Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776
Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 31 Jitħabbru r-rebbieħa tal-BOV Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling taż-Żgħar PHILIP Gruppetta u Sara Xuereb it-tnejn ġew ikkonfermati bħala r-Rebbieħa tal-BOV Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling tal-U23 għall-ħames sena konsekuttiva. Sara Xuereb ikkonfermat id-dominanza tagħha wkoll meta rebħet il-Kampjonat tal-Bniet tal-U16 għar-raba' sena konsekuttiva, filwaqt li ħuha Edward Xuereb rebaħ il- Kampjonat tas-Subien tal-U16 għat-tieni sena konsekuttiva. L-aħwa Christopher u Kathryn Fenech ġew inkurunati rebbieħa tal-BOV U12 għall-ewwel darba. Il-kampjonati kienu maqsuma fi tliet kategoriji: U12, U16 u U23 u din is-sena kien hemm 35 kompetitur, li wħud minnhom kienu qed jieħdu sehem f 'aktar minn kategorija waħda. Wara l-kompetizzjonijiet, Stefan Abela, Community Officer tal-Bank of Valletta u Paul Baldacchino, il-President tal- Assoċjazzjoni Maltija tat-TenPin Bowling ippreżentaw it-trofej lir- rebbieħa. BOV Kampjonat Nazzjonali tal- Bowling tal-U23 Subien Fl-ewwel jum rajna lil Kurt Attard imur kmieni fuq quddiem b'serje ta' 1,151, b'Edward Xuereb viċin ferm tiegħu, u flimkien ma' Matthew Magro, Philip Gruppetta, Chris Borg u Luke Burke kienu qed jokkupaw l-ewwel sitt postijiet. Kurt żamm il-pożizzjoni tiegħu fuq quddiem fit-tieni jum, b'Philip Gruppetta jitla' fit-tieni post segwit minn Edward u Matthew. Luke tejjeb il-pożizzjoni tiegħu għall-ħames post filwaqt li Chris ċeda postu għal Kyle Camilleri li rnexxielu jitla' fis-sitt post. Il-logħob ċirkolari bejn is-subien kien ġlieda sal-aħħar. Is-subien kienu kollha bbilanċjatiu s-sitta kollha setgħu jagħmluha mal- ewwel tlieta. Philip rebaħ tliet logħbiet biex mar fuq quddiem, filwaqt li Kurt ukoll rebaħ 3 logħbiet u ġie fit-tieni post. Il- ġlieda kienet għat-tielet post, hekk kif Magro, Xuereb u Burke kienu qrib ħafna ta'xulxin. Fl-aħħar kien Matthew li rnexxielu jikseb it-tielet post bir-rebħ ta' erba' logħbiet. Matthew Magro rebaħ lil Kurt Attard 212-162 biex kiseb id- dritt li jilgħab kontra Philip Gruppetta, madankollur-rebbieħ renjantiaċċerta ruħu mill-5 titlu konsekuttiv tiegħu meta rebaħ lil Matthew 177-155. Bniet Billi kien hemm erba' parteċipanti biss, kollha rnexxielhom jgħaddu għall-fażi ċirkolari tal-logħob.Raquel Xuereb bdiet bil-punteġġ baxx ta' 134, u anke minkejja li għamlet sforz kbir fl-aħħar logħba,u ġabet il-punteġġ tajjeb ta' 213, hija naqset milli tagħlaq id-distakk ta' 95 pinngħal biss żewġ pinnijiet. It-tielet post mar għand Juliana Bonannoli kellha rebħa waħda kontra Alessia Schembri, filwaqt li din tal-aħħar rebħet ukoll logħba waħda biex niżlet fit-tieni post. Min-naħa l-oħra, Sara Xuereb, li bdiet b'pass kemmxejn bil-mod,rebħet żewġ logħbiet biex spiċċat fl-ewwel post. Juliana ffaċċjat lil Alessia f 'logħba b'punteġġ baxx, b'dik tal- ewwel tirbaħ bl-iskor ta' 156-152 u kompliet biex tilgħab kontra Xuereb. Madankollu, Xuereb żammet il-livell għoli tagħha biex rebħet il-ħames Kampjonat tal-U23 tagħha bl-iskor ta' 168- 148. Iż-żewġ rebbieħa ilhom iżommu t-titlu għal ħames snin konsekuttivi. Rankin Camilleri kellu r-rekord ta' qabel, meta rebaħ it-titlu għal erba' snin (minkejja li mhux b'mod konsekuttiv), li issa Philip irnexxielu jikser, filwaqt li Amanda Cini għadha żżomm ir-rekord meta rebħet dan il- Kampjonat għal sitt darbiet, b'ħamsa minnhom kienu snin konsekuttivi. Tabilħaqq Sara, fl-età ta' 16-ilsena, għandha iżjed milli biżżejjed snin biex tlaħħaq ma' dan ir-rekord, għaliex għad fadlilha seba' snin oħra mal-U23. BOV Kampjonat Nazzjonali tal- Bowling tal-U16 Il-Kampjonati tal-U16 kienu kkontestati minn 9 subien u 3 ibnietbl-atleti kollha jilagħbu 12-il logħba, 6 logħbiet fl-ewwel jum u 6 logħbiet fit-tieni jum. Subien Il-kategorija tas-subien kienet tellieqa miġġielda bejn ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Edward Xuereb, u Matthew Magro, li s-sena l-oħra spiċċa fit-tieni post. Edward kellu serje ta' 1,141 fl-ewwel jum, segwit minn Magro (1,116) u minn Dwayne Zahra (1,065). Madankollu fit-tieni jum, Edward beda b'żewġ logħbiet b'punteġġi baxxi, filwaqt li Matthew beda b'247 u b'192, u l-pożizzjonijiet bejniethom it-tnejn inbidlu. Sar-raba' logħba Magro kien fuq quddiem b'156 pinn, imma bħal ma jaf kull dilettant tal-bowling, fil-logħba tagħna jista' jiġri l-impossibbli. Fil-fatt filwaqt li Matthew kiseb punteġġi ta' 145 u 142, Edward ġie lura bis-saħħa u kiseb punteġġi ta' 224 u 234 biex iddefenda t-titlu bi 15-il pinn. Matthew spiċċa fit-tieni post, filwaqt li Dwayne Zahra kiseb it- tielet post. Bniet Sara Xuereb, ta' 16-il sena, ma kellha l-ebda kompetizzjoni tanġibbli għaliex iż-żewġ kompetituri l-oħra kellhom 12 u 13-ilsena rispettivament u għalhekk hija rebħet it-titlu faċilment għar-raba' darba konsekuttiva. It-tieni post mar għand ir-rebbieħa tal-U12Kathryn Fenech, filwaqt li Ruslana Grima spiċċat fit-tielet post, żewġ pinnijiet biss 'il bogħod minn dik tat-tieni post. Iż-żewġ rebbieħa tal-U16 iddefendew it-titlu tas-sena ta' qabel, hekk kif Sara rebħitu b'mod inkredibbli għar-raba' darba konsekuttiva, u kisret ir- rekord preċedenti li qabel kien għand Amanda Cini u Tiziana Carannante (3 darbiet). Ħuha Edward min-naħa l-oħra, rebaħ dawn il-kampjonati għat-tieni darba konsekuttivafl-età ta' 12-il sena, biex b'hekk huwa l-iżgħar parteċipant li qatt rebaħ il- Kampjonat tal-U16. BOV Kampjonat Nazzjonali tal- Bowling tal-U12 L-avveniment tal-Mini Junior sar għar-raba' darba għan-numru dejjem jikber ta' bowlers żgħar fl- isport tagħna u din is-sena kellna xejn inqas minn 13-ilkompetitur, 4 bnietu 9 subien.It-tfal kollha kellhom jilagħbu 4 logħbiet fl- ewwel jum u erba' logħbiet oħra fit-tieni jum. Subien Il-kategorija tas-subien kienet waħda ferm eċċitanti hekk kif il-kompetituri kollha kienu f 'xi ħin viċin it-titlu imma xejn ma kien ċert. Kayden Lagana kien fuq quddiem fl-ewwel jum b'vantaġġ ta' ħames pinnijiet fuq Christopher Fenech, filwaqt li l-iżgħar kompetitur, Nicolai Mallia, fl-età ta' 8 snin,kien qrib warajh bi tmien pinnijiet biss 'il bogħod mit- tieni post. Dan tal-aħħar naqqas il-medja tiegħu fit-tieni jum,u filwaqt li Kayden kien jinsab fuq quddiem sal-ħames frejm tal-aħħar logħba, huwa kellu numru ta' splits wara xulxin, filwaqt li Christopher Fenech irnexxielu jirbaħlu bi 12-il pinn, biex rebaħ it-titlu tal-Kampjonat għal din is-sena. Kayden spiċċa fit-tieni post, filwaqt li t-tielet post mar għand Nicolai. Bniet Mill-ewwel jum Kathryn Fenech kienet fuq quddiem tal-kategorija tal-bniet, segwita minn Karlise Bartolo, u kien jidher ċar li dawn iż-żewġ tfajliet żgħar kienu se jiksbu l-ewwel u t-tieni post rispettivament. Il-ġlieda kienet għat-tielet post, u fl-aħħar kienet it-tifla bl-aktar esperjenza, Celianne Micallef,li rebħet it- tielet post b'vantaġġ ta' 30 pinn. Ta' min wieħed ifaħħar ukoll lil Mia Bugeja, li ilha tipprattika dan l-isport ftit xhur biss u rnexxielha ttella' medja tajba ta' 59 pinn. Mix-Xellug għal-Lemin: Christopher Fenech, Philip Gruppetta, Edward Xuereb, Sarah Xuereb u Kathryn Fenech Ritratt - BOV