni 'Egrant' u jekk Michelle Muscat hux se tkun mistiedna biex tagħti l-verżjoni tagħha tal-istorja hekk kif hija l-persuna li fuqha qed issir l-allegazzjoni. Staqsejna jekk id- delegazzjoni tafx li hemm mandat ta' arrest fuq Efimova u jekk iħossux li l-informazzjoni mogħtija lill-MEP minn Efimova, ippreġudikatx, b'xi mod, il-każ. Apparti Gomes u Macovei, l-ILLUM bagħtet mistoqsijiet ukoll lil Sven Giegold, Takis Hadjigeorgiou, Ivan Jakovcic u Maria Grapini. Membru ieħor tad-delegazzjoni l-Malti David Casa. Fuq il-blogg tiegħu nhar il-11 ta' Diċembru Manuel Delia rrapporta illi Efimova b'mod esklussiv qaltlu li lid- delegazzjoni li kellmet nhar it-Tnejn tathom 'dokumentazzjoni li kienu fil-pussess tagħha biex ikunu jistgħu jistudjaw l-evidenza ta' ħasil ta' flus li jinvolvi persuni esposti politikament (PEPs) fil-bank Pilatus. Efimova kienet suġġetta ta' mill- anqas żewġ proċeduri kriminali, fosthom fuq il-bank Pilatus fejn kienet taħdem. [Ana Gomes ġiet intervistata nhar il-Ġimgħa b'mod telefoniku u ġiet irrekordjata] L-allegazzjoni ta' Efimova hija li Michelle Muscat hija sidt il-kumpanija Egrant u li minnha għaddew $1 mill-Ażerbajġan Ir-Russa kienet qalet lit-Times ta' Londra illi qed tibża' li tinqatel jekk tiġi lura Malta Il-Bank Pilatus fiċ-ċentru tal-allegazzjonijiet; Efimova kienet tkeċċiet mill-Bank wara akkużi ta' frodi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017