Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 ĦAFNA mill-kwistjonijiet etiċi fit-trattament tal- fertilità jikkonċernaw il-fehmiet personali tal- individwu meta tibda l-ħajja. Pereżempju l-Knisja Kattolika, temmen li l-ħajja tibda fil-mument tal-konċepiment, u tippermetti biss il- fertilizzazzjoni tal-bajd li se jintuża, filwaqt hi wkoll li tinsisti fuq l-impjantazzjoni tal-embrijuni vijabbli kollha. Kull forma ta' prokreazzjoni assistita mit-teknloġija medika, iġġib magħha mistqosijiet etiċi, soċjali u reliġjużi pertinenti. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Għall-bejgħ: kwistjonijiet etiċi, L-ewwel parti ta' din l-analiżi kienet ippubblikata l-Ħadd li għadda. Fit-tieni parti, l-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aspetti etiċi, soċjali u reliġjużi li jiċċentraw mat-teknoloġiji tar-riproduzzjoni assistita. Id-donazzjoni tal-isperma u l-mistoqsijiet dwarha Il-ħolqien u l-bejgħ kummerċjali ta' embrijuni, jippreżentawlna serje ta' mistoqsijiet etiċi li jqanqlu tħassib serju. L-ewwel nett, dwar id-drittijiet tat-tfal li għadhom ma tweldux u l-kapaċità tagħhom li jkunu jafu l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom. Mill-bidu, kumpaniji li jaħżnu l-isperma jixtiequ li jżommu d-donaturi anonimi. Ħafna minn dawn l-ulied għalhekk qatt mhuma se jkunu jafu min huma l-veru ġenituri bijoloġiċi tagħhom. Dan il- fatt jista' jkun importanti għal dawn l-individwi hekk kif in-nuqqas ta' dan l-għarfien jista' jfixkel is-saħħa fiżika u psikoloġika tagħhom. It-tieni nett, hemm diversi argumenti u mistoqsijiet fuq jekk il-ġenituri prospettivi għandhomx ikollhom il-possibbiltà li jħallsu somom ta' flus sabiex ifittxu karatteristiċi speċifiċi fi trabi pereżempju skont it-tul jew bil- kulur tal-għajnejn jew tax-xagħar. Apparti minn hekk, hemm diversi dilemmi madwar il-kreazzjoni tal- embrijuni, fosthom id-dispożizzjoni ta' kwalunkwe embrijuni li jkun fadal.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017