Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776
Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Intervista 13 għalfejn nagħti xebgħa lil pajjiżi' hija esaġerazzjoni wkoll meta tisma' l-argumenti kif pajjiżi bħal Malta qed jisirqu l-flus minn pajjiżi akbar bħal Franza u l-Ġermanja meta wieħed iqis il-kobor tal-ekonomiji ta' dawn il-pajjiżi. L-ILLUM staqsiet kemm huwa realistiku li fl-Unjoni Ewropea tiddaħħal taxxa minima u b'hekk ikun hawn armonizzazzjoni tat- taxxa. Miriam Dalli sostniet li kull darba li l-argument jaqa' fuq 'tax havens' u s-sistemi tat-tassazzjoni, l-argument tal-armonizzazzjoni tat-taxxa jerġa' jinqala' għaliex din ilha tiġi imbuttata mill-aktar pajjiżi kbar. Sostniet li fl-Unjoni hemm il-pajjiżi li qegħdin fil-periferija, li ma jgawdux mill-benefiċċji li jgawdu l-pajjiżi l-oħra li jinsabu fil-qalba tal-Ewropa bħal Franza u l-Ġermanja. Spjegat li jekk ikun hemm il-Brexit u r-Renju Unit ma jibqax pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, dan ikun ifisser ukoll li ssir imbuttatura akbar għall- armonizzazzjoni tat-taxxa. Qalet li r-Renju Unit kien wieħed mill- pajjiżi l-kbar li baqa' jopponi li din issir. Il-MEP Laburista Miriam Dalli qalet li ma nistgħux nibqgħu nibbażaw l-ekonomija tagħna fuq is- servizzi finanzjarji u l-'gaming' biss u minflok għandna niddiversifikaw fuq niċeċ oħra bħalma huma r-riċerka u l-iżvilupp. Sostniet li post żgħar bħal Għawdex, li għandu sfidi partikolari tiegħu, jista' jkun pajjiż 'environmentally friendly', 'energy efficient', b'ekonomija marittima u b'industriji ambjentali innovattivi. Qalet li rridu nagħtu wkoll spinta akbar lill-istartups, b'inizjattivi li jressqu lejn xulxin l-investituri u dak li għandhom ideat innovattivi għal 'startups' ġodda. Nawgura li Adrian Delia jirnexxilu jgħaqqad lill-PN L-ILLUM tkellmet ma' Miriam Dalli dwar ix-xenarju politiku lokali wkoll, partikolarment dwar id-distakk li deher fl-aħħar stħarriġ bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Dalli qalet li 70,000 differenza favur il-Labour huwa biss riżultat ta' stħarriġ u li ma tridx tara Gvern li ma jibqax b'saqajh mal-art. Spjegat li dak li finalment jagħmel id-differenza huwa kif iħossuhom in-nies fid-djar tagħhom. Dwar l-Oppożizzjoni, Miriam Dalli qalet li hija evidenti l-qasma fil-Partit Nazzjonalista iżda awgurat li Adrian Delia jirnexxilu jgħaqqad il-partit warajh għax mhix pożittiva għad- demokrazija li ma jkunx hawn oppożizzjoni b'saħħitha. Għall- mistoqsija jekk hix tikkunsidra li toħroġ għat-tmexxija tal-Partit Laburista, Miriam Dalli qalet li fil- preżent fit-tmexxija hemm Joseph Muscat u ma tarax li minn issa tibda tikkunsidra jekk xi ħadd hux se jeħodlu postu. Qalet li tixtieq li tibqa' tagħmel xogħolha ta' MEP bl- aħjar mod, li tibqa' tiltaqa' man-nies u taqbeż għal Malta fil-Parlament Ewropew. David Stellini L-MEP Miriam Dalli tenfasizza li meta jsiru stqarrijiet esaġerati mill-MEPs ikun qed isir diżrispett lil pajjiżna